Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-residenti ta' Triq l-Arċisqof Romero f'San Ġiljan mhux qed ikollhom il-parking riservat għalihom fit-triq ta' quddiemhom li tagħlaq u qed ikollhom jipparkjaw 'il bogħod mid-dar għax l-ispazju jieħdu ħaddieħor?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Skond il-Car Parking Policyli qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, reserved parking tingħata biss f’każijiet li jikkonformaw mall-kriterji stabbiliti f’tali Policy. Għaldaqstant, sabiex ir-residenti ta’ Triq L-Arċisqof Romero jkollhom reserved parking għall-użu esklussiv tagħhom, hemm bżonn li jkunu jikkonfermaw ma’ dawn il-kriterji.
Jista' il-Ministru jara kemm huwa possibbli li jitwaħħlu numru ta' bus shelters f''Żabbar Road, Fgura b'mod partikolari ħdejn l-HSBC u faċċata kif ukoll aktar 'il fuq lejn Ħaż-Żabbar fejn il-Bibas u faċċata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li twaħħil tal-Bus Shelters ġew delegati lill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Għaldaqstant, hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali tal-Fgura li tinstalla Bus Shelters ġodda. L-ADT minnaħa tagħha kienet bagħtet ittra lill-Kunsill fejn infurmathom li l-Awtorita lesta tieħu ħsieb hi dawn il-bus shelters iżda l-Kunsill Lokali tal-Fgura irrispondiet li billi responsabbilta hija tal-kunsill ser jieħdu ħsiebhom huma.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra li l-Kunsill Lokali tal-Fgura bagħat lill-ADT.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm ġew importati coaches ġodda f'Malta din is-sena u s-sena l-oħra? Fuq min ġew liċenzjati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’2005 u 2006 ma ġewx reġistrati u liċenzjati l-ebda coaches ġodda f’Malta.
Pero’, nixtieq niġbed l-attenzjoni li f’2005 ġiet reġistrata u liċenzjata coach li kienet “used motor vehicle”. L-isem u l-indirizz fuq min din ġiet reġistrata u liċenzjata huwa :-
BCY 902 Volvo AH2EE
Catherine Abela ID 393863 M
St Rita
Triq Bugħarbiel
Żejtun
Jista' il-Ministru jara li jinżebaħ mill-ġdid il-line isfar quddiem anzjana diżabbli li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li għandha bżonn ta' spazju riservat quddiemha u li spiss qed jittieħed minn karozzi li jipparkja ħaddieħor?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li ma hemm ebda approvazzjoni ta’ Reserved Parking Bay quddiem ir-residenza li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.
Infurmat li quddiem ir-residenza hemm 1.5m KEEP CLEAR bay approvata u mplimentata mill-Awtorita’ dwar it-Trasport. It-tiġdid ta' road markings f’toroq tal-Kunsill Lokali jaqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill ikkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19371, nagħmel referenza li l-art murija fis-site plan hija l-Ħemsija bypass.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratturi li għamlu x-xogħlijiet ta’ toroq iffinanzjati mill-Ħames Protokol Taljan, għadhom qed jissottomettu l-pjanti dettaljati as built tax-xogħolijiet kollha (sistema ta’ dorog ta’ l-ilma tax-xita, servizzi, ħitan eċċ) li saru tul dan il-proġett lill-ADT.
Hekk kif dawn il-pjanti jaslu u jiġu approvati mill-ADT dawn jiġu sottomessi lit-Taqsima Propjeta’ tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għaliex ix-xogħol fuq il-bypass ta' l-Imtarfa waqaf għal dawn l -aħħar ġimgħat u meta beħsiebu jitlesta? Ġaladarba jispiċċa x-xogħol, x'inhuma l-pjani ta' kif se tiddawwal din it-triq hekk sabiħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel fażi ta’ l-aħħar parti tal-bypass tlesta' bil-bini tal-ħajt. Il-Gvern Ċentrali fil-ġranet li ġejjin ser jippublika sejħa għall-offerti biex ikunu jistgħu jitkomplew jingħaddu s-servizzi kif kien sar fl-ewwel parti, tinbena triq u ssir il-bankina.
