Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma mpjegati fis-settur pubbliku bħala:
i) Tobba
ii) Fiżjoterapista
iii) Infermiera
iv) Radjologi
v) Laboratory Technicians
vi) Special Therapists
vi) Pulizja
vii) Għalliema
ix) Kindergarten Assistants
x) Facilitators
xi) Psychologists
bħalissa kif wkoll fl-1996 u fl-1998?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema impjegati mas-Servizz Pubbliku fil-kategoriji msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għas-snin 1996, 1998 u 2001 huwa kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li għaddew mill-eżami għall-iskrivani maċ-ċivil, issa li saru l-intervisti? Jista' jgħid meta jaħseb li ser ikun hemm l-ewwel ingaġġ minn dawk li għaddew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li mill-eżami għall-skrivani għaddew mija u sebgħa u sebgħin (177) kandidat.
L-ewwel reklutaġġ mistenni jsir sa’ nofs Ġunju 2001.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi se jintbgħatu s-suldati f'dik li hu committment ta' Malta fil-European Task Force? Kemm hemm membri ta' l-Armata li urew ix-xewqa li volotarjament jagħmlu parti min din il-forza?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-wegħda li tat Malta b’konnessjoni mar-“Rapid Reaction Force” qegħda ssir fuq il-bażi ta’ żewġ kundizzjonijiet primarji, jiġifieri:
a. Li l-operazzjoni militari mmexxija mill-Unjoni Ewropeja tkun approvata mill-Ġnus Magħquda u l-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u Koperazzjoni fl-Ewropa.
b. Li s-suldati Maltin jieħdu sehem biss f’missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ, u jagħmlu dan b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Forzi Taljani.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li n-numru ta’ suldati li jixtiequ jieħdu sehem f’dawn l-operazzjonijiet hu ikbar milli fil-fatt hu meħtieġ.
Billi huwa ċar illi l-membru tal-Forzi Armati illi ħareġ liż-żewġ persuni minn ġol-karozza li kienet għadha kif waqgħet il-baħar il-Birgu waqt ir-regatta ta' jum il-Ħelsien agixxa beyond the call of duty jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux jikkonsidra li jirrikmanda lill-din il-persuna għal medalja jew dekorazzjoni li żgur tisthoqilha?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Huwa prematur li tittieħed deċiżjoni bħal din fil-mument li għad hemm inkjesta maġisterjali għaddejja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm gradwati universitarji jaħdmu maċ-ċivil illum? X'degree għandhom u fejn jaħdmu? Kemm telqu gradwati miċ-Ċivil, kull sena f'dawn l-aħħar 5 snin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru:-
‘A’ - 291 ħaddiema fil-“General Service” li
għandhom kwalifiki universitarji, inklużi diplomi, jew kwalifiki oħra;
‘B’ - 6 ħaddiema li m’humiex fil-“Gneral Service” li jaqgħu taħt id-
dekasteru tiegħi, u li għandhom kwalifi universitarji jew kwalifiki oħra; u
‘Ċ’ - Gradwati fid-dekasteru tiegħi li telqu miċ-Ċivil f’dawn l-aħħar
ħames snin - sena b’sena.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kwalifiki ta’ impjegati oħra li m’humiex fil-“General Service”, u li jservu f’Ministeri oħra, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sakemm ma ningħatax raġuni ’l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Prim Ministru jirreferi għall-mistoqsija parlamentari nru. 24952 dwar l-ex-ħaddiema (labourers) tad-Dejma?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li ma teżistiex kategorija ta’ ħaddiema mal-Gvern li jissejħu ‘ex-Dejma’.
Il-ħaddiema li kien hemm fid-Dejma taħt dixxiplina militari kienu ngħataw impjieg mal-Gvern bid-dritt li jkunu membri tal-Unions u illum jimxu f’kollox bħal sħabhom skond il-ftehim li jeżisti għall-grad tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta ttieħdet id-deċiżjoni li persuna trid tmur fl-uffċju elettorali fl-Evans sabiex tapplika għall-vot qabel tagħlaq 18-il sena? X'kien jiġri qabel?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vacancies fid-Dipartiment tal-Gvern fil-grad ta' skrivani?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li mhux possibli li wieħed jgħid kemm hemm vakanzi fid-Dipartimenti tal-Gvern fil-Grad ta’ Skrivan peress li l-bżonnijiet jinbidlu kontinwament skond l-esiġenzi tas-Servizz.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 22862, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra l-possibilita' li membri tal-Forzi Armati Maltin jibdew jitħallsu doppju għal xogħol fil-festi pubbliċi, bħalma jiġri fil-każ tal-pulizija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22862
Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sakemm ma ningħatax raġuni ’l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda mad-dipartimenti tal-Gvern fil-perjodu Settembru 2000 u Marzu 2001, xahar b'xahar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li bejn l-1 ta’ Settembru 2000, u l-aħħar ta’ Marzu 2001, mad-dipartimenti tal-Gvern daħlu 807 impjegati ġdid. In-numru li daħlu kull xahar huma kif ġej:
2000 Settembru = 17
Ottubru = 486
Novembru = 29
Dicembru = 60
2001 Jannar = 10
Frar = 167
Marzu = 38
Il-figuri ta’ Ottubru jinkludi 466 “Labourer (ex-Impressed Drivers)” li nagħtaw impjieg permanenti wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
B'referenza għal MPO Circular 16/2001, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal postijiet ta' Assistant Director f'kull dipartiment li għalih ħarġu l-appilkazzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx studju dwar x'effett jista' jkollu fuq id-diversi setturi ta' l-ekonomija Maltija, attakk terroristiku fuq vapur militari amerikan jew tan-Nato waqt li dan ikun sorġut fil-portijiet jew tarzna tagħna? Jekk sar dan l-istudju, jista' l-Prim Ministru ippoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Infurmat li f’ebda żmien ma sar suggeriment dwar studju kif imsemmi fid-domanda ta’ l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Armata kellhiex il-ħsieb li tibgħat convoy ieħor umanitarju fil-Kosovo din is-sena u għaliex dan il-pjan tħassar jew twaqqfet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħalissa, ma jeżisti l-ebda pjan biex jitwettaq xi “convoy” umanitarju fil-Kosovo matul din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw uniformijiet is-sena l-oħra mill-armata, liema sizes inxtraw, x'kemm hemm in stock illum u ta' liema size huma?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma nifhimx xi ħtieġa hemm li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jiġi ppubblikat rapport dwar is-survey li sar dan l-aħħar dwar is-sick leave mill-imjegati tal-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20078. L-informazzjoni miġbura hi dik li ġiet mogħtija fit-tweġiba parlamentari.