Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 2004, in-numru ta' karozzi mikrija kien ta' sebgħa (7). Iċ-ċifra ta' l-ispiża totali matul l-2004 kienet ta' Lm13,936.

Kumitat Konsultattiv għall-Bioetika

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-kumitat konsultattiv għall-Bioetika? Meta twaqqaf? Taħt liema liġi twaqqaf?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-kumitat konsultattiv tal-Bioetika ġie mwaqqaf fl-1993 u ħa post l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Etika fis-Saħħa li kien stabbilit fl-1989. Dan il-Kumitat għandu l-iskop li jikkunsidra l-aspetti etiċi u l-implikazzjonijiet tal-materji kollha relatati mal-prattika tal-professjonijiet tas-saħħa kif ukoll l-aspetti etiċi u l-implikazzjonijiet ta' proċeduri bio-teknoloġiċi li jistgħu jiġu applikati lill-ħajja umana fil-fażijiet kollha tagħha. Il-Kumitat mhux wieħed statutorju u għalhekk ma ġie mwaqqaf taħt l-ebda liġi.

Djar ta' l-Anzjani Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sodod/kmamar available għal ministeru tas-saħħa fid-djar ta' l-anzjani privati? Jista' jagħti breakdown tagħhom dar b'dar? Fuq liema kriterju jiġu allokati dawn is-sodod/kmamar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m'għandux numru fiss ta' sodod għad-disposizzjoni tiegħu imma biss numru minimu li l-kuntrattur intrabat li jipprovdi u li l-Ministeru intrabat li jutiliżża. Dan il-minimu huwa kif ġej: Care Services Ltd. (Casa Serena)- 17 Care Malta Ltd. (Villa Messina/Casa Arkati)- 30 Il-Kriterju ta' kif jiġu allokati dawn is-sodod hu l-istess bħal tad-Djar Residenzjali tal-Gvern.

Sptar San Luqa — Insurance Companies

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-insurance companies għandhomx aċċess għall-files kunfidenzjali tal-pazjenti fl-isptar San Luqa? Peress li għandna l-liġi dwar id-data protection, kif qiegħda tinżamm il-kunfidenzjalita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Policy tal-Isptar dwar l-aċċess għar-records tirrekjedi li l-isptar jkollu talba bil-miktub mill-pazjenti nnifishom. Talbiet minn insurance companies ma humiex ta' eċċezjoni. Normalment il-pazjenti jkun taw il-permess tagħhom meta timtela l-claim form. Kull talba tiġi rekordjata.

Sptar San Luqa — Djar Residenzjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati fl-isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f'San Vincenz de Paule jew f'xi dar residenzjali tal-gvern? Kollha għandhom l-applikazzjoni meħtieġa għad-dħul diġa' mimlija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Illum hemm 61 persuna rikoverati fl-Isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f’San Vinċenz de Paule jew f’xi dar residenzjali tal-gvern. Minn dawn 56 għandhom l-applikazzjoni meħtieġa waqt li fil-każ tal-ħamsa l-oħra l-applikazzjoni għadha pendenti.

Sptar San Luqa — Social Cases

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' social cases fl-isptar San Luqa fil-31 ta' Jannar ta' kull sena għall-perjodu 2000-2005? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel f'kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat d-Data Management Unit fl-Isptar San Luqa għandu informazzjoni dwar in-numru ta’ social cases li kienu fl-isptar San Luqa għas-sena 2004 u għall-perjodu ta’ Jannar ta’ Jannar 2005. It-tabella hawn taħt tagħti is-social cases li kienu irreġistrati fuq il-Patient Administration System (PAS) mill-ward staff. Sena Nru ta’ social cases irreġistrati fil-Pas Nru ta’ social cases irreġistrati fil-Pas Total Irġiel Nisa 2004* 107 167 274 2005* (Jannar) 18 48 66 *Dawn in-numri jirreferu għas-social cases li kienu fl-isptar għal xi żmien f’dan il-perjodu.

