Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24347 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokumenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi problemi biex persuna tuża bl-istess faċilita' dokumenti bħal passport, liċenzja tas-sewqan, karta ta' l-identita bl-istess ekwilvalenza u piż meta juża s-servizzi pubbliċi bħal pulizija, ETC, Dipartiment tat-Taxxa u tas-sigurta' soċjali eċċ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Att dwar il-Karti ta’ l-Identità Kap 258 jiddefinixxi l-karta ta’ l-identità bħala dokument maħruġ lil persuna bil-għan li jidentifika lil dik il-persuna mentri l-iskop li għalih jingħataw iż-żewġ dokumenti l-oħra, il-passaport u l-liċenzja tas-sewqan, huwa għal kollox differenti. Uħud mis-servizzi pubbliċi huma limitati għal persuni li jkunu residenti f’Malta. Peress li Maltin li jgħixu f’pajjiżi barranin jistgħu jkollhom fil-pussess tagħhom passaport jew liċenzja tas-sewqan maħruġa f’isimhom u persuni ta’ nazzjonalità barranija li mhumiex residenti Malta jista’ jkollhom liċenzja tas-sewqan Maltija, jista’ jkun hemm każijiet fejn ma jkunx possibbli li d-dipartimenti konċernati jaċċettaw passaport jew liċenzja tas-sewqan bħala prova ta’ residenza f’Malta.
Leg 9 PQ #24621 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istandard requirements, livell edukattiv eċċ biex persuna tapplika biex tidħol bħala suldat fil-forzi armati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onoervoli Interpellant għall-Avviż li deher f’paġna 2191 tal-Gazzetta tal-Gvern Nru 17,061 li kienet ippublikata fis-27 ta’ Frar 2001, fejn ingħataw id-dettalji dwar sejħa għall-applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġti suldati fil-Forzi Armati.
Leg 9 PQ #24657 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-eżamijiet tal-1st class u 2nd class education tal-Forzi Armati? Jista' jgħid wkoll hux se jkun hemm intervall bejn eżami u ieħor?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ezamijiet bil-miktubn li jwasslu ghall-“Army Certificate of Education” fl-ewwel u t-tieni klassi sejrin jinzammu fid-dati kif jidher hawn that: Malti 21 ta’ Mejju 2001 Ingliz 23 ta’ Mejju 2001 Matematika 25 ta’ Mejju 2001 “Map Reading” (bil-miktub) 28 ta’ Mejju 2001 L-eżami prattiku fil-“Map Reading” sejjer jinżamm f’Ġunju li ġej f’data li għad trid titħabbar.
Leg 9 PQ #24658 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lectures għall-eżami li sar fit-31 ta' Jannar sal-23 ta' Frar 2000 tal-B1 Radio Operators tal-Forzi Armati kienux saru kollha? Jista' jgħid ukoll x'kien il-grad ta' l-eżaminaturi li raw ir-riżultati finali ta' dan l-eżami? Jista' jgħid min kienu dawk li kienu qed iħarsu lejn ix-xogħol tekniku tal-course? Kemm minn dawk li attendew għall-courses għaddew mill-eżami?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-lezzjonijiet kollha li kellhom isiru b’konnessjoni mal-kors tal-“BI Radio Operator” saru skond il-programm. Il-Bord ta’ l-eżaminatur kien magħmul minn Maġġur, Logutenent u “Warrant Officer II”, filwaqt li l-kors sar minn bord differenti. B’kollox għaddew 14-il kandidat.
Leg 9 PQ #24524 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li saret fit-28.04.00?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru ta’ l-Intern.
Leg 9 PQ #24629 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Ministru

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra ta' riżenja ta' l-Ministru Austin Gatt in konnessjoni ma' l-investigazzjonijiet tal-pulizija fir-rigward tas-sur Andre Carbonaro, mill-istaff personali ta' l-Ministru? Jista' jgħid lil dil-Kamra għala l-Uffiċju tiegħu oġġezzjona għall-ħatra tas-sur Carbonaro fis-segretarjat privat ta' l-Ministru Gatt? Kien hemm oggezzjonijiet oħra għal xi membri tas-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji privati oħra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra li fiha l-Onorevoli Austin Gatt offra r-riżenja tiegħu minn Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandiex xi nżid ma’ l-istqarrijiet numru 388 tal-15 ta’ Marzu 2001 u numru 403 tas-16 ta’ Marzu 2001 maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.
Leg 9 PQ #24462 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tilwin Industrijali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24063?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fuq skeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24408 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Requirement for Promotions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-requirement for promotions li qed jintalbu bħalissa għall-bumbardiera u staff sergeants japplikawx għat-tliet reġimenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba hija fl-affermattiv. Iżda ir-Revenue Security Corps huma eżentati mill-ħtieġa li jkollhom ċerti gradi fis-snajjà (“trades”) li huma applikabbli għall-membri l-oħra ta’ l-Armata.
Leg 9 PQ #24409 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Requirement for Promotions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'requirement for promotions irid ikollu lance bumbardier għal bumbardier fil-Forzi Armati ta' Malta? Jista' jgħid wkoll x'requirements for promotion irid ikollu xi ħadd biex minn surgent jilħaq għal sargeant?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-kwalifiki meħtieġa għall-promozzjoni minn “Lance Bombardier” għall-“Bombardier” fl-Armata huma ta’ Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Armata Klassi III (ACE III) u livell ta’ sengħa ta’ B II jew A II. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nassumi li l-informazzjoni mitluba hija dwar il-kwalifiki għall-promozzjoni min “Sergeant” għal “Staff Sergeant”. F’dan il-każ dan jeħtieġ Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Armata Klassi II kif ukoll livell ta’ sengħa A I jew B I.
Leg 9 PQ #24434 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżami għall-Prinċipal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għamlu l-eżami għall-prinċipal? Kemm għaddew mill-eżami tal-kitba? Kemm minnhom weħlu mill-interview? Kemm hu n-numru ta' dawk li ser jieħdu l-grad ta' prinċipal? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti għall-grad ta' prinċipal?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-numru ta’ persuni li għamlu l-eżami għal “Principal” fis-Servizz Pubbliku kien ta’ mitejn u għoxrin (220). Minn dawn għaddew mija u tlettax (113) mill-eżami tal-kitba. In-numru ta’ dawk li weħlu mill-“interview” kien ta’ ħamsa u għoxrin (25). Kien hemm ukoll seba’ (7) kandidati oħra li ma resqux għall-“interview”. Mhux possibbli nagħti n-numru ta’ dawk li ser jingħataw il-ħatra jew in-numru ta’ postijiet vakanti għall-grad ta’ “Principal” peress li l-bżonnijiet tas-Servizz jinbidlu kontinwament skond l-esiġenzi.
Leg 9 PQ #24484 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Government Pharmaceutical Services

