Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ingress ta ilma
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħatw separatament rigward ingress ta' ilma fil-proprejtà tagħha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment ġie nvestigat u rriżulta li l-ilma mhuwiex ġej mill-infrastruttura tal-mejnijiet iżda mill-proprjetà ta’ biswitha.
Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15434, 15012, 14749, 14471 u 15181 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriża din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċimitejri li qegħdin fil-proċess li jitkabbru biex ikollhom aktar oqbra għall-pubbliku? Jista’ jgħid liema huma u kemm se jkollhom oqbra ġodda? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess li jinxtraw oqbra ġodda peress li uħud minn dawn in-nies diġà taw kapparra biex ikollhom qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Il-Mellieħa – Ċimiterju Sultana tal-Vittorji – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li x-xogħol ta’ manutenzjoni li għandu jsir fil-kappella li tinsab fiċ-Ċimiterju Sultana tal-Vittorji fil-Mellieħa jsir b’mod immedjat peress li dan jinsab fi stat perikoluż?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fuq il-berġa tad-Dipartiment tas-Saħħa
Question
Billi l-Berġa tad-Dipartiment tas-Saħħa fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar ilha magħluqa għal numru kbir ta' ġimgħat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol sar s'issa fl-istess berġa, billi suppost, skont nota li hemm imwaħħla mal-istess bieb, kellu jkun qed isir xogħol fuq il-post qabel ma jerġa' jibda jintuża? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li hu meħtieġ isir fl-istess post? Min qed iwettaq ix-xogħol meħtieġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Tas-Sahha fil-Kura Primarja kien fi stadju ta’ tahdidiet mall-kunsill lokali ta’ qabel l-ahhar elezjonijiet ta’ April 2015.
Issa, li nbidel il-kunsill, se jitkomplew it-taħdidiet. Sadanittant is-servizz sejjer jibqa' jingħata komplut minn post ieħor ipprovdut mill-kunsill lokali.
Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa – professional indemnity insurance
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13101 u jgħid liema huma dawk il-kategoriji ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma koperti bil-professional indemnity insurance?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika għal liema professjonisti qed tirreferi.
Ċentri tas-Saħħa u Sptar Mater Dei – servizzi relatati ma’ vjolenza domestika u rape
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ servizzi qed joffru ċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Isptar Mater Dei fir-rigward ta’ vjolenza domestika u rape?
Response (MIZZI, KONRAD)
Każijiet ta' vjolenza domestika u ta' stupru jiġu rrapurtati lill-pulizija minnufih. Il-każijiet ta' stupru jiġu rreferuti lil team specjalizzat fl-Isptar Mater Dei fejn teżisti setup apposta biex il-każ jiġi ttrattat b'mod adegwat u ssir l-eżaminazzjoni forensika meħtieġa. Fil-każijiet ta' vjolenza domestika, it-tobba li jagħtu l-kura għandhom ukoll il-faċilità li jirreferu għand professjonisti oħrajn skont il-każ.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dati meta hu żar l-Ażerbajġan fuq xogħol ministerjali minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull okkażjoni, minn min kien akkumpanjat, u x’kienu l-iskop taż-żjarat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15529 (ħmistax-il elf, ħames mija, disgħa u għoxrin.)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15152, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet huma t-talbiet għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda? Jista’ jgħid kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-lokalitajiet huma kif ġej:
Ħ'Attard
Ħal Balzan
Birkirkara
Ħad-Dingli
Għargħur
Il-Gżira
Il-Ħamrun
L-Iklin
Il-Mellieħa
L-Imġarr (Malta)
L-Imsida
Il-Mosta
In-Naxxar
Ħal-Qormi
Ir-Rabat (Malta)
San Ġiljan
San Pawl il-Baħar
San Ġwann
Santa Venera
Is-Siġġiewi
Tas-Sliema
Is-Swieqi
Ta' Xbiex
Ħaż-Żebbuġ
Birżebbuġa
Bormla
Il-Fgura
Ħal Għaxaq
Il-Kalkara
Ħal-Luqa
Marsaskala
Marsaxlokk
L-Imqabba
Il-Marsa
Raħal Ġdid
Tal-Pietà
Il-Qrendi
L-Isla
Ħal-Safi
Ħal-Tarxien
Il-Belt Valletta
Ħaż-Żabbar
Iż-Żejtun
Iż-Żurrieq
In-Nadur
Ir-Rabat (Għawdex)
Ix-Xaghra (Għawdex)
Ix-Xewkija (Għawdex)
Ix-Xlendi (Għawdex)
L-Għarb (Għawdex)
Ta' Sannat (Għawdex)
Żebbuġ (għawdex)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14850, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jiġu użati s-36 magna tal-kliewi? Jista’ jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jinxtraw oħrajn tul din is-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm ħsieb biex uħud minn dawn il-magni jitbiddlu fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema raġuni xi ħadd li kien jieħu l-botox injections għaliex kien ibati minn spasticity issa ma baqax intitolat li jieħu din l-injection?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddi d-dettalji tal-individu li qed jagħmel referenza għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-households li kienu qed igawdu mill-Eco Reduction fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fil-perjodu:
(a) L-1 ta’ Marzu 2012 sal-aħħar ta’ Marzu 2013;
(b) L-1 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Marzu 2014; u
(c) L-1 ta’ Marzu 2014 sal-aħħar ta’ Marzu 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata kif ġej:
Mill- 1 ta’ Marzu 2012 sal-aħħar ta’ Marzu 2013 - 124,446 households
Mill- 1 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Marzu 2014 - 130,897 households
Mill- 1 ta’ Marzu 2014 sal-aħħar ta’ Marzu 2015 - 132,766 households.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-insulina Aspart u Glargin jingħataw lill-persuni dijabetiċi type 1 biss, kemm fil-każ ta’ tfal, kif ukoll adoloxxenti u adulti, u dan wara li jkunu suġġetti għall-insulina konvenzjonali għal mill-anqas sitt xhur? Jista’ jgħid għalfejn materja bħal din mhix titħalla f’idejn il-konsulent li jiddeċiedi skont il-każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-Insulina Aspart u Glargin huma regolati minn protokoli maqbula mill-GFLAC li jinkludi wkoll il-konsulenti. Dawn ikunu mfassla skond evidenza medika u diskussi mal-Clinical Chairperson. F’każijiet partikulari li jkun jeħtieġ varjanza minn dawn il-protokolli stabbiliti, il-konsulent jista’ jitlob għall-approvazzjoni ta’ din il-varjanza.
Insulina Aspart u Glargin – persuni dijabetiċi type 2
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex l-insulina Aspart u Glargin ma tingħatax lill-persuni dijabetiċi type 2 bħalma qed tingħata lill-persuni dijabetiċi type 1?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fil-mument il-mediċini relatati mad-Dijabete fosthom l-insulina Aspart u l-Insulina Glargine qed jiġu evalwati u diskussi fil-kumitati rispettivi maħturin biex jevalwaw l-inklużjoni ta’ mediċina fuq il-formolarju tal-Gvern jew tibdil fil-protokolli ta’ mediċini li diġa jinsabu fuq il-formolarju tal-Gvern.