Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-ħatra tas-CEO ta' l-Air Malta? Jista' jgħid x'rabta ta' xogħol għadha teżisti bejn Mr Funk u l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-Chief Executive Officer ser jispiċċa mill-impjieg tiegħu ma' l-Air Malta fil-31 ta' Marzu 2006. Il-Board tad-Diretturi ħass li ċ-Chief Executive Officer kellu jibqa' fil-kariga tiegħu sa l-aħħar tas-sena finanzjarja.
Il-proċess biex jiġi appuntat Chief Executive Officer ieħor għadu ma ntemmx.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17156 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinformana kemm hu l-prezz tal-forwarding buying rate għal barmil żejt illum? X'inhu l-prezz li qed jinxtara llum l-istess barmil żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tad-drenaġġ — Ilma tad-drenaġġ f'residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jara għaliex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħed jidħlilha l-ilma tad-drenaġġ fid-dar tagħha? Jista' il-Ministru jmexxi dan il-każ b'urġenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat l-każ, irriżulta li kien hemm sadd f'house connection tal-viċin. Wara li dan ġie mnaddaf l-infiltrazzjoni msemmija waqfet.
Jista' il-Ministru jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar?
Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali?
Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fl-Enemalta dwar is-supply ta' l-arbli tat-toroq sabiex ikunu stallati linji ġodda minħabba li din il-korporazzjoni ma kelliex aktar arbli biex tkun tista' taħdem?
Jista' jgħid meta applikanti għal servizzi ġodda tad-dawl li jeħtieġu xi istallazzjoni ta' arbli, sej kunu moqdija wara li ilhom jistennew diversi xhur u wara li diġa' ħallsu l-applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17145, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jiswa l-kuntratt li ngħatat Mamo TCV għal pariri b'rabta mal-privatizzazzjoni tas-Sea Malta? Jista' jgħid kif ġew imħallsa l-flus involuti fil-kuntratt u jekk għadx hemm pendenzi x'jitħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Minħabba raġunijiet kummerċjali ma' tistax tingħata l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tad-domanda. Il-flus ġew imħallsa kull xahar skond il-kuntratt u ma baqgħax x'jitħallas.
Fid-dawl tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17143, jista' il-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-privatisation unit u l-impjegati tagħha meta hemm lista ta' xejn anqas minn 15-il kumpannija privata li qegħdin jagħtu l-pariri lill-istess privitisation unit? Ma jaħsibx il-Ministru li l-privatisation unit għandha tkun aktar responsabbli u kapaċi tieħu d-deċiżjonijiet waħedha sabiex titnaqqas l-ispiża li qiegħda tonfoq f'pariri u konsulenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol tal-Privatisation Unit hu ta manager tal-proċess li jkun ser jintuża għall bejgħ ta nteressi tal-Gvern f'xi entita. Flimkien mal-Gvern tiddeċiedi dwar il-proċess li jkun ser jintuża u tagħżel il-konsulenti addattati.
Il-Privatisation Unit tikkordina ix-xogħol kollu bejn l-entita u l-konsolenti kif ukoll tmexxi in-negozzjati li jwasslu sa l-għeluq tal-proċess.
Ma hux possibli li l-Privatisation Unit taghmel ix-xogħol li għalieh jitqabbdu l-konsulenti, kemm għaliex hu mpossibli li jkollok fuq bażi t'impieg permanenti l-"expertise" neċċessarju kif ukoll għaliex il-Unit tikkonsisti biss fi tnejn / tlieta min nies.
Le, ma naħsibx li l-Privatisation Unit tista taħdem mingħajr konsulenti.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Top-up cards
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu hux qegħdin jinxtraw top-up cards tal-mobiles? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid għal min qegħdin jinxtraw dawn il-cards?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-PBS mhux se xxandar il-logħbiet tat-tazza tad-dinja li se ssir din is-sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien ħallas, jekk kien il-każ, l-istazzjon nazzjonali erba' snin ilu sabiex xandar il-logħbiet tat-tazza tad-dinja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni biex il-PBS ixxandar il-logħobiet tat-Tazza tad-Dinja għad trid tittieħed u erba' snin ilu l-PBS ħallset Lm120,000 għad-drittijiet biex ixxandar il-logħobiet tat-Tazza tad-Dinja ta' l-2002. Dan barra ħlas ieħor, ta' madwar Lm30,000 għall-faċilitajiet tekniċi u ta' produzzjoni.
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema fiż-żewġ tarznari llum? Kemm minnhom huma taħt il-35 sena u 'l fuq minn 35 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta' ħaddiema fil-Malta Shipyards hu ta' 1750 li minnhom 407 għandhom 35 sena jew inqas, fil-waqt li l-kumplament, jiġifieri 1343 huma 'l fuq minn 35 sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali taż-żjut matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 17168.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16886 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartimenti, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-pitrolju fis-snin 2003, 2004 u 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bejgħ tal-pitrolju fis-snin mitluba kien kif ġej:
Fil-2003 18,546,615 litri
Fil-2004 19,550,220 litri u
Fil-2005 3,519,509 litri.