Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26384 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk l-uffiċjali u impjegati tal-gvern, skond il-grad, li wara li għalqu l-eta' ta' l-irtirar ta' 61 sena baqgħu jaħdmu? Jista' jgħid jekk dawn ingħatawx estensjoni inkella qegħdin jaħdmu taħt xi arranġamenti oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-policy tal-gvern dwar dan u kif qiegħda titħaddem biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26385 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Assistent Direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma fil-preżent il-postijiet vakanti, skond il-complement, ta' assistent direttur fis-servizz ġenerali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26386 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Performance Agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali fis-servizz ġenerali, skond il-grad, li ma ġġeddidilhomx il-performance agreement matul is-sena 2000? Jista' jgħid għaliex ma tingħatax ir-raġuni għal dan, lanqas lill-uffiċjali konċernati b'mod kunfidenzjali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25542 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #25498 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skartar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema taċ-ċivil skartati mix-xogħol is-sena l-oħra? F'liema dipartiment tal-Gvern kienu jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Permezz tar-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2000 l-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk m’għandhomx aktar jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi. Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda mpjegat li nqabad skartat mix-xogħol. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-każijiet ta’ skartar minn fuq il-post tax-xogħol li dwarhom kienu ttieħdu passi skond ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977 fil-perjodu 1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar 2000.
Leg 9 PQ #26298 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li se jingħataw promotions fl-AFM minn gunner għal lance bombardier? Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji jingħataw dawn il-promozzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet jinkludi promozzjonijiet mir-rank tal-gunner għar-rank ta’ lance bombardier. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23483, seduta 490.
Leg 9 PQ #25455 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sick Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuna mpjegati maċ-ċivil li kienu morda u ma nstabux id-dar min tobba li marru iżurhom, is-sena l-oħra? Min liema dipartimenti kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet kien hemm 618 impjegat maċ-ċivil li kienu morda u ma nstabux id-dar minn tobba li marru jżuruhom. Dawn kienu fil-Ministeri msemmija hawn taħt: MINISTERI NUMRU TA’ MPJEGATI TAL-GVERN LI MA NSTABUX ID-DAR WAQT LI KIENU MORDA Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali 14 Ministeru tat-Transport u Kommunikazzjoni 6 Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd 47 Ministeru għall-Politika Soċjali 52 Ministeru ta’ l-Edukazzjoni 7 Ministeru tas-Saħħa 409 Ministeru għal-Għawdex 36 Ministeru tal-Finanzi 41 Ministeru ta’ l-Ambjent 6 TOTAL 618
Leg 9 PQ #25478 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħi dkemm tkeċċew impjegati taċ-ċivil mix-xogħol is-sena l-oħra, għaliex u min liema dipartiment kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm seba’ uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku matul is-sena l-oħra. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25479 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' impjegati taċ-ċivil sospiżi min xogħol illum u min liema dipartiment huma? Għaliex huma sospiżi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm erbgħin uffiċjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26231 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-segretarju permanenti fl-uffiċju tiegħek, jingħata estensjoni biex jibqa fl-impjieg tiegħu fis-servizz pubbliku? Kemm hija twila din l-estensjoni? B'liema kundizzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Uffiċjal Pubbliku jintalab jibqa’ fil-kariga tiegħu skond l-esiġenzi tas-Servizz. Meta s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi kellimni dwar il-ħatra ta’ Segretarju Permanenti ġdid għall-Uffiċċju tiegħi, jiena tlabtu jibqa’ hu fil-kariga għal sena oħra jew sakemm isiru arranġamenti oħra. Bħal ma kien sar, f’każi oħra bħal fil-każ tad-Direttur Ġenerali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u ta’ l-Industrija li ngħataw estenzjoni taħt Gvern Laburista, l-uffiċjal: _ jitħallas il-paga u l-“allowances” tal-post, _ iħallas il-bolla tas-Sigurtà Soċjali, _ ma jitħallasx il-pensjoni tat-Teżor, _ ma jitħallasx il-benefiċċju ta’ l-irtirar tas-Sigurtà Soċjali, _ jitħallas bonus ekwivalenti għas-somma li titnaqqaslu mill-“commutation gratuity” peress li jkun inqabeż iż-żmien normali ta’ l-irtirar.
Leg 9 PQ #25454 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sick Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati taċ-ċivil li ħadu sick leave is-sena l-oħra? Kemm kien l-ammont ta' impjegati li qabżu aktar min 3 ijiem morda? Xi grad kellhom u min liema dipartiment tal-ċivil kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet, fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kien hemm 658 impjegati, li minnhom 172 impjegat ħadu s-“sick leave”; minn dawn, kien hemm 135 impjegat li ħadu aktar minn (3) ijiem “sick leave” f’perjodu ta’ sena. L-informazzjoni l-oħra miltuba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-Ministri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Leg 9 PQ #25525 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-promozjonijiet li kellhom joħorġu fil-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar ta' Marzu 2001 għadhom ma' ħarġux? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi pressjoni biex dawn il-promozzjonijiet ma' joħorġux? Jekk fl-affermativ, minn min saru dawn il-pressjonijiet u għall-liema raġuni saru? Jista' jgħid x'inhi l-posizzjoni dwar dan id-dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-promozjonijiet tal-Brigadier ta' l-Armata kif ukoll tal-Kap taċ-Ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nafx min fejn ġab l-idea l-Onorevoli Membru li xi promozzjonijiet fl-Armata kellhom joħorġu f’xi data partikolari. L-Armata riedet l-ewwel tirrevedi l-proċess kollu u toġġorna l-“promotion Assessment Report”. Saru wkoll provvedimenti ġodda għal “accelerated promotions” li minnhom diġa bbenifikaw 34 suldat. L-eżerċizzju ta’ reviżjoni issa tlesta u jien infurmat li l-promozzjonijiet li għadhom pendenti ser joħorġu sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #26196 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti ta' l-Identita

