Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi clamped u towed away

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew clamped u towed away veikoli s-sena l-oħra u minfejn? Kemm minnhom kienu tal-kiri?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jirrigwardja l-Kunsill Lokali ninsab infurmat illi fis-sena 2005 ma ġiet ikklampjata l-ebda vettura, filwaqt illi 355 il-vettura ġiet irmonkata (towed). Minn dawn, 36 kienu vetturi tal-kiri. Il-lokalitajiet li fihom ġew irmonkati dawn il-vetturi huma kif jidher fit-Tabella "A" li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella "B" li turi l-informazzjoni dwar vetturi li ġew clamped jew towed mill-Pulizija. Locality tindika Distrett tal-Pulizija.

Pulizija — Logħob illegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kuntatti mill-pulizija Taljana dwar logħob illegali li seta sar minn Malta minn players tal-football Taljan? X'kontroll lokali hemm fuq logħob li jsir minn Malta minn siti reġistrati f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda talba għall-assistenza lill-Pulizija Maltija mill-Awtoritajiet Taljani dwar is-suġġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Bini ta' l-Ambaxxata Amerika

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra s-site plan fejn l-Ambaxxata Amerikana mistennija tinbena, jekk hijiex art tal-gvern jew ta' l-uffiċċju konġunt? Kemm ġiet ivvalutata, x'mistenni jsir fuq dik l-art u kemm tkopri art?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art li ġiet identifikata biex tinbena l-Ambaxxata Amerikana hija art tal-Gvern. Peress li biex tingħata din l-art għall-iskop imsemmi huwa meħtieġ li ssir Riżoluzzjoni Parlamentari, naħseb li jkun għaqli li wieħed jistenna din ir-Riżoluzzjoni sabiex isir jaf id-dettalji kollha tat-transazzjoni.

Pulizija — Financial Intelligence Analysis Unit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għamlet rapporti l-financial intelligence analysis unit (FIAU) lill-pulizija minn mindu twaqqfet? Jista' jgħid x'riżultati kien hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika u għadu qed jinġabar.

Pulizija — Każi ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Mejju 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Mejju 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 63 każ ta’ serq li f’60 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up6 Pick Pocketing31 Snatch & grab8 Serq minn dgħajjes4 Serq ta’dgħajjes3 Serq ta’ karozzi39 Serq minn karozzi241 Serq minn residenzi60 Serq minn barijiet / lukandi21 Serq minn xtajtiet15 Serq minn fabbriki7 Serq minn ħwienet20 Serq ieħor222

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Mejju 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 62 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family1 Arson13 Attempted offences102 Bodily harm102 Computer misuse2 Damage241 Drugs14 Forgery17 Fraud15 Illegal immigration9 Prostitution3 Sexual offences5 Theft677 Threats and private violence1 Violence against public officers13

Siġġiewi — Sqaq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-isqaq li hemm wara l-istatwa tal-Madonna, u li jmiss ma' Smina Poultry Products 'San Dawdar" Fawwara Road, Siġġiewi huwiex sqaq privat jew pubbliku? Jekk jirriżulta li hu sqaq pubbliku, jista' il-Viċi Prim Ministru jipproduċi dokumenti li juru dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-isqaq li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa tal-Gvern. Dan l-isqaq jagħti għal proprjeta' oħra tal-Gvern li tinsab iktar 'l ġewwa u fil-fatt huwa rreġistrat f'isem il-Gvern ta' Malta fir-Reġistru tal-Artijiet.

Lands — Art pubblika f'Tas-Sliema

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet biegħx b'xi mod jew ieħor, jew ħareġ għall-bejgħ art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema? Meta sar dan il-bejgħ jekk sar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma biegħet l-ebda art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema.

Liċenzji tan-negozju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'liċenzji tan-negozju, jekk hemm, għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, il-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Reġistrati tal-Qrati u Tribunali Ċivili — Seduti tal-Kamra

