B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20791, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-interview li l-kandidati kienu suġġetti għalih?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakmandat sabiex jingħataw eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakmandat sabiex jingħataw eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom bejn l-2013 u Ottubru 2015, huma kif segwit:
Fl-2013 – 78 persuna
Fl-2014 – 251persuna
Sa Ottubru - 2015 – 146 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakmandat sabiex jingħataw eżenzjoni mill-liċenzja tat-triq fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakomandat sabiex jingħataw eżenzjoni mil-liċenzja tat-triq bejn l-2013 u Ottubru 2015, huwa kif segwit:
Fl-2013- 384 persuna;
Fl-2014- 449 persuna;
Sa Ottubru 2015 – 153 persuna.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ urġenti ta’ applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Applikazzjoni għall-Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal dħul f’Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Problema ta’ persuni li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom
Question
Jista` l-Ministru jgħidilna kif qed tiġi ndirizzata l-problema ta’ dawk il-persuni li f’każ ta’ emerġenza jispiċċaw bla saqaf fuq rashom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru daħal f’numru ta’ Private Social Partnerships (PSPs) ma’ għaqdiet non-governattivi sabiex tiġi indirizzata il-problema ta’ persuni homeless, biex jinstabilhom placement, permezz ta’ dawn l-għaqdiet. L-Aġenzija Appoġġ tirreferi persuni li jkunu avviċinawha, lill-għaqdiet u Djar, bħal YMCA, Dar Tereza Spinelli, Dar Leopoldu u Dar Osanna Pia.
Intant, il-Ministeru jinsab għaddej b’ħidma biex jinfetaħ fiż-żmien li ġej, emergency drop in shelter, bi sħab ma’ entità privata u l-CARITAS Malta. Qed isir xogħol ukoll biex jiġi mniedi Residential Half Way Programme li permess tiegħu persuni f’ din is-sitwazzjoni jiġu mgħejjuna biex isibu impjieg kif ukoll għajnuna meta jiġu biex jikru residenza minn għand is-settur privat.
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li, l-Ministeru, permezz tal-Awtorita tad-Djar ukoll jgħin, fejn jista’, nies li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. L-għajnuna li l-Awtorita’ tad-Djar toffri f’ċirkostanzi bħal dawn, u li ġieli intervjenit fihom, tikkonsisti, meta jkun possibbli, f’allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali fuq bażi temporanja.
Jista’ l-Ministru jispjega kif, wara l-ħidma li saret permezz tal-Proġett -Leap ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea fejn ġew megħjuna nies vulnerabbli biex jintegraw fis-soċjetà , issa li l-proġett wasal fi tmiemu, x’ser jiġri mill-benefiċjarji tal-istess proġett imsemmi u nies vulnerabbli oħra fis-soċjetà tagħna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel ta’ Gunju ta’ din is-sena il-Ministeru tiegħi ffirma ‘Public Social Partnership’ temporanju ghal perjodu ta sitt xhur ma NGO biex benefiċarji li kien għadhom ma’ nstabilhomx impjieg permess tal-progett Leap jgħaddu ma’ l-imsemmija Assoċjazzjoni biex jitkompla ix-xogħol magħhom. Nixtieq ngħid ukoll illi sa l-aħħar ta’ Ottubru wieħed u sebgħin persuna minn dawn il-beneficjarji nstabilhom impjieg ‘full time’ fis-settur privat filwaqt li wieħed u tletin persuna oħra qegħdin f’apprentistat mal-privat.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedet il-provvista ta’ sodod ta’ respite mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex u kemm nies ibbenifikaw minn dawn is-servizzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-perijodu indikat, is-sodod ta’ respite żdiedu b’16; 14 f’Casa Leone u 2 f’Villa San Lawrenz, Għawdex.
B’kollox kien hemm 523 persuna li bbenefikaw mis-servizzi kollha ta’ respite fil-perijodu msemmi; 501 f’Malta u 22 f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni sar fir-residenzi tal-Gvern għall-anzjani mis-sena 2010 sal-lum kull sena separatament, ix-xogħol kemm sewa u minn għamlu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Taħriġ għall-impjegati fis-setturi tal-anzjani u tal-persuni b’di¿abilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw persuni mit-taħriġ li sar għall-impjegati fis-setturi tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità li kien iffinanzjat minn fondi Ewropej u fiex kien jikkonsisti dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-proġett ko-finanzjajt mill-Unjoni Ewropea, ESF4.242 ‘Capacity Building in the Care for the Elderly and Persons with Disability’, kien proġett ta’ taħriġ speċifikament immirat għall-impjegati li jaħdmu fil-professjoni ta’ nursing u caring, fis-settur tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilita.