Sptar Monte Carmeli — San Vincenz de Paule

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati fl-isptar Monte Carmeli li għandhom applikazzjoni pendenti għal dħul fir-residenza San Vincenz de Paule jew f'xi dar residenzjali tal-gvern? Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli hemm 22 persuna li għandhom applikazzjoni pendenti għal dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule. 9 huma rġiel u 13 huma nisa.

Sptar Zammit Clapp — Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni kemm ġew ammessi anzjani għall-kura fl-isptar Zammit Clapp matul is-snin 2000-2004, sena b'sena, mill-komunita'; mill-isptar San Luqa; minn San Vincenz de Paule; mid-djar residenzjali tal-gvern u minn istituzzjonijiet oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004 Community 405 363 342 355 361 St. Luke's Hospital 516 523 488 456 518 St. Vincent De Paule 0 0 0 0 0 Boffa Hospital 2 3 0 2 1 Mt. Carmel Hospital 1 0 0 0 1 Gozo General Hospital 1 1 0 0 1 Private Hospitals 30 22 28 36 16 Goverment Homes 13 22 10 12 12 Church Homes 21 36 40 36 35 Private Homes 21 32 28 18 25 Total 1010 1002 936 915 970

Sptar Zammit Clapp — Day Clinics

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' anzjani - nisa u rġiel - li ġew ammessi għall-kura fl-isptar Zammit Clapp matul l-2000-2004, sena b'sena? X'kien in-numru ta' anzjani li attendew id-day clinics matul l-istess perjodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li ġew ammessi għall-kura fl-Isptar Żammit Clapp matul l-2000-2004 hu kif ġej: Sena 2000 2001 2002 2003 2004 Irġiel 365 353 327 319 330 Nisa 645 649 609 596 640 Total 1010 1002 936 915 970 In-numru ta’ anzjani li attendew id-day clinics matul l-istess perjodu kien kif ġej: Sena 2000 2001 2002 2003 2004 Attendenza fid- day clinics 6880 6749 6382 6601 7159

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti li huma indipendenti, semi-indipendenti u dipendenti f'kull dar ta' l-anzjani tal-gvern, i.e. Floriana, Imsida, Mosta, Gżira, Imtarfa, Bormla u Żejtun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ residenti indipendenti, semi-indipendenti u dipendenti fid-Djar ta’ l-Anzjani hu kif ġej: Dar Indipendenti Semi-Indipendenti Dipendenti Total Gzira 28 3 xejn 31 Msida 29 25 8 62 Mosta 24 24 16 64 Floriana 30 12 4 46 Mtarfa 20 43 60 123 Żejtun 60 80 25 165 Bormla 94 26 9 129 Total 285 213 122 620

Imqabba — Triq 15 ta' Settembru - Grieden

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni u jassisti lill-abitanti ta' Triq 15 ta' Settembru, Imqabba u l-areas ta' madwar jikkombattu l-ġrieden li nvadew l-istess lokalita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat l-ebda ilment ma wasal fl-uffiċċju tas-Saħħa tar-Reġjun indikat, dwar akkumuli ta' ħmieġ jew ġrieden fi Triq 15 ta' Settembru, Imqabba. Ninforma li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fil-lok indikat ma nstab l-ebda akkumulu ta' skart li jista' jġib il-ġrieden. Minkejja dan, ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control ta' l-istess Dipartiment ser jagħmlu t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden illum 25 ta' Frar.

Dipartiment tas-Saħħa — Persuni Infertili

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa jżommx statistika dwar infertilita'? Kemm hawn persuni li għandhom problema ta' infertilita'? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Kemm huma l-koppji li jiltaqgħu ma' din il-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma żżommx din it-tip ta' informazzjoni.

