Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ logħob illegali, sena b’sena, fl-aħħar sentejn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 u 2014 kien hemm żewġ (2) każi u tliet (3) każijiet rispettivament ta’ persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ logħob illegali. Sa Frar ta’ din is-sena kien hemm tliet (3) persuni oħra li nbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom b’konnessjoni ma l-istess tip ta’ reat. Il-lokalitajiet li fihom kienu joqgħodu dawn il-persuni jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Minn meta beda jitħaddem il-programm tal-IIP, jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet għall-programm tal-IIP l-Aġenzija Identity Malta u jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-pajjiżi li tagħhom huma ċittadini?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta beda jitħaddem il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment, Identity Malta rċeviet 573 applikazzjoni għal residenza bi preparazzjoni għaċ-ċittadinanza. Il-parti kbira ta’ dawn l-applikazzjonijiet ġejjin mir-Russja u pajjiżi oħra tal-eks-Repubblika Sovjetika, mill-Golf Għarbi u l-Lvant Nofsani u minn pajjiżi oħra ġewwa l-Asja.
Programm tal-IIP – Persuni li għandhom aktar minn ċittadinanza waħda
Question
Minn meta beda jitħaddem il-programm tal-IIP, jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet għall-programm tal-IIP l-Aġenzija Identity Malta u jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn għandhom diġà aktar minn ċittadinanza waħda?
Response (ABELA, CARMELO)
Għall-ewwel parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 14691. Ninformah ukoll li bħalissa hemm 81 applikant tal-Programm t’Investitur Individwali ta’ Malta li diġa għandhom aktar minn ċittadinanza waħda.
Programm tal-IIP – aġenti approvati bħala intermedjajri
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-aġenti approvati biex iservu ta’ intermedjarji għall-programm tal-IIP?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija aċċessibbli fis-sit elettroniku tal-istess Programm: iip.gov.mt
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta dan id-dokument.
Minn meta beda jitħaddem il-programm tal-IIP, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew depożitati flejjes minn applikanti għall-programm tal-IIP fl-IIP Account?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Programm tal-IIP – dħul għall-kumpanija Henley and Partners
Question
Minn meta beda jitħaddem il-programm tal-IIP, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpanija Henley and Partners (jew kwalunkwe sussidjarja tagħha) għal dak li hi kkuntrattata li tagħmel skont il-ftehim li l-istess Henley and Partners għandha mal-Gvern Malti? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni bejn ħlasijiet li Henley and Partners irċeviet mill-Gvern Malti u ħlasijiet li rċeviet mingħand l-applikanti direttament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet lill-Henley and Partners huma rregolati mill-ftehim bejn iż-żewġ partijiet, skont il-kuntratt li bħalissa qed jiġi diskuss fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Identity Malta m’għandhiex viżibbiltà tal-ħlasijiet li l-konċessjonarju jew l-aġenti tal-Programm jirċievu mingħand l-applikanti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ elettriku fl-2014? Kemm minn dawk li tressqu, tressqu fuq talba tal-Enemalta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2014 kien hemm ħamsa u għoxrin (25) każ ta persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ elettriku. Dawn kollha tressqu fuq talba tal-Enemalta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13907 u jara każ ta' individwu lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward każ ta' għassa li hija propjetà tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infumat li l-korrispondenza msemmija mil-Onor. Interpellant tinsab fil-faxxiklu relatat mal-każ in kwistjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u risposta se tingħata lill-avukat li kiteb fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija abbażi tal-provvedimenti 5 (1), 5 (2), 5 (3), 6, 10(1), 10(9)a u 10(9)b tal-Kapitlu 188 tal-Liġijiet ta’ Malta, matul l-2013? Jista’ jipprovdi l-informazzjoni maqsuma skont kull provvediment?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija abbażi tal-provvedimenti 5 (1), 5 (2), 5 (3), 6, 10(1), 10(9)a u 10(9)b tal-Kapitlu 188 tal-Liġijiet ta’ Malta, matul l-2014? Jista’ jipprovdi l-informazzjoni maqsuma skont kull provvediment?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15637.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13611 fejn kien qal li l-pulizija se tieħu passi kontra s-sid ta’ zoo illegali fil-kumpless Montekristo, jista’ l-Ministru jgħid għaliex sal-lum baqgħu ma ttieħdux passi meta hu fatt magħruf li f’dan iż-zoo illegali hemm annimali protetti li qegħdin f’riskju ta’ estinsjoni, li hemm żvilupp illegali u li hemm annimali li mhux qed jinżammu fi spazju adegwat u kif suppost mil-liġi? X’qed tistenna l-pulizija biex tieħu passi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kif korretament ġie indikat fil-mistoqsija parlamentari 13611, il-Pulizija ser tieħu passi kontra s-sid ta’ zoo llegali fil-kumpless Montekristo. Fil-fatt wara li ġew ikkonfermati l-akkużi anke mas-servizz Veterinarju fil-21 ta’ Jannar 2015, inħarġu l-akkużi. Irid jingħad li l-ewwel smigħ sar nhar l-21 ta’ April, 2015, quddiem il-Magistrat Dr. AM. Trigona, LL.D’. Dan juri biċ-ċar li l-Pulizija mxiet mill-ewwel meta setgħet fuq dan il-każ.
