Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq misapproprjazzjoni ta' taxxi s-sena l-oħra? X'kien l-ammont f'kull każ u x'weħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għar-rigward tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm proċeduri għaddejjin il-Qorti fuq disa każi. Każ ieħor ġie dikjarat mill-Qorti sine-die u każ ieħor kien solvut.
L-ammont ta’ taxxi dovuti għall-ħdax il-każ pendenti hu kif ġej :
LM
7,389
29,140
28,502
42,159
69,617
18,157
16,131
29,432
88,127
1,196
265
Għar-rigward tad-Dipartiment tal-VAT, matul is-sena 2005 ġew inizjati 3 każijiet ta’ misapproprazzjoni mill-pulizija wara li ġew mitluba minn dan id-Dipariment. Dawn kienu għall-ammonti Lm545,130, Lm17,083, LM121,258.
Peress li l-każijiet ta’ misapproprazzjoni jiġu nvestigati mill-pulizija qabel ma’ jinbdew proċeduri kriminali fil-Qorti, matul l-istess sena, ħadd minn dawn l-imsemmija hawn fuq għadu ma’ ttella l-Qorti.
Iżda matul is-sena 2005, kien hemm diversi każijiet ta’ misapproprazzjoni li kienu nbdew fis-snin preċedenti u ttellgħu l-Qorti matul is-sena 2005 għall-kontinwazzjoni tal-każijiet rispettivi tagħhom.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14 u 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finazi ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu indikat ma sarx safar minn uffiċjali fl-iskali msemmija.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu impjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern, fl-uffiċju tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi jew enti li jaqgħu taħthom minn Ottubru, 2005 sal-lum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew mgħażula l-applikanti, jiġifieri jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul il-perjodu Ottubru 2005 sat-8 ta’ Mejju 2006, kien hemm 11 il-call for redeployment sabiex jiġu impjegati nies fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dak tal-Ministeru tal-Finanzi u l-enti li jaqgħu taħthom.
Il-karigi vakanti kienu dawn:
MCST Project Manager
MCST Project Executive
MEU – BRU Regulatory Analysts
NECC Manager, Public & Media Relations
NECC Logistics Executive
NECC Administrative Support Officers
NECC Office Assistant
LGA Gaming Inspectors
NSO Statistician
NSO Tourstat Interviewers
NSO Messenger
L-applikanti ġew magħżula permezz ta’ interviews, fejn il-kwalifiki u l-esperjenzi kienu rekwiziti.
Minħabba li l-karigi vakanti ma humiex għal Uffiċjali Pubbliċi, u li l-entitajiet konċernati huma organizzazjonijiet fis-settur pubbliku, il-Board tat-Tmexxija ta’ dawn l-entitajiet jagħżlu l-interviewing Board fid-diskrezzjoni tagħhom u mhumiex marbutin minn regolamenti bħal ma huma id-dipartimenti governattivi bir-regolamenti tal-PSC.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19471, partikolarment għar-risposta (iii) fejn qed jingħad li "bħalissa qed isir studju biex naraw jekk jistax isir xi tibdil" fir-rigward ta' benefiċċji li suppost għandhom igawdu fixed-term contract workers mal-gvern", jista' il-Prim Ministru jgħid: i) min hu nvolut f'dan l-istudju biex isir tibdil fil-kuntratt u min huma dawk in-nies kollha jew uffiċjali li huma nvoluti fit-tħejjija ta' dan l-isudju u kemm minnhom huma avukati; ii) x'inhi jew x'inhuma r-raġunijiet għaliex qed isir dan l-istudju; iii) għal meta hu ppjanat li jitlesta dan l-istudju; iv. x'eżitu qiegħed jistenna l-gvern minn dan l-istudju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandiex x’inżid lill-onorevoli interpellant mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 19471.