Il-bypass tkun tista’ tiġi mdawwla wara li jitlesta' x-xogħol imsemmi. Fil-fatt il-pajpijiet neċessarji ġew mgħoddija fis-central strip.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol tal-Gżira Link Road - Regional Road fejn qabel kien hemm it-tankijiet tal-gas? Fiex jikkonsisti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti proposti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi x-xogħolijiet biex tinbena l-imsemmija Gzira Link Road ġie maqsum f'żewġ fażijiet:-
L-ewwel fażi hija l-bini ta fly overfil-junction tal-Kappara, it-tieni fażi tinkludi it-titjib u bini ta' toroq mill-Kappara junction, Triq ix-Xatt il-Gżira.
It-tieni fażi ta' dan il-proġett ġew studjati numru ta' alternattivi mill-ADT fl-aħħar sentejn, li kienu jikkonsistu f'numru ta' rotot alternattivi ta' kif tista' il-linkmill-Kappara Junction sa Triq ix-Xatt fil-Gżira.
L-ADT bħalissa għaddejja bil-konsultazzjoni tagħha ma' l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar fuq l-aħħar rotta li qed tiġi proposta.
Site plan mehmuża.
Jista' il-Ministru jinformana u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-esperti li ddikjaraw li s-sistema tal-gabione (li ntużat fil-proġett ta' Wied il-Qlejgħa) mhux tajba għall-infrastruttura tal-bypass ta' l-Imtarfa u tal-Ħemsija li bis-sistema li ntużat dawn it-toroq xorta sfrundaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Peress li ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport f'konferenza ta' l-aħbarijiet qal li nġabru Lm8 miljun fi 11-il xahar mill-ispeed cameras billi nħareġ medja ta' żewġ ċitazzjonijiet għal kull familja f'Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk minn Jannar ta' l-2005 sal-lum l-awtorita' dwar it-trasport ħallsitx ċitazzjonijiet li qalgħu uffiċjali jew impjegati ta' l-istess awtorita' għax inqabdu mill-ispeed cameras?
F'każ li tħallsu, jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali u impjegati li tħallsitilhom iċ-ċitazzjoni, kemm-il darba u kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-istqarrija taċ-Chief Executive Officerkienet miżinterpretata u għal dan il-għan inħarġet stqarrija għall-istampa fil-25 ta' Mejju (kopja ta' din l-istqarrija qed tiġi mehmuża). L-ammont ta' 26,679 ċitazzjonijiet imsemmija fl-istqarrija kienu ammontaw għal ftit anqas minn Lm800,000.
L-Awtorita' dwar it-Trasport m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni ta' speed cameras. Madanakollu kien hemm ċirkostanzi fejn kellha tħallas xi ċitazzjonijiet, liema ċitazzjonijiet ġew jew għanhom jiġu rifonduti mill-impjegati ikkonċernati.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport hix tagħmel użu mis-servizz ta' l-internet provdut mill-Onvol jew mill-Maltanet? Jista' jgħid xi ħlasijiet saru matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport tagħmel użu mis-servizzi ta’ l-internet provdut mill-Onvol. L-ispiża ta’ l-Onvol ammontat għall kif jidher hawn taħt :
2005 Lm892.08
2006 Lm297.36 sa April
Fir-rigward tal-Maltanet, l-ADT ħallset lil din il-kumpanija l-ammonti msemmija hawn taħt:
2005 Lm574.26
2006 Lm188.80 sa April
Ta’ min isemmi wkoll li kellna xi kontijiet tad-Datastream (li kienu subsidiary tal-maltanet), liema spejjeż ammontaw għall:
2005 Lm2375.56
2006 Lm976.58 sa April
Jista' il-Ministru jgħid x'salarju għandu u perks oħra ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Min iddeċieda li s-salarju għandu jiżdied sostanzjalment meta ċ-chief executive officer ta' qabel kien jitħallas kważi n-nofs ta' dak li qed jitħallas CEO li hemm illum? Jikkonferma l-Ministru li fi tmiem is-sena dan l-uffiċjal hu ntitolat ukoll għal performance bonus? Jekk iva, jista' jgħid kemm hu dan il-bonus u x'kien l-ammont li rċieva għas-sena li għaddiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kien il-Bord ta' l-Għażla, magħmul minn membri tal-Bord ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, li ddeċidew fuq il-pakkett offrut lis-CEO.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li Garden Road, Żabbar tħalliet nofs leħja, b'nofs irranġata u in-nofs l-ieħor le? Meta hemm il-ħsieb li titkompla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Novembru tas-sena l-oħra l-Awtorita' dwar it-Trasport organiażżat ‘Training Seminar’ għall-kuntratturi lokali, bl-iskop li jsir taħriġ fuq bini ta’ toroq.