Statistika dwar korrelazzjoni bejn suwiċidji u problema tal-azzard
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi statistika f’Malta li turi korrelazzjoni bejn ħsibijiet jew atti suwiċidjali u l-problema tal-azzard?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’hemmx statistika f’Malta li turi korrelazzjoni bejn ħsibijiet jew atti suwiċidjali u l-problema tal-azzard, kif mitluba mil-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx il-passaport diplomatiku lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk kienx hemm security clearance min-naħa tas-Secret Services ta’ Malta (MSS) biex inħareġ il-passaport diplomatiku? Jista’ jgħid meta (data u xahar) inħareġ dan il-passaport diplomatiku tal-individwu msemmi? Jista’ jgħid għal kemm hu validu l-passaport diplomatiku li nħareġ lill-individwu msemmi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passaport diplomatiku ta’ l-individwu li dettalji tiegħu ngħataw separatament, nħareġ skont l-proċeduri stabbiliti mill-awtoritajiet relevanti. L-Informazzjoni relatata mas-Servizz tas-Sigurtà tingħata lis-Security Committee.
Forzi Armati ta’ Malta – korsijiet barra mill-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta (skont ir-rank tagħhom) li attendew korsijiet barra mill-pajjiż bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u s-27 ta’ April 2015? Jista’ jgħid f’liema pajjiżi marru għal dawn il-korsijiet/taħriġ? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-korsijiet u x’taħriġ ingħata? Jista’ jgħid min huma l-entitajiet jew organizzazzjonijiet li qed jorganizzaw dawn il-korsijiet/taħriġ? Jista’ jgħid kif u min qed jagħmel l-għażla tal-uffiċjali tal-AFM li qed jintbagħtu għal dawn il-korsijiet/taħriġ barra l-pajjiż? Jista’ jgħid jekk l-uffiċjali li qed jintbagħtu hux qed jagħtu rendikont tat-taħriġ li qed jieħdu barra l-pajjiż u jekk hux qed jagħtu rapport bil-miktub lill-HR tal-Korp ta’ dak li jkunu tħarrġu fih? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-uffiċjali li attendew dawn il-korsijiet/taħriġ bejn Marzu 2013 u April 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-ispiża totali hija ta’ € 660,276.32 u l-pajji¿i fejn saru il-korsijiet/taħriġ huma:
Awstrija, Belgium, Ċipru, Finlandja, Franza, Ġermanja, Grecja, Irlanda, Italja, Litwanja, Marokk, Norveġja, Olanda, Polonja, Portugall, Renju Unit, Republika Ċeka, Spanja, Stati Uniti ta’ l-Amerika, Tunesija.
Fil-qasam tekniku / speċċjalizzat u f’dak li jirrigwarda l-iżvilup professjonali tal-karriera militari l-korsijiet ta’ natura militari ġew organizzati f-akkademji militari tal-pajjiżi imsemmijja filwaqt li l-korsijiet ċivili ġew organizzati minn entitajiet privati.
