Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27789 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ċ-Ċina ser tagħti jew tat somma flus lit-Tarzna ta' Malta sabiex din tixtri tagħmir ġdid? Jekk dan hu minnu, jista' jgħid kemm hi din is-somma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaż-żewġ għotjiet (grants) ta' tlitt miljun RMB kull waħda li ċ-Ċina offriet lil Malta. Dawn, flimkien, jammontaw għal madwar Lm300,000. Tajjeb jingħad li dawn l-għotjiet ingħataw fil-kuntest tal-laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku mħallat bejn iż-żewġ pajjiżi, liema laqgħat inżammu għall-ewwel darba f'Settembru ta' l-1999. Dawn l-għotjiet huma ntiżi għax-xiri ta' tagħmir u materjal ieħor miċ-Ċina bil-għan li jkomplu jissaħħu l-kuntatti kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Kien il-Gvern Malti li għażel li dawn il-flus jintefqu fuq tagħmir għat-Tarzna, liema proposta ntlaqgħet b'mod pożittiv ħafna mill-Gvern Ċiniż. Minn dakinhar saru bosta kuntatti fuq livell tekniku sabiex tiġi finalizzata lista dettaljata tat-tagħmir meħtieġ u issa ninsabu viċin li dan jintbagħat Malta.
Leg 9 PQ #27790 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

China Dock

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi f'Ottubru ta' din is-sena jaħbat il-25 sena anniversarju minn meta nfetaħ ic-China Dock, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx maħsuba xi ċelebrazzjonijiet sabiex ifakkru dan l-avveniment storiku, aktar u aktar meta wieħed iqis li dan id-dock baqa' l-akbar wieħed fil-Mediterran u ġab miljuni kbar ta' xogħol fit-tarzna ta' Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s'issa t-Tarzna għad ma għandhiex pjanijiet sabiex jiġi ċċelebrat dan l-avveniment.
Leg 9 PQ #27752 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jinbidel il-cable tad-dawl li hemm ma' Block 11, Hubband Flats, Bormla, peress li r-residenti qed isofru ħsarat fl-appliances.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #27754 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xatt ta' Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun irranġat id-dawl li hemm fuq l-avukati fix-Xatt ta' Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi nvestigata u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #27755 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kortina San Nikola — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-ħsara li hemm fejn id-dawl qed jibqa' jixgħel lejl u nhar fil-Kortina San NIkola Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi nvestigata u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #27762 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fuel Oil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkunsmaw fuel oil għal kull vjaġġ bejn Malta u Għawdex (jew viċi-versa) l-vapuri tal-Gozo Channel, vapur b'vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 24914 waqt is-Seduta numru 525.
Leg 9 PQ #27769 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mal-Maltapost matul dawn l-aħħar 3 xhur? Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellhom? Hemm xi ħadd li ma kellux kwalifiki?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar tlitt xhur daħlu jaħdmu dsatax-il Postal Operator ma' Maltapost kif ukoll Personal Assistant taċ-Chairman. Il-kriterji li talbet il-Maltapost mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għall-eżami tal-Postal Operators kienu li l-kandidati ried ikollhom mhux anqas minn ħames 'O' Level Standard GCE/GCSE/Matsec sa grad 7 jew ekwivalenti. Passes f'suġġetti ta' Business Studies, Environmental Studies, Graphical Communications, Social Studies, Typing, Technical Drawing, Engineering, Art u Needlework kienu aċċettati. Id-dsatax-il persuna li ġew ingaġġati kollha ssodisfaw il-kriterji msemmija. Fir-rigward tal-Personal Assistant taċ-Chairman, il-persuna magħżula għandha l-kwalifiki meħtieġa għal dan il-post.
Leg 9 PQ #27656 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Pawl il-Baħar — Triq James Smith

Question

Jista' l-Ministru jgħid r-raġunijiet li għalihom it-triq James Smith f' San Pawl il-Baħar ilha l-ġimgħat bl-ilma ħiereġ u minkejja xi tiswijiet li qed isiru dejjem jibqa' ħiereġ l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u eventwalment l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #27715 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27575, qed jidher separatament l-isem. Mill-ammonti li ħadu d-diretturi fis-snin imsemmija, kemm kien l-ammont li ħadet din il-persuna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena ta' l-opinjoni li ma jkunx prudenti li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru tiġi ippubblikata.
Leg 9 PQ #27647 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Roundabout