Għal dan it-taħriġ intagħżlet sezzjoni ta’ madwar 160m fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpelant. Dan it-taħriġ tlesta fi Frar. Il-parti tat-triq li ma ġietx irranġata hija nkluża fil-program ta’ toroq li jridu jsiru.
Id-Direttorat qed iħejji programm għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq it-triq li tagħti għall-airport tal-Gudja? Kemm kellu jdum oriġinarjament dan ix-xogħol? Ix-xogħol se jitlesta fiż-żmien previst jew se jdum aktar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħol fuq it-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant u cioe' Triq l-Avjazzjoni Ċivili, Luqa beda fit-28 ta’ Marzu 2006. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq huwa mistenni illi jitlesta għall-ħabta ta’ l-aħħar ta’ Awissu 2006.
L-Awtorita’ tat-Trasport qed tagħmel is-sorveljanza neċessarja fuq il-kuntrattur biex il-completion period jiġi rrispettat u s’issa jidher illi l-istess xogħlijiet ser jiġu kompluti fit-target datestipulata mill-istess Awtorita’.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm liċenzji għall-karrijiet tal-funerali mis-sena 2000, sena b'sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija hawn taħt - :
Sena Numru ta' karrijiet Malta Numru ta' karrijiet Ghawdex
2000 12 2
2001 11 2
2002 11 2
2003 11 2
2004 10 2
2005 10 2
2006 12 2
Pero’, nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-Pulizija ta’ Malta għandhom ukoll vettura biex ikunu jistgħu jġorru l-mejtin.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm liċenzji tal-karozzini (tat-turisti) sena b'sena mill-1992 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab ninfurmat illi ADT ħadet ir-risponsabbilta tal-liċenzji ta’ dawn il-karozzini mill-2003. Minn dak iż-żmien ‘l hawn kien hemm 111 il-karozzin li intużaw mit-turisti li jġeddu l-liċenzja sena b’ sena.
Għall-informazzjoni ta’ qabel 2003 l-Onorevoli Interpellant jixtieq jirreferi d-domanda lill-Ministru ta’ l-Intern peress li qabel din id-data din ir-risponsabbilta kienet f’ idejn il-Puliżija.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm saru toroq mill-gvern ċentrali li tħallsu mill-gvern jew minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea fiż-Żejtun, Żabbar, Wied il-Għajn u Fgura, sena b'sena mill-2002 sal-lum? Jista' jagħti breakdown ta' kull lokalita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19497 u jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li ġew approvati u li ser jingħataw it-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ADT ser toħroġ tender għall-bini mill-ġdid ta’ ħames toroq fil-lokalita’ ta’ Ħ’Attard. Dawn it-toroq huma:-
Triq il-Larinġ
Triq iz-Zahar
Triq it-Taħħan, parti minn Triq E Cremona u parti minn Triq P P Rubens.