Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Puntwalità tas-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika dwar il-puntwalità tas-servizz tat-trasport pubbliku, għall-perjodu bejn Lulju 2011 (bl-introduzzjoni tal-Arriva) sas-sena 2014, sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-puntwalita’ medja tas-servizz tat-trasport pubbliku għas-snin 2012 u 2014 huwa hekk kif gej: · 2012 89% · 2013 91% · 2014 94% Figuri għas-sitt xhur bejn Lulju 2011 u Diċembru tal-istess sena mhumiex disponibbli.

Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20980, jista’ l-Ministru jgħid f’każ li wieħed jixtieq jagħmel rapport dwar inċident jew xi irregolarità, kif wieħed jista' jagħmel rapport, meta l-pjanċi tar-reġistrazzjoni huma bl-Għarbi u allura issib diffikultà biex tinterpreta n-numru ta’ reġistrazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk persuna tixtieq tagħmel rapport dwar xi inċident jew xi irregolarita’, għandu jinforma lil Transport Malta jew lill-pulizija. Il-pjanċi ta’ reġistrazzjoni huma kollha identifikabbli għaliex maġenb il-kliem kollha fihom xi numru.

Road Side Checks – vetturi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru road side checks sena b’sena mill-2013 ‘l hawn fuq vetturi bi pjanċi ta’ reġistrazzjonijiet barranin fejn fuq dawn il-vetturi ġie vverifikat li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa inkluż koperti b’polza ta’ assigurazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jsiru roadside checks fuq bażi regolari fit-toroq ta’ Malta u Għawdex iżda l-istatistika ma tiġix klassifikata skont kif mitlub f’din il-Mistoqsija Parlamentari.

Road Side Check — vetturi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mir-road side checks li saru sena b’sena mill-2013 ‘l hawn, fuq vetturi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin, kemm minn dawn instabu li għandhom irregolarità u li fallew milli jipproduċu d-dokumenti kollha meħtieġa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22248.

Valletta Rehabilitation Committee — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' l-Valletta Rehabilitation Committee f’din il-leġiżlatura u meta ltaqa'? Xi kwistjonijiet ittratta u x'deċiżjonijiet ħa f'kull laqgħa? Min attenda għal kull laqgħa?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dati u l-attendenzi għall-laqgħat kollha li saru mill-Kumitat f’din il-leġiżlatura. Il-kwistjonijiet li ġew diskussi huma varji u skont it-Terms of Reference li ingħata dan il-Kumitat.

Belt Valletta, tal-Pietà, tal-Ħamrun, tal-Marsa u Santa Venera — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet li saru fuq toroq ġodda jew resurfacing ta’ toroq mill-Gvern Ċentrali fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, tal-Pietà, tal-Ħamrun, tal-Marsa u Santa Venera fl-2015? Għal kull xogħol, jista’ jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkunttrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minnbarra diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, il-lista hija hekk kif ġej: Pieta’ · Beda xogħol ta’ resurfacing , Triq Gwardamangia, Triq Hookham Frere, Pieta, Estimate Euro 340,000,00, Asfaltar Constructions. Marsa · Road surface repair works , Triq Garibaldi, Marsa, Estimate Euro 11,012.26, Asfaltar Construction · Road surface repair works , Triq Aldo Moro, Marsa, Estimate Euro 225,019.07, Asfaltar Construction/Schembri Infrastructures · Road surface repair works fl- islip road fi Triq Diċembru Tlettax, Marsa, Estimate Euro 98,800,00, Philip Agius and Sons Ltd · Xogħlijiet ta’ tiswija fuq il- bridge ta’ Triq Diċembru 13, Marsa, Estimate Euro 50,000, Road Maintenance Services Ltd · Road surface repair works fil-Hamrun/Marsa Bypass, Marsa, Estimate Euro 281,200, Philip Agius and Sons Ltd · Installazzjoni ta’ pelican crossing , xogħlijiet ta’ upgrading fuq il- bus bay u footpaths fi Triq il-Labour, Marsa, Estimate Euro 8,000, Raymond Calleja and B. Grima and Sons Ltd · Triq it-Tigrija, Marsa, (direzzjoni lejn il-Marsa), Estimate Euro 310,000, Schembri Infrastructures · Road surface repair works fi Triq It-Tigrija, ħdejn ir-Race Course, Marsa , Estimate 250,00.00, Schembri Infrastructure Valletta · Major Patching , Triq il-Mediterran, Valletta, Estimate Euro 145,000,00, Asfaltar Constructions Sta Venera · Kostruzzjoni u asfaltar, p/o Triq l-14 ta’ Novembru u Triq il-Kanonku Bonnici, Santa Venera, Estimate Euro 90,572.50, Schembri Infrastructures Ltd. • Kostruzzjoni u asfaltar, n/s in Triq l-Imsida (Triq il-Madonna tal-Karmnu), Santa Venera, Estimate Euro 178,644,10,Denfar Excavators • Road surface repair works , Triq Guze Flores, Santa Venera, Estimate Euro 115,000,00, Schembri Infrastructures • Road surface repair works Triq Regjonali Sta Venera, Estimate Euro 65,000, Philip Agius and Sons

