Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi ta' l-armata għal VRT is-sena l-oħra u din is-sena, u kemm weħlu? X'tip ta' vetturi telgħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li matul l-1999 u l-2000 ittellgħu 89 vettura tal-Forzi Armati għall-VRT. Fost dawn kien hemm tlett vetturi li weħlu mill-ewwel test, iżda wara li reġa’ sarilhom it-tieni wieħed dawn għaddew. It-tip ta’ vetturi li ttellgħu għall-VRT kien ivarja bejn “saloon cars, jeeps” u trakkijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu flus l-armata fuq spares u/jew equipment ġdid din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li matul is-sena 2000 il-Forzi Armati nefqu l-ammonti li jidhru hawn taħt fuq “spares” u “equipment” ġdid:
“Spares” - Lm144,772
“Equipment” - Lm 80,978
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li d-dipartimenti/entitajiet fid-dekasteru tiegħi qed jipparteċipaw f’programmi ta’ l-Unjoni Ewropea kif ġej:
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Id-Direttorat Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa n-“National Contact Point” għal Malta responsabbli għat-“Twinning Programme”. Il-funzjoni ewlenija tal-“Contact Point” f’dan ir-rigward hija li jikkordina l-programmi identifikati u approvati taħt din l-iskema.
Dan il-Programm huwa skema intiża biex tgħin pajjiżi applikanti jsaħħu l-istituzzjonijiet amministrattivi tagħhom u jimplimentaw l-“acquis”. Dan il-proċess jinkludi għajnuna teknika u taħriġ minn esperti mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-fondi allokati għat-“Twinning Programme” huwa ta’ EURO 660,000 mill-EU u EURO 60,000 mill-Gvern Malti.
Forzi Armati ta’ Malta
Bħalma tħabbar uffiċjalment fl-Istqarrija għall-Istampa Nru 1597, Malta wriet ir-rieda tagħha li tipparteċipa b’numru ta’ suldati fir-“Rapid Reaction Force” ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-kontribut tal-Forzi Armati għal dan il-għan ikun jikkonsisti fi “platoon” ta’ 30 suldat u “national headquarters element” ta’ madwar 4 suldati. Is-sehem ta’ Malta f’dan il-programm se jkun limitat għal missjonijiet ta’ assistenza umanitarja u ta’ salvataġġ. Dan is-sehem se jseħħ ukoll bil-kollaborazzjoni ta’ Qawwiet Militari Taljani.
L-utilita’ tas-sehem Malti għal din il-Forza Ewropea, li l-għan tagħha hu li tilqa’ u tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jistgħu jolqtu l-interessi ta’ l-Unjoni, joħroġ mid-dmir li għandu pajjiżna biex jaħdem għall-istabbilità, s-sigurtà u l-paċi internazzjonali, speċjalment fir-Reġjun tagħna. Peress li t-tħejjijiet speċifiċi għad iridu jiġu kkonsidrati, għalissa mhux possibli li dak li jkun jikkwantifika l-ispejjeż ta’ dan is-sehem.
MITTS
Ninsab infurmat li l-MITTS Ltd qiegħda tagħmel kuntatti sabiex tieħu sehem fil-programm “EUMEDIS” permezz tal-proġett:
“EUro-MEDiterranean network for information Technology promotion and transfer project (EUMED4IT)”
Huwa ppjanat li permezz tal-parteċipazzjoni f’dan il-proġett l-impjegati tal-MITTS Ltd ikollhom l-opportunità li jitgħallmu minn din l-esperjenza kemm teknikament kif ukoll personalment.
F’dan l-istadju mhux magħruf kemm jiswa l-proġett għalkemm huwa maħsub li l-involviment tal-MITTS Ltd ikun kollu kemm hu iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħaddiema taċ-Ċivil li m'għandhomx liċenzja biex ikunu jistgħu jsuqu trakk jew passenger vans jew inġenji kbar oħra, jistgħux isuqu inġenji simili li jappartjenu lill-gvern? Jekk fin-negattiv, jista' l-uffiċċju taċ-Ċivil jieħu l-passi meħtieġa ħalli dan l-abbuż fiċ-Ċivil jieqaf immedjatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li persuni li jsuqu vetturi jew inġenji li huma proprjetà tal-Gvern għandhom ikollhom liċenzja skond il-vetturi li jkunu.