B’kollox, kien hemm 1394 impjegat li bbenefikaw minn dan it-taħrig li huma mqassma kif ġej jinqasam kif ġej:
367 Infermiera li jaħdmu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule;
360 Carer li jaħdmu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule;
88 Carer li jaħdmu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern;
74 Infermiera li jaħdmu ġewwa d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern;
12 –il Front Liner li jaħdmu mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’;
10 Managers li jaħdmu mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’;
71 Manager li jaħdmu mal-Aġenzija SAPPORT;
412 –il persuna oħra li jaħdmu mal-Aġenzija SAPPORT
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, dan il-proġett kien jikkonsisti f’taħriġ fuq is-suġġett tas-sesswalita’ u d-dizabilita’, kif ukoll fuq kura speċjalizzata għall-anzjani fil-qasam tad-dimenzja.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20619, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità spezzjonat u ċċertifikat li r-rampa li saret fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella Għawdex hija konformi mal-Guidelines Access to All stabbiliti dwar kif għandhom isiru r-rampi għall-persuni bi problemi ta’ mobilità? Jista’ jara li din saret kif jitolbu dawn il-kriterji u dan stantè li din ir-rampa hija waħda li se tintuża minn mijiet ta’ turisti kuljum kif ukoll minn ħafna nies oħra li jmorru l-Katidral ta’ Għawdex u l-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-KNPD ivvettjat il-pjanti tal-applikazzjoni tal-MEPA relatata ma’ dan il-proġett (PA 656/11). Irriżulta li l-pjanti, li kienu jinkludu rampa fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella, kienu konformi mal-Access for All Design Guidelines u għaldaqstant il-KNPD bagħtet l-approvazzjoni tagħha lill-MEPA fid-29 ta’ Settembru 2011.
Wara dan, il-KNPD qatt ma ġiet mitluba tispezzjona l-post biex tiċċertifika li x-xogħlijiet saru skont l-Access for All Design Guidelines. Il-KNPD tagħmel spezzjonijiet f'bini miftuħ għall-pubbliku meta tiġi infurmata li tlestew xogħlijiet b'konnessjoni ma' applikazzjonijiet tal-MEPA. Tagħmel ukoll spezzjonijiet meta jkollha rapporti li bini miftuħ għall-pubbliku ma jkunx aċċessibbli għal kulħadd. F'dan il-każ partikulari l-KNPD ma ġietx infurmata li tlesta x-xogħol. Irċeviet rapport mill-Onor. Chris Said wara kuntatt li għamel mas-Sur Oliver Scicluna, Ċermen tal-KNPD li hemm nuqqas ta' aċċessibilità. Wara dan, iċ-Ċermen tal-KNPD inkariga lil uffiċjal fi ħdan il-KNPD biex jispezzjona r-rampa. Din l-ispezzjona ġiet skedata għat-23 ta' Novembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015, xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ postijiet vakanti maħluqa kien ta’ 1368.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-total ta’ pazjenti li mietu bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, jammonta għal 1002.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani, separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-total ta’ pazjenti li bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 iddaħħlu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, jammonta għal 1159.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta’ membri f’kwalunkwe bord maħtur mill-Ministeru tiegħu u kemm minnhom huma nisa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn total ta’ 205 membru fil-bordijiet maħtura mill-Ministeru tiegħi, 95 (46.3%) huma nisa u 110 (53.7%) huma irġiel.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha eżistenti maħtura mill-Ministeru tiegħu? X’inhu n-numru ta’ membri f’kull bord u x’inhu n-numru ta’ nisa f’kull bord?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas dovut ta’ sodod għall-anzjani mixtrija bl-iskema ta’ Public Private Partnership fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża ta’ sodod għall-anzjani mixtrija bl-iskema ta’ Public Private Partnership kienet kif qed ikun indikat hawn isfel:
· Fl-2013 - €6,220,036
· Fl-2014 - €7,805,162
· Sal-aħħar ta’ Ottubru 2015 - €7,108,681
Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena maqsuma xahar b’xahar? ? Kemm hu n-numru ta’ persuni f’Malta u Għawdex li qegħdin jirċievu din il-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni f’Malta u Għawdex li qegħdin jirċievu Pensjoni għall-Invalidità jammonta għal 4,123, li minnhom 3,892 jgħixu Malta u 231 pensjonant li jitħallsu barra minn Malta. In-numru ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni msemmija, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, xahar b’xahar, huwa skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Applikazzjonijiet
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Total
IP
17
17
22
19
37
22
134
IIP
36
34
22
32
13
12
149
Total
53
51
44
51
50
34
283
IP – Invalidity Pension
IIP – Increased Invalidity Pension