Kif l-istudju imsemmi jiġi finalizzat, il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jevalwa l-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19326, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn l-uffiċjali pubbliċi li temmew l-impjieg tagħhom kellhom fil-pussess tagħhom karozza tal-gvern sena b'sena mill-2000 sa llum li mbagħad xtrawha huma? Kemm kien il-prezz ta' kull karozza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kien hemm tnejn u tmenin (82) uffiċjal pubbliku li temmew l-impjieg u xtraw il-karozza li kellhom fil-pussess tagħhom. Il-prezzijiet tal-karozzi li nxtraw jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu issa jagħtini t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19436 dwar l-investiment tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tenders ingħataw għall-istallazzjoni tad-dawl u ilma u platforms tal-concrete biex jitqiegħdu t-tined fuqhom għall-immigranti irregolari? F'liema bini ngħataw dawn it-tenders? Lil min ingħataw? Saret sejħa għal offerti jew ingħataw b'direct order? Kemm jiswew dawn it-tenders u lil min ingħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Servizz Pubbliku — Information Management Officers
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk skond dak li qal fi tweġiba parlamentari 18428, fejn l-information management officers mhumiex intitolati għal xi allowances jew fringe benefits oħra mas-salarju tagħhom, qiegħed jinkiser ir-regolament b'konsegwenza għall-fondi pubbliċi fil-ministeru għall-Investiment, Industrija ta' l-Informazzjoni fejn il-Ministru Austin Gatt ikkonferma li l-information management officer fil-ministeru tiegħu qiegħed jingħata allowance ta' top-up cards għall-użu ta' mobile, liema dettalji ngħataw f'mistoqsija parlamentiari 17379?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġa ġie spjegat fit-tweġiba li ngħatat mill-Ministru Gatt u ċitata mill-istess Onor Interpellant, l-użu ta’ mobile phones fis-Servizz Pubbliku huwa regolat skond il-Public Service Management Code, Section 2.5.1.3, li barra kundizzjonijiet oħra jistipula li talbiet għall-użu ta’ mobile phones għandhom isiru lill- u jkunu deċiżi, mis-Segretarju Permanenti konċernat fid-dawl tan-natura tad-doveri ta’ l-uffiċjali li jagħmel it-talba. Ninsab infurmat li l-IMO fil-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-informazzjoni qed jingħata kumpens għal spejjeż żejda li jkollu jagħmel bil-mobile phone fil-qadi ta’ dmirijietu biex ikun jista’ jagħti servizz aħjar lill-Gvern.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern u ta' l-uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi u l-enti li jaqgħu taħthom, vettura b'vettura separatament, bejn Ottubru, 2005 u Diċembru, 2005 u Jannar 2006 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u mill-2006 sal-lum fejn kien involut il-Prim Ministru, meta saru dawn is-safriet, kemm damu ljieli, x'kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Prim Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom f'kull safra separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18833, nixtieq ngħarraf lill-Onoroveli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar safa li sar matul l-2005 diġa’ ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17084.
Rigward l-2006, qed nehmez lista ta’ safar li kien jinvolvi l-Prim Ministru matul l-2006. L-ispiza ta’ dawn is-safriet għadha mhijiex finalizata.
Kemm matul l-2005, kif ukoll matul l-2006, il-lukandi li ntużaw kienu ta’ 4 u 5 stilel.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 il-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni? Kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra u jikkonferma jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn l-2004 u l-2005 kien hemm erba’ (4) uffiċjali mis-Segretarjat tal-Prim Ministru li siefru fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern. B’kollox kien hemm sitt safriet li saru lejn Brussels u l-Ingliterra.
Il-flus li ngħataw lil dawn l-uffiċjali kienu skond il-proċedura stabbilita tal-Gvern, ippublikata f’ċirkolari maħruġa mill-MPO kull sena.
Ħadd minn dawn l-uffiċjali ma siefer first jew business class.
Uffiċjali oħra fis-Segretarjat tal-Prim Ministru li siefru wkoll matul l-2004 u l-2005 għamlu dan bħala parti minn delegazzjonijiet tal-Prim Ministru fuq safar uffiċjali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni quddiem il-PSC illum u għaliex? Xi grad għandhom u fejn jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat li b’effett mill-1 ta’ Frar 2000, taħt ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura tad-Dixxiplina) 1999 il-każijiet ta’ dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti. Huma biss il-każijiet kriminali, każijiet ta’ dixxiplina li jistgħu jwasslu għal tkeċċija u appelli, li jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, u m’għandhomx jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi.