Fir-rigward tad-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat illi ma hemmx ħaddiema “taċ-Ċivil” li jsuqu trakkijiet, “passenger vans” jew inġenji kbar oħra mingħajr ma għandhom il-liċenzja neċessarja.
Dwar il-Ministeri l-oħra nistieden l-Onorevoli Interpellant jagħmel mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' ħaddiema f'dipartimenti tal-Gvern li għandhom permess jagħmlu xogħol barrani, jiġifieri mal-privat jew għal rashom?
F'liema dipartimenti qegħdin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi skond iċ-Ċirkolari MPO/B1/4/45 li ħarġet fit-22 ta’ Marzu 1995, is-Segretarji Permanenti fil-Ministeri ġew awtorizzati jagħtu l-approvazzjoni huma lil dawk l-uffiċċjali pubbliċi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi xogħol wara l-ħin normali tax-xogħol.
Għar-rigward id-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat illi n-numru ta’ mpjegati li għandhom il-permess meħtieġ sabiex jagħmlu xogħol barrani huwa ta’ 124 minn ma’ l-Armata u 7 fl-OPM. Dan ma jfissirx neċessarjament li dawn kollha effettivament qed jagħmlu xogħol ieħor.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni dwar il-Ministeri l-oħra nistiednu jagħmel l-istess mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk is-suldati Maltin li marru fil-Balkani fuq xogħol umanitarju ġewx eżaminati mit-tobba ta' l-armata wara li ħarġu diversi rapporti ta' mard serju, li qed jaffetwa diversi suldati barranin li kienu stazzjonati hemm? X'tip ta' training għandhom is-suldati Maltin dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu meta jidħlu ġo area fejn jista' jkun hemm livelli għolja ta' radio attivita? X'passi qed jieħdu l-Gvern biex jisgura s-saħħa tas-suldati Maltin li kienu għal xi żmien fil-Balkani?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onorevoli Membru għamel riferenza għal diversi rapporti ta’ mard serju qalb suldati barranin stazzjonati fil-Balkani. Ninsab infurmat li fil-lokalitajiet fejn marru konvoys tas-suldati Maltin, fi Prizren fil-Kosovo, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ mard jew radio attivita’ għolja, kif ġie konfermat mill-awtorita’ militari Ġermaniża responsabbli minn dan is-settur li jikkonċerna lilna. Il-Forzi militari Ġermaniżi kienu stazzjonati f’dawn il-lokalitajiet għal bosta xhur.
Is-suldati Maltin ingħataw taħriġ bażiku dwar prekawzjonijiet li jistgħu jiġu meħtieġa f’operazzjonijiet bħal dawk li kienu sejrin jagħmlu. Qiegħed jinżamm kuntatt dirett ma’ Forzi Armati barranin biex, jekk f’xi eventwalita’ li jkun hemm indikazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa, isiru l-eżamijiet mediċi relevanti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hawn instructors barranin iħarrġu lis-suldati Maltin? Jekk iva, kemm kien hawn is-sena l-oħra - x'rank kellhom u min liema pajjiż kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Hi proċedura normali li minbarra li jintbagħtu xi membri fuq korsijiet ta’ taħriġ f’kulleġġi u akkademji militari barra minn Malta, l-Forzi Armati jorganizzaw ukoll korsijiet lokali f’dixxiplini diversi u li jitmexxew minn “instructors” barranin li jinġiebu Malta apposta.
Ninsab infurmat li matul l-2000 twettqu għaxar korsijiet lokali f’dixxiplini diversi li għalihom ġew Malta 26 “instructors” barranin. Dawn kienu l-biċċa l-kbira “warrant officers” jew “instructors” pajżana mill-Italja, Renju Unit u Stati Uniti
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema gradi fiċ-Ċivil huma awtorizzati li jistgħu jaħdmu reduced hours?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-impjegati kollha li huma “whole-time” li ilhom jaħdmu mal-Gvern għall-inqas sena, jistgħu jitolbu li jaħdmu fuq “reduced hours”, ħlief dawk li:
(i) huma fuq “Performance Agreement”/fuq kuntratt b’kundizzjonijiet determinati minn qabel;
jew
(ii) huma membri bl-uniformi fl-Armata.