Sptar San Luqa — Trattament għall-Infertilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet trattata għall-infertilita' fl-isptar San Luqa fl-aħħar ħames snin? X'tip ta' trattament ingħataw? X'rata ta' suċċess kienet reġistrata wara dan it-trattament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Saħħa — Trattament għall-Infertilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa jżommx statistika dwar kemm-il persuna tiġi trattata għall-infertilita' fl-isptarijiet u l-kliniċi privati? Liema huma l-kliniċi u l-isptarijiet li jittrattaw l-infertilita'? Liema huma dawk l-isptarijiet li jużaw il-proċedura ta' l-IVF? Kemm persuni ġew trattati għall-infertilita'? X'kienet ir-rata ta' suċċess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa ma jżommx statistika dwar kemm il-persuna jiġu trattati għall-infertilita' fl-isptarijiet u l-kliniċi privati. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tinżammx anqas għax mhix parti mill-proċess ta' liċenzjar tal-isptarijiet kkonċernati.

Dipartiment tas-Saħħa — Testijiet Ġenetiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn laboratorji, sptarijiet, kliniċi privati li għandhom liċenzji mid-dipartiment tas-saħħa sabiex jagħmlu testijiet ġenetiċi? Liema huma dawn il-laboratorji/sptarijiet/kliniċi? Hemm minnhom illi huma mmexxija minn entitajiet pubbliċi u liema huma? X'tip ta' testijiet huwa awtoriazzat li jwettaq kull wieħed minnhom? X'inhi l-proċedura biex dawn jiġu liċenzjati? Isir xi forma ta' monitoring illi l-kundizzjonijiet tal-permess ikunu qed jiġu miżmuma minn dawk li jingħataw il-liċenzja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul is-sena 2004 ħareġ żewġ liċenzji lill-Medical Diagnostic Labortories sabiex jkunu jistgħu jsiru testijiet ġenetiċi. Laboratorji simili li huma mmexxejjin minn entitajiet pubbliċi ma jiġux liċenzjati. Wieħed minn dawn il-laboratorji għandu permess biex jagħmel testijiet f'Malta li jinkludu testijiet ġenetiċi dwar paternita' u testijiet ġenetiċi ta' natura diagnostika. Il-laboratorju l-ieħor għandu permess biex jibgħat kampjun barra minn Malta għal testijiet ġenetiċi dwar paternita'. Biex jiġu liċenzjati, dawn il-laboratorji għandhom japplikaw mad-Diviżjoni tas-Saħħa u l-liċenzja tingħata wara li ssir spezzjoni fuq il-post u jiġi verifikat li l-rikweżiti neċessarji huma sodisfaċenti. Il-persuna liċenzjata hija responsabbli biex jiddokumenta kull test li jsir billi jżomm records rikjesti mill-istess kundizzjonijiet tal-liċenza kif ukoll dokumenti dwar quality assurance. Tali dokumenti u kundizzjonijiet oħra jiġu spezzjonati, investigati u riveduti fi spezzjoni annwali li ssir minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa qabel ma tiġi mġedda l-liċenzja jew kull meta jkun hemm bżonn.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispiża totali f'ċifra ta' flus għall-mobiles (sejħiet, kirjiet, xiri) matul is-sena 2004 kienet ta' Lm10,232.42. Iċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża hija ta' Lm10,103.58. In-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-Ministeru u l-entitajiet huma responsabbli għalihom huwa kif ġej: Sena 2004- 38 Sena 2005- 38

Immigranti Klandestini — Mard infettiv

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mill-klandestini li waqgħu taħt il-kustodja ta' l-armata kienu jbatu minn mard infettiv meta waslu Malta? X'kien it-tip ta' mard?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul is-sena 2004 ġew irrapurtati ħames każi ta ' klandestini li kienu jbagħtu b'mard infettiv. Peress li n-numri huma żgħar u allura jistgħu jiġu identifikati mhux ser tingħata aktar informazzjoni.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.