Belt Valletta – spazji ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tan-numru ta’ spazji ta’ parkeġġ li hemm fil-Belt Valletta u jaqsamhom skont kif ġej: a) spazji riżervati għall-Membri Parlamentari; b) spazji riżervati għall-Ministeri/entitajiet/Dipartimenti tal-Gvern; c) spazji riżervati li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti; d) spazji li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti wara s-7:00pm; u e) spazji li ma fihom ebda restrizzjonijiet (kaxxi bojod)?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li minn surveys li jsiru fil-belt, jirrizulta li totali fit-toroq u fil-parking areas hemm kif gej: a1) spazji riżervati għall-Membri Parlamentari filgħodu huma 40 a2) spazji riżervati għall-Membri Parlamentari wara nofs in-nhar huma 73 b) spazji riżervati għall-Ministeri/entitajiet/Dipartimenti tal-Gvern huma 118 Jien infurmat li minn suveys li saru fis-sena 2013, jirrizulta kif gej: c) spazji riżervati li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti huma 255 d) spazji li fihom jistgħu jipparkjaw biss ir-residenti wara s-7:00pm huma 610 e) spazji li ma fihom ebda restrizzjonijiet (kaxxi bojod) huma 1172.

Il-Gudja – elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Gudja: a) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; b) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu; u c) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbidlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.

Ħal Għaxaq – elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħal Għaxaq: a) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; b) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu; u c) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbidlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.

Santa Luċija – elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Santa Luċija: a) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; b) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu; u c) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbidlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — bordijiet tal-appell

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22126, jista’ l-Ministru jkun daqstant ġentili li jelenka dawk il-Bordijiet ta’ Appell li huma preżenti f’kull dipartiment, bħal Transport Malta, fil-Ministeru tiegħu? Qed nirreferi għal kull Bord li jisma’ ilmenti jew appelli minn xi deċiżjonijiet amministrattivi ta’ kull tip fi ħdanu.

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tiegħi hemm il-Building Regulations Board stabbilit skont il-Building Regulations Act (Chapter 513 Article 314). Bordija tal-appell oħra li jaqgħu taħt Transport Malta huma: - Port Workers Appeals Board stabbilit skont Artiklu 7 tal- Port Workers Ordinance; - Bord tal-Appell stabbilit biex jiġu appellati ċitazzjonijiet maħruġa mill-uffiċċjali tal-Infurzar, stabbilit permezz ta’ Regolament 108(10) ta’ Kapitlu 499.56; - CVA Contestation Board stabbilit skont Artiklu 10 tal- Vehicle Access Zones (Control) Regulations (Chapter 65.31).

Permanent Link bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19950 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Istudju, dwar il-Permanent Link bejn Malta u Għawdex, li kien ikkummissjonat minn Transport Malta u l-Gozo Business Chamber?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19950.