Għar-rigward tad-Dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tal-Prim Ministru u fil-Ministeru tal-Finanzi, ninsab infurmat li m’hemm l-ebda uffiċjal pubbliku li bħalissa għandu l-każ tiegħu pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra is-sitwazzjoni hija kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew ħaddiema taċ-ċivil is-sena l-oħra u għaliex? Fejn kienu jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-2005 kien hemm għaxar uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku wara li nstabu ħatja ta’ reat kriminal jew dixxiplinarju.
Id-dettalji l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17838, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru u l-ammont ta' house loans fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kemm l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji kif ukoll l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u l-Bank Ċentrali ma jistgħux jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-Bank Ċentrali stqarr li l-informazzjoni li għandu tipprovdi biss aggregate data jiġifieri informazzjoni ġenerali mingħajr speċifikazzjonijiet dwar żoni u lokalitajiet.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19185 u jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 19185.
Jikkonferma l-Prim Ministru rapporti li ġew ingaġġati managers mal-VAT department minn barra ċ-ċivil? Kemm hemm minn dawn il-persuni? Liema karigi qed jokkupaw? X'inhuma s-salary scales tagħhom? Dawn għandhom il-poter li jagħtu d-direttivi lill-ħaddiema taċ-ċivil li jaqgħu taħthom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f’Novembru 2005, il-kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjoni miftuħa għal kulħadd kemm għal min kien fis-Servizz Pubbliku kif ukoll barra ċ-Ċivil għall-pozizzjonijiet ta’ Programme Manager (Enforcement) fid-Divizjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud (VAT) fil-Ministeru tal-Finanzi b’salarju ekwivalenti għal massimu ta’ skala 7. Din is-sejħa ġiet ippukklikata fil-gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ Novembru 2005.
L-applikazzjonijiet kellhom jiġu sottomessi lid-Direttur Servizzs Korporattivi, Ministeru tal-Finanzi sa mhux aktar tard minn nofs in-nhar ta’ nhar il-Gimgħa 9 ta’ Diċembru 2005.
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Prim Ministru approva li zewġ managers għadhom jingħataw din il-pozizzjoni b’kuntratt għal perjodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded għal perjodi oħra ta’ tliet snin, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha tajjenb u r-riżultati li tikseb sodisfaċenti.
Il-karigi li dawn iz-zewġ managers qed jokkupaw huma wieħed Programme Manager (Enforcement) fis-sezzjoni tal-Inspectorate Division u l-ieħor fis-sezzjoni tal-ECO Contribution.
Dawn iż-żewġ managers għandhom id-dritt li jagħtu direttivi lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-VAT.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19244 u jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm intnefqu f'konsulenzi meta l-Gvern Laburista kien bigħ 40% ta' l-ishma fil-Maltacom?
Possibbli l-Ministru jqabbel ukoll l-infiq f'konsulenzi f'dawn iż-żewġ proċessi mad-dħul li għamel il-gvern fiż-żewġ każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 19244.
Għar-rigward tat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, ma nara l-ebda rilvenza bejnhom u l-ewwel parti?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il talba/mistoqsija kien hemm matul l-2005 u l-2006 fuq is-servizz elettroniku "servizz.gov"? Kemm minn dawn ġew imwieġba u kemm fadal pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2005 kien hemm 32,388 talbiet li minnhom 20,190 ġew imwieġba w implimentati, 9,118 ġew imwieġba w qegħdin f’fazi ta’ mplimentazzjoni waqt li 3,080 huma pendenti. Matul l-2006 sal-5 ta’ Ġunju saru 14,505 talbiet li minnhom 7,400 ġew imwieġba w implimentati, 3,882 ġew imwieġba w qegħdin f’fażi ta’ mplimentazzjoni waqt li 3,223 huma pendenti.