Il-provvedimenti ta’ din l-iskema huma fiċ-Ċirkolari OPM/25/99 li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm membri tar-RSC jaħdmu fil-Kumpless ta' Ħal-Far Groupage Container Complex?
Jista' jgħid x'kien ix-xogħol li kienu jagħmlu f'dan il-kumpless?
Jista' jgħid x'poteri mogħtija mill-Liġi kellhom il-membri tar-RSC f'dan il-kumpless?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15712.
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ dawn il-membri ta’ l-RSC kien jikkonsisti f’iċċekjar u spezzjonijiet ta’ vetturi u “containers” li kienu jidħlu u joħorġu mill-Kumpless. Kienu jagħmlu wkoll xogħol ta’ sigurtà ġenerali ma’ l-imħażen fil-Kumpless.
Bħall-membri kollha tal-Forzi Armati, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, il-membri ta’ l-RSC għandhom il-poteri kollha li tagħtihom il-Liġi skond l-Avviż Legali Numru 66 ta’ l-1980.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta spiċċaw il-membri tar-RSC mill-Ħal Far Groupage Container Complex?
Jista' jgħid għaliex spiċċaw? Jista' jgħid jekk hemm xi ħsieb li membri tar-RSC jerġgħu jitpoġġew fil-Ħal Far Groupage Container Complex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15712.
Il-membri ta’ l-RSC ġew irtirati mill-Ħal-Far “Groupage Complex” wara talba speċifika mid-Dipartiment tad-Dwana.
Jien infurmat li ma hemmx ħsieb li membri ta’ l-RSC jerġgħu jmorru jaħdmu fil-Kumpless.
OPM/President tar-Repubblika — Kiri ta' Private Jets
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' private jets li nkrew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika ta' Malta matul l-1999 u 2000?
Kemm swew f'ċifra ta' flus dawn l-ajruplani u x'kien il-bżonn u l-urġenza għal dawn il-kirjiet tal-private jets mill-Istat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u t-2 ta’ Diċembru 2000 “private jet” inkera ħames darbiet mill-Uffiċċju tiegħi u darba waħda mill-Uffiċċju tal-President.
In-nefqa totali f’dawn is-sentejn kienet ta’ Lm27,612. L-għażla ta’ dawn it-titjiriet kienet dejjem dovuta għall-eżiġenzi ta’ żmien flimkien ma konsiderazzjonijiet finanzjarji.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qiegħed jieħu tant żmien sabiex jirregolaw s-sitwazzjoni inġusta li għadha tipprevali fit-Taqsima ta' l-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta fis-sens li hemm uffiċjali li ilhom 15-il sena fuq l-istess lanċa, filwaqt li pożizzjonijiet fuq laneċ oħra magħrufa bħala ż-żgħar, li l-personnel huwa ħafna aktar vantaġġjat mil-lat ta' salarji, allowances eċċ?
Jista' jgħid hemm xi mod li tibda titħaddem sistema ta' alterazzjoni bejn il-laneċ il-kbar u ż-żgħar?
Jekk fl-affermattiv, meta ser tibda tiġi implementata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li mit-2 ta’ Jannar 2001 ġiet introdotta sistema ġdida dwar l-ekwipaġġi tal-“patrol boats” li biha sa jkun hemm bdil bejn l-ekwipaġġi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22123?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed nagħti, hawn taħt, l-informazzjoni mitluba dwar iż-żjara li għamilt fi New York fil-bidu ta’ Settembru, 2000.
Delegation Members
Delegation Travel
Delegation Accomodation
Delegation Other Expenses
Total Press Expenses
Purpose of Visit
Hon Prime Minister and Mrs Fenech Adami
Mr R Cachia Caruana
7,780.87*
3,552.44
5,516.17
4,105.00
Working
Personal Assistant
Mr P Portelli
Private Secretary
* Jinkludi spejjeż
ta’ l-ajru għ
al Detroit u l-Canada waqt li l-biljett tas-Sur Richard Cachia Caruana jinkludi safar lejn il-Belġ
ju, il-Litwanja u l-Ġ
ermanja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni jew raġunijiet se jitwaqqaf 'Office of Review' fi kważi kull ministeru iżda dan l-uffiċju mhux se jitwaqqaf fil-ministeru għal Għawdex, u dan minkejja li n-National Programme for the Adoption of the Acquis jgħid f'paġna 211 li fost l-inizjattivi li jkunu ddentifikati?