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27327 u l-fatt li t-talba ilha pendenti għall-madwar xahrejn kif wkoll minħabba l-fatt li diġa rriżultaw inċidenti tat-traffiku tant li karozza daħlet fil-ħadid ta' din ir-roundabout, jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni urġenti? Jekk fl-affermattiv mela ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li din it-talba ġiet ikkunsidrata u fil-fatt inbdew il-proċeduri biex tiġi attwata.
Leg 9 PQ #27692 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Proximus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-I.P.S.E. appuntat lill-Kumpanija Proximus għas-servizzi ta' relazzjonijiet pubbliċi tal-"launch campaign" tal-Business Incubation Centre ta' Kordin. Is-servizzi li din il-Kumpanija tat f'din l-okkażjoni kien ta' organizzar ta' seminar u relazzjonijiet pubbliċi. L-għażla saret wara li saret sejħa għall-offerti mingħand ħames kumpaniji. L-użu tas-servizzi ta' din il-Kumpanija sar bejn April u Ġunju ta' din is-sena. Il-Kumpanija irċeviet Lm1,207.50ċ bħala ħlas għas-servizzi li tat. Peress li l-kuntratt ta' din il-Kumpanija intemm fit-30 ta' Ġunju li għadda, l-ebda ħlas ma huwa mistenni li jsir fit-tnax-il xhar li ġejjin.
Leg 9 PQ #27701 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tikkunsidra li tbiddel il-bozoz maqtugħa li hemm ħdejn il-maħżen tar-regatta f'Bormla u possibilment iżid xi bozza għax hemm ħafna dlam u ilu ħafna jsiru ilmenti minn dawk involuti fir-regatta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #27703 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li qed jiġi ikkunsidrat li jiġu integrati iż-żewġ tarznari fid-dawl tal-prospetti ħżiena ta' ordnijiet wara Ottubru li ġej li għandha il-Marsa Shipbuilding?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-proċess biex iż-żewġ tarznari jiġu integrati ilu li beda u mhux marbut mal-prospetti għal ordnijiet immedjati għal bini ta' vapuri li jista' jkollha il-Malta Shipbuilding. Fil-fatt ilu żmien li nħatar chairman komuni għaż-żewġ tarznari, filwaqt li l-istess tarznari ilhom żmien jikkoperaw fuq diversi livelli. Fuq il-livell industrijali qed jitħaddmu arranġamenti li permezz tagħhom numru ta' ħaddiema qed jiġu allokati xogħol minn tarzna ghal oħra skond l-eżiġenzi tax-xogħol. Għal dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tat-tarznari, l-ogħla uffiċjali, inkluż iċ-Chief Executive, jaqdu dmirhom komtemporanjament fiż-żewġ tarznari. Dan kollu qed isir għaliex jagħmel sens li, fost riformi oħrajn, iż-żewġ tarznari jintegraw ċertu funzjonijiet komuni sabiex b'hekk jiffrankaw l-ispejjeż u jsiru aktar kompetittivi. Madankollu xorta jibqa' lok li dawn ikomplu jiffunzjonaw bħala żewġ entitajiet distinti li jispeċjalizzaw f'linji differenti ta' xogħol. Għalhekk il-kunċett ta' "Business Units" indipendenti ser jibqa' jitħaddem biex b'hekk tissaħħaħ l-accountability fl-operazzjonijiet tat-tarznari, liema accountability hija essenzjali sabiex tiżdied il-produttivita'.
Leg 9 PQ #27718 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vetturi tal-Mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati vetturi tal-mutur is-sena l-oħra, u din is-sena? X'tip kienu? Kemm kienu ġodda u kemm second-hand?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #27735 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bejgħ ta' Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall- Hawker Reg No. KH 76 li d-dettalji dwaru jintbagħtu separatament reġistrat biex iqassam il-light heating oil u l-petrol, f'hiex waslet l-applikazzjoni tiegħu biex ibigħ u jqassam id-diesel?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tingħata l-attenzjoni xierqa.
Leg 9 PQ #27639 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għalf

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-prezzijiet għoljien fl-industrija tat-trobbija tal-majjal, jista' l-Ministru jwieġibni għas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-majjal li jħalltu huma l-għalf tagħhom u mhux jixtru mis-sorsi lokali tal-KPH u Andrews?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numri 27329 u 27320. Tajjeb nippreċiża dak li għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 27332 u cioe' li filwaqt li fuq linji ġenerali l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għandu interess f'kull materja li għandha x'taqsam ma' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il-qasam agrikolu, inkluż it-trobbija tal-majjal, jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #27641 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Produtturi tal-Majjal — Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-follow up tal-mistoqsija parlamentari nru. 27328?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjonijiet li saru mid-Diviżjoni tal-Kummerċ jirriżulta li l-mediċina imsemmija mill-Onorevoli Iterpellant tikkonsisti f'żewġ prodotti separati. Dawn huma l-"micro spectrum antibiotics" li bħalissa jiswa Lm6 u l-vaċċin BPM li fil-preżent jinxtara bil-prezz ta' Lm17 u li matul dawn l-aħħar ħames snin kien jiswa Lm15.50c. Għal dak li jirrigwarda vaċċini li jintużaw fuq il-majjal, il-prezz tagħhom bħalissa ivarja bejn Lm3 u Lm18, jiddependi mit-tip ta' marda li tkun.
Leg 9 PQ #27600 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Halogen Reflectors

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna x'wassal biex ma jibqawx jinxtgħelu il-halogen reflectors li kienu qed idawwlu is-swar ta' Sa Maison u l-Gardjola? Meta twaqqaf dan l-arranġament? Hemm xi ħsieb li jiġi ri-introdott mill-ġdid u jekk iva, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li r-rifletturi li qed issir riferenza għalihom, li huma propjeta' tal-Valletta Rehabilitation Project, kellhom xi ħsara li fil-fatt qed tiġi rranġata.