Għawdex – ir-Rabat –problema ta’ parkeġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19752 fejn fost oħrajn il-Ministru, qal li “Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-kunsill lokali rispettiv rigward dan is-suġġett”, jista’ l-Ministru jikkonferma li qatt ma saret talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid x’passi se jittieħdu biex tissolva din il-problema, li anke kienet ġiet rikonoxxuta mill-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni u li sa anke kienet wegħda elettorali fil-Manifest Elettorali tiegħu għall-elezzjoni 2013 fejn insibu li se jittieħdu passi biex tinsab soluzzjoni biex il-problema ta’ parking fir-Rabat Għawdex tonqos?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba jew proposta mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex fir-rigward ta’ soluzzjonijiet li jżidu n-numru ta’ parkeġġi ġodda u biex b’hekk il-problema ta’ parkeġġ tonqos. L-istrateġija li primarjament qed tiġi addottata sabiex tiġi ndirizzata t-talba tal-parkeġġ ġewwa r-Rabat Għawdex hija li jkun hemm provdut servizz aħjar u aktar konvenjenti tat-trasport pubbliku sabiex jonqos il-bżonn li persuni jmorru r-Rabat bil-vetturi privati tagħhom.

Għawdex — Transport Malta – fuel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21147, jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tistax tforni fuel bis-sistema ta' fuel buttons? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta ġiet stallata din is-sistema?

Response (MIZZI, JOE)

Nikkonferma li l-kumpanija msemmija tissuplixxi fuel bis-sistema ta’ fuel buttons. Mhux possibli li jingħad meta din ġiet installata minħabba li din hija kumpanija privata. Madanakollu din is-sistema kienet diġa qed topera meta Transport Malta bdiet tuża s-servizzi ta’ din il-kumpanija f’Diċembru 2015.

Vetturi b’number plates — regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi b’number plates barranin, li ġew reġistrati ma’ Transport Malta wara li d-dħul fis-Seħħ ta' regolamenti ġodda dwar dan is-suġġett ftit ġimgħat ilu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-25 ta’ Jannar 2016 ġew maħruġa 46 permess tat-30 ġurnata lill-vetturi b’ numbers plates barranin.

Transport Malta — vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi li nġabru minn Transport Malta li tħallew abbandunati matul l-2015 u kemm inġabbru minn kull lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2015 inġabru tmien vetturi minn tmien lokalitajiet differenti li kienu San Pawl il-Baħar, l-Imsida, il-Marsa, iż-Żurrieq, Birkirkara, Ħal Qormi, Ħal Lija u St. Andrews (Pembroke).

Refund tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw s’issa mir-refund tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi? Kemm huwa mistenni li jibbenefikaw persuni sakemm tiġi eżawrita din l-iskema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ Ewro 110 jew ta’ Ewro 55 bħala refund ex-gratia ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. Fis-sena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala refund ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u Diċembru 2004. L-ammont ta’ persuni li mistennija jibbenefikaw minn din l-iskema jkun magħruf fis-sena 2019 meta jiġu eżawriti l-iskemi kollha.

Autobuses de Leon – spiża fuq fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel mill-vetturi tal-Autobuses de Leon matul l-2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-kumpanija Autobuses de Leon hija entita’ privata u l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali, tali informazzjoni mhiex disponibli.

Karozzi b’number plates barranin

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20973, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ moniteraġġ isir biex ikun magħuf jekk vetturi bi pjanċi barranini ma jibqgħux Malta għal aktar miż-żmien stipulat skont Kap 368, kif ġiet imwieġba fl-istess mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid xi programm ta’ infurzar għandha Transport Malta dwar dan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll l-uffiċjali ta’ Transport Malta jwaqqfu dawk is-sidien ta’ vetturi bi pjanċi barranin u jitolbuhom dawk id-dokumenti kollha meħtieġa. Fejn jinstab li l-vettura mhux qiegħda skont ir-regolamenti stipulati allura dik il-vettura tiġi irmunkata.

Karozzi b’number plates barranin

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20973, jista’ l-Ministru jgħid x’data qed tinżamm ta’ kemm hemm vetturi bi pjanċi barranin li jinstaqu f’pajjiżna minn żmien għal żmien ladarba jidher li la hemm data fuq il-kwantità u l-anqas nazzjonalità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma tinżamm l-ebda data u dan peress li Art. 18 ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur, jistipula li kull vettura rreġistrata f’pajjiż ieħor tista’ tiddaħħal u tinstaq f’Malta temporanjament għal perjodu konsekuttiv li ma jkunx jaqbeż seba xhur f’perjodu ta’ tnax il-xahar.