Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Wardija, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qed isiru spezzjonijiet tal-postijiet kollha fejn il-ħitan tas-sejjieħ ġarrbu ħsarat kawża tal-maltemp.
Fejn huwa possibbli dawn il-ħsarat ser jiġu msewwija skond il-prioritajiet tax-xogħol. Dan ma jfissirx li r-responsabbilita' tat-tiswija hija tal-Gvern u mhux tal-privat.
Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Fiddien limiti tar-Rabat, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis-possibbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Baħrija l/o Rabat, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Rigward xogħlijiet ippjanati mill-Valletta Rehabilitation Committee Project fil-King George V playing fields fil-Furjana, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq dan il-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9814 (Seduta 148).
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini li dan il-kunsill bil-liġi suppost li joħroġ darba fis-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-rapport annwali għas-sena li tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1999 se jinħareġ fix-xahar ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jagħtina tagħrif dwar x'attivita' qiegħda ssir fl-ex dump magħrufa bħala Ta' Fulija fiż-Żurrieq? Jekk qiegħed isir ħruq ta' materjal organiku, min qiegħed jordna li dan isir f'dan il-post?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-attivita' li qiegħda ssir fl-'ex-dump' magħrufa bħala tal-Fulija fiż-Żurrieq hija biex jinħażen il-kompost li qed jiġi prodott fl-Impjant ta' Sant'Antnin. Dan huwa meħtieġ għax it-tqassim ta' dan il-materjal lill-bdiewa jsir matul l-istaġun tas-sajf.
Rigward il-ħruq ta' materjal organiku nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li qatt ma ġie ordnat li jsir xi ħruq f'dan il-post.
Jista'l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar x'sar minn diversi kanuni antiki li kienu depożitati fuq Manoel Island? Jekk teżisti xi ħażna ta' kanuni, fejn qegħdin jiġu priżervati u x'inhu l-ħsieb li jsir bihom bħala konservazzjoni u priżervazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li l-kanuni li kien hemm f'Manoel Island kienu snin ilu ttieħdu minn hemmhekk u tqiegħdu fid-Depot ta' l-AFM f'Pembroke. Il-preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' dawn il-kanuni, bħala armi storiċi, taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Mużewijiet u nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet?
Min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta?
F'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-karozzi kollha mikrija mill-Ministeru għall-Ambjent huma kollha koperti b'polza tas-sigurta' 'fully comprehensive' inkluż ukoll l-'excess' u għalhekk ma saru l-ebda spejjeż mill-Gvern fuq ħsarat minn kolliżjonijiet.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jiġi mibgħut uffiċjal mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex jeżamina u wara jipprepara rapport ta' kif l-istat ta' l-ambjent li qed jiffaċċjaw n-nies li joqogħdu viċin iż-żona industrijali tar-Rikasoli, Kalkara senjatament dawk li jridu jidħlu għal darhom minn ġewwa l-istess żona industrijali, jiġi mtejjeb?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jinvestiga dan il-każ u jiġbor rapport fil-futur qarib.
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 5156, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm ħaddiema u ta' liema grad jaħdmu ġewwa s-sezzjoni ta' l-ambjent tul is-sena 1999?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' Novembru 1999 in-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu ġewwa d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent hu ta' 218. Il-gradi huma hekk:
Director/Acting Director 1
Officer in Grade V 1
Principals 5
Assistant Principals 5
Executive Officers 3
Clerks 14
Messengers 2
Chief Scientific Officer 1
Senior Scientific Officer 1
Engineer 1
Senior Tradesman 9
Tradesman 1
Principal Environment Officer 5
Environment Officer 7
Environment Inspector 10
Senior Postperson 5
Postperson 3
General Hand 76
Health Attendant 'B' 24
Coxwain 1
Casual Typist 3
Impressed Driver 14
Art & Graphic Technician 1
On Loan/Seconded 4
Watchman 2
Operative 4
M.T.D. 2
Gardener 2
Time Keeper 1
Assistant Technical Officer 7
Supervisor 1
Security Guard 1
Technical Officer 1
-----
TOTAL 218
-----
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11657, jista'l-Ministru jgħidli x'użu qiegħed isir preżentement mill-kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-preżent mhux qed isir ebda użu partikolari mill-Kalkara tal-Ġir ta' Ħaż-Żebbuġ. Iżda għad fadal fil-post xi affarijiet bħal għodda u faħam in konnessjoni mal-produzzjoni tal-ġir.