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12821, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid u jinvestiga jekk is-sentenza tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) mogħtija nhar it-13 ta' April 1999 fil-kawża Tempesta Ltd. et vs Prim Ministru et ġietx komunikata skond kif provdut mill-artiklu 242 tal-Kap 12 tal-liġijiet ta' Malta? Jekk iva, meta ġiet komunikata u jekk le, għaliex? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 12821 li kellha tingħata f'xi seduta oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara riċerka profonda li saret, u dan peress illi l-informazzjoni li għadda l-Onor. Interpellant kienet żbaljata, kemm fl-okkju tal-kawża kif ukoll fid-data li ngħatat is-sentenza, jirriżulta li l-kawża ċitata fil-mistoqsija parlamentari għadha m'għaddietx f'ġudikat peress li hemm Appell pendenti. Il-kawża fl-Appell tinsab differita għas-sentenza għal Settembru ta' din is-sena. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi peress li l-lista ta' sentenzi in kwestjoni hi pjuttost twila u tinkludi sentenzi li jmorru lura sa l-1996 li kollha jridu jiġu eżamintati bir-reqqa, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tas-Sliema — Pjazza Sant'Anna

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn għad hemm art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi dik l-art fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern hija proprjeta' tal-Gvern.

Każ dwar Ħanut

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sid tal-ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għad li għandu diversi enforcmenet orders u mhux kopert bil-permessi rikjesti mil-liġi, se jibqa' jikser il-liġi mingħajr ma tittieħed azzjoni sabiex jinżamm mil-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija irriżulta illi l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa kopert bil-liċenzji tan-negozju meħtieġa. Jidher pero' li hemm xi enforcement notice minn naħa tal-MEPA. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Qrati — Ħlas ta' multa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li kien ġie akkużat fil-5 ta' Ġunju 1996 u ħallas il-multa ta' Lm50 inflitta skond riċevuti nri. 1036228 fl-10 ta' Ġunju 1996, tinħareġ ordni mill-istess Qorti għall-ħlas immedjat ta' din il-multa lill-istess persuna fejn saħasitra ġie avżat li jekk da ma jsirx immedjatament il-multa tkun mibdula fi priġunerija u jinħareġ mandat ta' arrest, liema ordnijeit jistgħu jkomplu jżidu n-nuqqas ta' fiduċja fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara li l-Amministrazzjoni poġġiet fuq programm komputerizzat il-multi kollha li rriżultawlha pendenti bejn l-1 ta' Jannar 1996 u Lulju, 2003, f'liema xahar is-sistema ġiet kompletament komputerizzata, u sussegwentement bdew jinbgħatu 'Ordnijiet għall-Ħlas Immedjat', irriżulta li kien hemm xi nezattezzi bejn il-cash books u r-Reġistri fejn kienu jiġu reġistrati l-Multi. Għaldaqstant kien hemm multi li għalkemm kienu effettivament ġew imħallsa, baqgħu jidhru pendenti meta ma kienx hekk. Is-Sinjur li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament ma din il-mistoqsija parlamentari kien wieħed minn dawn il-persuni. Huwa mar personalment jirreġistra ilment mar-Reġistratur, Qrati u Tribunali Kriminali. Dan is-Sinjur ġie spjegat lilu kull dettal possibli kif u għaliex sar l-iżball. Ir-Reġistratur skuża ruħu formalment għan-nom tal-Amministrazzjoni tal-Qorti, liema skuża ġiet aċċettata. In-nuqqas ta' fiduċja jonqos biss meta wieħed jipprova jgħati żball u ma jammettihx. Kuntrarjament għal dak li qed jissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant il-fiduċja fl-Amministrazzjoni ta' l-Ġustizzja f'pajjiżna żdiedet bil-fatt li l-Amministrazzjoni tal-Qorti, b'kolloborazzjoni assoluta mal-Ġudikanti, qed tagħmel minn kollox biex tesegwixxi l-ġudizzji tal-Qrati. Fost ħwejjeġ oħra qed tara li l-Multi, Ammendi u Spejjeż Peritali mposti bħala pieni mill-Qrati jiġu mħallsa jew konvertiti f'terminu ta' priġunerija skond il-liġi.

Ġustizzja u Intern — Konsulenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu? Min huma u kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz? Min ingaġġahom? Min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi huma dawk li jidhru fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Sponsorship

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża? Kemm hemm u min huma l-persuni? Xi grad għandhom u min awtorizza l-ispiża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda uffiċjal mis-Segretarjat tal-Ministeru, dak tas-Segretarju Parlamentari u dak tas-Segretarjat Permanenti li qegħdin jiġu sponsorjati mill-Ministeru għal xi tip ta’ studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta. Madankollu il-Ministeru jikkontribwixxi kull sena madwar Lm26,000 lira lil Institute of Forensic Studies fl-Universita’ ta’ Malta biex ikunu jistgħu jinżammu korsijiet ta’ studju u taħriġ dwar Kriminoloġija (Pulizija u Probation). Fir-rigward tad-Dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħi ninsab infurmat illi fil-preżent hemm:- Dipartiment Grad Numru Tip ta’ Studju Pulizija Surġent 3 Liġi (Avukat) Qrati tal-Ġustizzja Clerk 1 B. Ed (Hons) Clerk 1 Diploma (Public Administration ) part time Avukat Ġenerali Junior Legal 1 Masters in Maritime Law Officer L-uffiċjali hawn fuq imsemmija jieħdu s-salarju normali tagħhom mid-dipartiment rispettiv.

Karozzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-sena 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għall-użu tiegħu temporanjament, fil-każ li fl-affermattiv kemm inkriet kuljum? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq manutenzjoni kif ukoll ir-rata ta' kiri tal-karozza uffiċjali u second car kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Rate/day of Hiring Cost of Repairs Replacement Cars Government Owned/Hired Hire Rate/day 2004 2005 2004 2005 LM LM LM LM LM Minister Official Car Govt. Owned 370.50 1,728.77 Second Car Govt. Owned 109.16 92.26 Parliamentary Secretary Official Car Govt. Owned * - - Second Car Govt. Owned ** 2,288.43 416.15 Note: * From 1.1.04 to 19.5.04 Parliamentary Secretary made use of a hired car as an official vehicle. Daily rate was Lm11.80. ** From 1.1.04 to 31.12.04 Parliamentary Secretary made use of a hired car as a second vehicle. Daily rate was Lm9.44. From 1.1.05 to 2.6.05 Parliamentary Secretary made use of hired car as a second vehicle. Daily rate was Lm9.44. From 1.7.05 to 31.10.05 Parliamentary Secretary made use of hired car as a second vehicle. Daily rate was Lm8.

Ġustizzja u Intern — Uniformijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub dwar uniformijiet tal-private staff (mhux messaġġiera) hu s-segwenti:- fl-2004 xejn fl-2005 nefqa ta' Lm463.50 għal 5 membri (nisa) fis-Segretarjat Privat. In-nefqa ġiet awtorizzata mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi.

Private staff

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' private staff li hemm mal-ministru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tal-ministru u jagħti lista ta' l-ismijiet, indirizzi u indentity cards tagħhom? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?

Response (BORG, TONIO)

In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-doveri tagħhom fis-Segretarjat Privat tiegħi jammonta għal tnejn u għoxrin (22). L-uffiċjali li fil-preżent huma ingaġġati fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari jammontaw għal disgħa (9). L-uffiċjali fis-Segretarjat tiegħi ġejjin minn dawn is-setturi: sittax (16) mis-Servizz Pubbliku, tlieta (3) minn azjendi li fihom il-Gvern għandu sehem u tlieta (3) mis-settur privat. L-uffiċjali fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari ġejjin minn dawn is-setturi: ħamsa (5) mis-Servizz Pubbliku, tnejn (2) minn azjendi li fihom il-Gvern għandu sehem u tnejn (2) mis-settur privat. Tajjeb jingħad li l-uffiċjali kollha li qed iservu kemm fis-Segretarjat tiegħi kif ukoll f’dak tas-Segretarju Parlamentari ġew ingaġġati b’kuntratt kif provvdut fid-dokument imsemmi aktar ‘l isfel. Is-salarju, allowances u benefiċċji oħra li jirċievi kull uffiċjal tas-Segretarjat Privat huma dawk li hemm indikati fid-dokument “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats” maħruġ f’ Mejju 2003. Rigward il-parti tal-mistoqsija fejn intalbu dettalji personali, ma narax li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex tali informazzjoni qed tintalab.

Ġustizzja u Intern — Impjegati 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħi hemm dawn l-uffiċjali li għandhom 'il fuq minn 61 sena kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Bord Dixxiplinarju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm pulizija ttellgħu quddiem bord dixxiplinarju s-sena l-oħra? Għaliex u x'rank kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm spettur u żewġ kuntistabbli li għaddew proċeduri dixxiplinarji skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, prinċipalment fuq traskuraġni ta' xogħol, diżubbidjenza t'ordnijiet u ksur ta' fiduċja rispettivament. Kien hemm ukoll 19-il surġent u 157 kuntistabbli li għaddew proċeduri ta' dixxiplina sommarji fuq ksur tat-Tielet Skeda ta' Kap 164.