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Uffiċċju Elettorali rrefera l-Mistoqsija lill-Kummissjoni Elettorali. Tweġiba tingħata hekk kif il-Kummissjoni Elettorali tibgħatli l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26197 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

VOT

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Uffiċċju Elettorali rrefera l-Mistoqsija lill-Kummissjoni Elettorali. Tweġiba tingħata hekk kif il-Kumissjoni Elettorali tibgħatli l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #25250 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karrozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #25251 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Advisors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara d-domanda tiegħu.
Leg 9 PQ #26189 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment ta' l-Informazzjoni

Question

B'referenza għal press release nru. 802 tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (29.05.2001) dwar kif żdiedu l-allowances għall-kapijiet taċ-Ċivil, jista' jekk jgħoġbu jikkonferma li fl-istess żmien, ma saru ebda xidiet fl-allowances tal-membri tal-Kabinett? Fil-każ li saru xi żidiet, jista' jagħti informazzjoni dwarhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nikkonferma li fl-istess żmien ma saru ebda żidiet fl-“allowances” tal-membri tal-Kabinett.
Leg 9 PQ #26041 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parental Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li qegħdin fuq “Parental Leave” huwa tnejn u għoxrin. Dawn huma kollha nisa f’dawn l-iskali: Skala 10 - 1 Skala 13 - 5 Skala 14 - 9 Skala 15 - 5 Skala 16 - 2
Leg 9 PQ #25881 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk l-applikanti li jgħaddu il-physical efficiency test mistennija li jidħlu bħala suldati regulari fl-AFM fil-ġejjieni qarib?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-“physical efficiency test” huwa parti mill-eżami kompetittiv. Id-dettalji dwar dan l-eżami jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ippubblikata mid-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 17061 tas-27 ta’ Frar 2001.
Leg 9 PQ #25882 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ksur fil-Protocol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli għall-ksur fil-protocol u fil-program avżat fir-rigward tal-Kap ta' l-Opposizzjoni fir-rigward taż-żjara riċenti tal-Qdusija Tiegħu il-Papa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-udjenzja tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni mal-Qdusija Tiegħu. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra ta’ l-4 ta’ Mejju 2001 mibgħuta mill-Protokoll lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni kif ukoll rezokont mis-Sur A Cachia, uffiċjal tal-protokoll dwar dak li ġara.