Jista' l-Ministru jinformana fiex kien jikkonsisti t-trade test u l-interview għal postijiet ta' senior operative (rubble wall builders)? Meta sejjer isir test ieħor bħal dan? Kemm applikaw persuni għal dan it-test u kemm għaddew mit-test u mill-interview?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-Trade Test u l-Interview għall-postijiet ta' Senior Operative (Rubble Wall Builders) kien jikkonsisti:
L-ewwel parti kienet trade test, eżami prattiku fejn kull kandidat kellu jibni biċċa ħajt tas-sejjieħ;
It-tieni parti kien l-interview li kien jikkonsisti f'numru ta' mistoqsijiet fuq is-sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ. Kien hemm ukoll xi mistoqsijiet fuq is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;
Għal dan il-post kien hemm mija u wieħed (101) applikazzjoni. Għaddew mill-parti prattika tmienja u erbgħin (48) u għaddew mill-interview wieħed u erbgħin (41).
Huwa maħsub li applikazzjoni oħra għall-postijiet ta' Senior Operative (Rubble Wall Builder) terġa' toħroġ għal Mejju/Ġunju tas-sena 2000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Ambjent jissorveljax il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm ikunu nqabdu ġrieden u mil-liema lokalitajiet jew zoni? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk qatt sarx xi rapport jew isirx rapport minn żmien għal żmien dwar il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna, lokal b'lokal jew zona b'zona? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji f'dan ir-rigward? Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm inqabdu ġrieden matul l-1996, 1997, 1998 u ta' liema qisien kienu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-risposta hi fin-negattiv u nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir u anke jieħu l-passi meħtieġa biex diversi swar li jdawwru l-Belt Valletta u anke t-tlett ibliet isirilhom tindif mill-ħaxix ħażin li hemm magħhom peress li dan jikkawża kemm ħsara fil-bini tagħhom u kemm kruha fid-dehra tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-swar tal-Belt jitnaddfu b'mod sistematiku mill-ħaxix minn grupp ta' nies li kienu mħarrġa apposta fl-abseiling ftit tas-snin ilu. Fil-fatt għadu kemm intemm it-tindif tas-swar ta' taħt il-ġnien ta' Hastings (St Michael Demi Bastion).
Barra minn hekk, biex inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu xogħol iktar speċjalizzat, qegħdin bħalissa f'arranġamenti biex jinxtraw żewġ scaffold systems li jippermettu aċċess iktar faċli.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsulenza qiegħda tagħti l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu sepratatment, tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi? Kif intgħażel dan il-konsulent u x'qiegħed jingħata bħala ħlas għas-servizzi tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-kariga tal-persuna msemmija hija ta' Executive fl-Arts Centre. Din il-persuna ntgħażlet minn Bord ta' Għażla wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-ġurnali lokali. Il-post ta' Executive - Arts Centre għandu salarju ta' Lm8,392 fis-sena. Qed jingħata ukoll allowance ta' Lm50 fix-xahar għall-petrol.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11676 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe': b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11511, peress li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija triq arterjali, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dawn il-bankini?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Mhux ippjanat f'dan l-istadju li jsiru l-bankini msemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11673?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ż-żejt li hemm f'Manoel Island qed jittieħed għar-riċiklaġġ. Id-dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent informa b'dan lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, lid-Diviżjoni tas-Saħħa u lid-Dipartiment tax-Xogħol għal kull interess li dawn l-entitajiet jista' jkollhom f'din l-attivita'.
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qed jissorvelja li
l-affarijiet isiru kif suppost.
Dan iż-żejt hu materjal perikoluż. L-Onor. Interpellant hu mitlub li jsaqsi l-Ministri konċernati mis-saħħa pubblika u mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol rigward l-effett li dan iż-żejt jista' jkollu fuq is-saħħa tal-bniedem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' kunsilli lokali u individwi, b'mod separat, li matul l-1996, 1997 u 1998 ressqu lmenti fid-Dipartiment ta' l-Ambjent dwar problemi ta' ġrieden f'zoni u lokalitjiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni u x'benefiċċji u allowances oħra jgawdu ċ-chairman u l-membri tal-Kumitat tar-Restawr tal-Cottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Naħseb li l-Onor. Membru qed jirreferi għall-Kumitat tar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera. Iċ-Chairman u l-Membri ma għandhom l-ebda remunerazzjoni u l-ebda benefiċċju.