Jista' jgħid ukoll għaliex fis-sejħa għall-applikazzjoni li saret f'Ottubru 2000 għall-mili ta' postjiet ta' Director (office of reviews) fi kważi l-ministeri kollha, m'hemmx indikazzjoni li se jitwaqqaf direttorat simili fil-Ministeru għal Għawdex minkejja li f'paġna 71 tal-budget speech għas-sena 2001 intqal espliċitament li dan id-direttorat se jkun introdott f'kull Ministeru għal Għawdex għal dan il-post?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif diġa’ weġibt għall-mistoqsijiet li saruli fuq is-suġġett, l-iskop ta’ l-“Office of Review” huwa li jikkoordina u jissorvelja proġetti u inizzjattivi kbar ta’ bidla li qed iseħħu fil-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern.
Minbarra Għawdex hemm Ministeri oħra, fejn għalissa mhux qed jitwaqqaf dan l-“Office of Review” u dawn huma l-Ministeru tiegħi u dawk tat-Turiżmu u ta’ l-Affarijiet Barranin.
Dan ma jfissirx li fil-futur ma jistgħux jinħolqu “Office of Review” f’dawn il-Ministeri wkoll.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed iħallas l-Uffiċċju Elettorali lill-kuntrattur għas-sistema kompjuterizzata?
Jista' jgħid min hu jew huma l-kuntratturi?
X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu dawn il-kuntratturi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija ġiet mogħdija lill-Kummissjoni Elettorali u li l-informazzjoni tingħata hekk kif tingħata mill-Kummissjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu rapport ta' vjolazzjoni ta' ibħra territorjali ta' Malta u dak tal-ajru din is-sena?
F'kemm minn dawn il-każijiet ġie individwat il-vjolatur, min kien u x'kien l-eżitu wara li l-armata ħadet l-azzjoni neċessarja
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li matul din is-sena ma kienx hemm każi ta’ vjolazzjoni ta’ l-ibħra territorjali Maltin. Rigward dħul illegali fl-ispazju ta’ l-ajru Malti, nistieden l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ammont ta’ sigħat ta’ “overtime” li sar mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi bejn Jannar u Novembu ta’ din is-sena huwa kif ġej:
Dipartiment
Numru ta’ Sigħat
Mħallsa
Ma tħallsux
Prime Minister’s Secretariat
2,736.00
2,568.00
168.00
Permanent Secretary
245.75
245.75
0.00
Directorate General
1,247.75
1,150.00
97.75
Corporate Services
1,608.00
1,509.25
98.75
Central Information Management Unit
383.00
363.50
19.50
Cabinet Office
76.75
70.00
6.75
Management and Personnel Office
928.25
820.50
107.75
Staff Development Organisation
335.75
319.25
16.50
Oil Exploration Department
60.00
60.00
0.00
Department of Information
6,434.25
5,738.75
695.50
Government Printing Press
13,898.00
13,898.00
0.00
Public Service Commission
275.25
275.25
0.00
Employment Commission
180.50
168.50
12.00
TOTAL
28,409.25
27,186.75
1,222.50
L-“overtime” li ma tħallasx huwa dak li sar matul ix-xahar ta’ Novembru li ser jitħallas fix-xahar ta’ Diċembru, kif normalment isir.
L-Uffiċċju Elettorali ma tgħax l-informazzjoni mitluba.
Rigward il-ftehim kollettiv il-ġdid taċ-Ċivil, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu l-ħaddiema skala skala, kif wkoll kemm hemm ħaddiema f'kull skala?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi ż-żidiet li sejrin jieħdu l-ħaddiema taċ-Ċivil bil-Ftehim Kollettiv b’effett mill-1 ta’ Jannar 2001 huma kif jidhru fit-Tabella ‘A’ hawn mehmuza u li sejjer nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward in-numru ta’ ħaddiema f’kull skala ta’ salarju l-Onorevoli Nterpellant mitlub jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru Konċernat.