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma, il-grad tagħhom u l-posizzjoni li jokkupaw dawk il-ħaddiema fil-Government Pharmaceutical Services fid-dekasteru tas-Saħħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24279 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

R.S Corps — VAT Department

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tar-R.S.Corps li ntbagħtu jaħdmu bħala VAT inspectors mad-Dipartiment tal-VAT, ma ngħatawx l-allowance ta' Lm 60 fix-xahar bħal inspectors oħra? Jista' jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex ma tkomplix isseħħ din l-inġustizzja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-membri tar-Revenue Security Corps għandhom kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn dawk ta’ membri fis-servizz pubbliku, fosthom li huma eliġibbli għall-pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz. Ninsab infurmat li l-membri ta’ RSC, li ntgħażlu li jaħdmu ta’ VAT “inspectors” u aċċettaw fuq bażi volontorja, jagħmlu parti u mhux il-firxa tax-xogħol kollu li jagħmlu VAT “inspectors” li huma membri tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #24280 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revenue Security Corps

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani għal-liema xogħol professjonali tal-ħaddiema tar-Revenue Security Corps kien qed jirreferi għalih qabel l-elezzjoni ta' l-1998? Jista' jinfurmani kemm mill-ħaddiema tar-R.S.C. ingħataw dan l-impjieg professjonali matul l-1999 u 2000?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Id-dmirijiet li qed jagħmlu l-membri tar-Revenue Security Corps, bħal dmirijiet mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, dmirijiet ta’ “Cash Escorts” mad-Dipartimenti tal-Gvern u sigurta’ mal-banek, huwa xogħol professjonali tal-ħaddiema tar-Revenue Security Corps.
Leg 9 PQ #24372 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Prim Ministru biex għall-ewwel darba jgħid publikament kif ġie irrapurtat li qal il-Kaċillier Ġermaniż li Malta mhiex qed tfittex sħubija sħiħa fl-unjoni ewropeja akkost ta' kollox? Dan ifisser li jekk Malta ma tiksibx id-derogi jew perijodi transitorji dwar suġġetti u oqsma speċifiċi tkun lesta li tirrikonsidra l-posizzjoni tagħha jew dan sar biex nagħtu l-impressjoni li qed insaħħu il-posizzjoni tagħna fin-negozjati wara li għal dawn l-aħħar ħdax-il sena tajna impressjoni kuntrarja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern fuq in-negozjar ma nbiddletx. Jidher li l-Onorevoli Interpellant emmen il-propoganda tal-Partit tiegħu stess.
Leg 9 PQ #24291 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revenue Security Corps — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu xi promozzjonijiet fir-revenue security corps?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

“Promotions” fir-Revenue Security Corps joħorġu ma’ dawk ta’ l-Armata. Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 24289 f’dan il-kuntest.
Leg 9 PQ #23968 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Doppja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament għaċ-ċittadinanza doppja li saret fit-22 ta' Awissu, 2000 u li ngħatat l-irċevuta P339350?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru ta’ l-Intern.
Leg 9 PQ #24212 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Saħħa - Performance Agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dekasteru tas-saħħa, min huma u x'inhu l-grad tagħhom, dawn il-ħaddiema taċ-ċivil li huma fuq performance agreement?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #24270 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — CSAs - Korsijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kors intern għal ħaddiema tas-servizz pubbliku fil-customer care hux miftuh ukoll għal CSAs?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-korsijiet tal-“customer care” li jsiru mill-Staff Development Organisation fl-Uffiċċju tiegħi huma immirati l-ewwel nett għal dawk id-dipartimenti li qed jintroduċu “Quality Service Charter”. L-SDO torganizza wkoll korsijiet tal-“customer case” għal persuni nominati mill-kapijiet tagħhom skond il-“Prospectus” 2000 - 2001. Il-“Casual Social Assistants” ukoll jistgħu jiġu nominati għal dawn il-korsijiet.
Leg 9 PQ #24288 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iliex ma tiġi investigata il-kundizzjoni ħażina li jinsabu fiha ċerti vetturi ta' l-armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Meta weġibt il-Mistoqsija Numru 22001 fis-17 ta’ Jannar 2001 (Seduta 470), kont għidt li minn total ta’ 89 vettura ta’ l-Armata li ttellgħu għall-VRT matul is-sentejn li għaddew, tlieta biss weħlu mill-ewwel test, u meta sarilhom it-tieni test dawn għaddew ukoll. Jien infurmat li l-Armata qed tieħu l-passi meħtieġa biex xi vetturi li m’għadhomx tajbin għat-triq ma jibqgħux jintużaw.
Leg 9 PQ #24289 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Promotions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu promotions ġodda fl-armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24355.