Abbażi tat-tip ta’ kors, l-għażla fil-maġġor parti ssir fuq rakkomandazzjoni tal-Uffiċjal Kmandant tar-Riġment jew tal-Iskwadra. Skond il-każ, jiġu kkunsidrati speċjalizazzjoni, anzjanita` tas-servizz jew ordni tal-mertu. Għall-uħud mill-korsijiet jinħatar Bord tal-Għażla imwaqqaf apposta mill-Kwartieri Ġenerali.
Il-membri ta’ L-Forzi Armati ta’ Malta li jattendu korsijiet barra minn Malta jissottomettu rapport lil Kwartier Ġenerali ta L-Forzi Armati ta’ Malta.
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kemm l-uffiċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta li attendew korsijiet barra minn Malta fir-rank indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija (skont ir-rank tagħhom) li attendew korsijiet barra mill-pajjiż bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u s-27 ta’ April 2015? Jista’ jgħid f’liema pajjiżi marru għal dawn il-korsijiet/taħriġ? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-korsijiet u x’taħriġ ingħata? Jista’ jgħid min huma l-entitajiet jew organizzazzjonijiet li qed jorganizzaw dawn il-korsijiet/taħriġ? Jista’ jgħid kif u min qed jagħmel l-għażla tal-uffiċjali Maltin li qed jintbagħtu għal dawn il-korsijiet/taħriġ barra l-pajjiż? Jista’ jgħid jekk l-uffiċjali li qed jintbagħtu hux qed jagħtu rendikont tat-taħriġ li qed jieħdu barra l-pajjiż u jekk hux qed jagħtu rapport bil-miktub lill-HR tal-Korp ta’ dak li jkunu tħarrġu fih? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-uffiċjali li attendew dawn il-korsijiet/taħriġ bejn Marzu 2013 u April 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ mużiċisti full-time fi ħdan il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta sad-9 ta’ Marzu 2013 u x’kienu l-istrumenti li jdoqqu? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa finali għall-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta għas-sena 2013? Jista’ jgħid kemm kien hemm mużiċisti li spiċċaw bl-età mid-9 ta’ Marzu 2013 sas-26 ta’ April 2015 u x’kien it-tip ta’ strument li kienu jdoqqu? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ mużiċisti full-time skont l-istrument li jdoqqu li llum jifformaw parti mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid jekk inxtrawx strumenti ġodda għall-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn Marzu 2013 u April 2015? Jista’ jgħid kemm hi pproġettata l-ispiża finali għas-sena 2015 għall-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiza pproġettata ghas-sena 2015 għall-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta hija ta’ madwar €4, 000 għal dak li għandu x’jaqsam esklussivament ma’ strumenti biss. Spejjeż oħra jiġu miżjuda ma’ nfieq ġenerali li r-Reġiment jagħmel għal kull sezzjoni tiegħu.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wasalx fi ftehim mal-Malta Police Association dwar l-oġġezzjoni tal-Assoċjazzjoni għall-addendum li jneħħi l-awtonomija tal-Korp u li dwaru l-Assoċjazzjoni għamlet protest ġudizzjarju f’Novembru 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kellux laqgħat, u jekk iva meta, mal-Malta Police Association dwar il-miljun ewro f’arrettrati ta’ sahra li kellhom jieħdu l-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid kif wasal għall-konkluzzjoni li l-ammont huwa miljun ewro. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern li kien jifforma parti minnu hu kien qal li m’għandhom jieħdu xejn.
Jista’ l-Ministru jżomm il-kelma u jippubblika minnufih ir-rapport tal-inkjesta ordnata fl-2014 dwar id-deċiżjoni tal-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jiġu rtirati l-proċeduri kriminali kontra raġel li aggredixxa l-pulizija tal-għassa ta’ Ħaż-Żabbar f’Ġunju 2013 wara li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f’Jannar 2015 wiegħed li kien se jkun released in the next few days?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kelmti se nżommha kif għamilt s’issa.