Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li s-security guards ta' St Lukes jingħataw time in lieu għall-overtime li jagħmlu u security guards ta' SVPR qed jitħallsu tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-Security Guards kollha jingħataw time off in lieu għal siegħat żejda li jaħdmu.
Minħabba ċirkustanzi speċjali s-security guards tal-SPVR li qed jaħdmu sigħat żejda fis-swali li qed jiġu
re-furbished
(biex jiġi skansat il-vandaliżmu bħal ma kellna dan l-aħħar), qegħdin jitħallsu għal dawn is-sigħat li qed jaħdmu.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 2275, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-thejjiet għat-twaqqif ta' dan il-unit?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ħejjiet pjan ta' kif għandha tiġi ndirizzata t-taqsima ta' kura għaż-zgħażagħ. Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet mas-Segretarjat taż-żgħażagħ sabiex ikun hemm ko-ordinazzjoni sħiħa tal-proġett.
Jistgħu jiġu pprovduti colostomy bags għat-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa, kif rakkomandat mill-konsulent tat-tifla ta` tmien snin talab 'quotations' biex jinxtraw 'colostomy bags' speċifiċi.
Dawn il-'bags' qegħdin jinxtraw dirett mill-'wholesaler' mill-Inghilterra.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol għal kura fl-Isptar San Luqa fis-27 ta' Jannar, 2001 issirilha l-operazzjoni meħtieġa biex jitneħħielha l-ġebel li għandha mal-marmara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma naħsibx li trattament ta` pazjent għandu jindaħal fih jew jiddeċiedi l-Ministru imma hija responsabilta` tal-konsulent involut.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ftuħ ta' spiżeriji privati, f'liema lokalita u kemm ilhom li applikaw?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenji f'dan l-aħħar sentejn? Fejn hija l-lokalita' u kemm kien ilhom li applikaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 18948. Rigward il-lokalita' u kemm ilhom li applikaw ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
L-istess japplika għat-tieni parti tal-mistoqsija.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14550 tat-3/3/2000, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet (bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa, l-GRTU u c-Chamber of Pharmacists), dwar ftuħ u għoti ta' permess għal spiżeriji ġodda?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fetħux spiżeriji ġodda minn dak iż-żmien 'il hawn?
Meta huwa previst li jiġu konklużi dawn id-diskussjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li diskussjonijiet dwar il-ftuħ u għoti ta' permessi għal spiżeriji ġodda għadhom għaddejjin.
Mit-Tlieta ta' Marzu 2000 'l hawn, inħareġ permess wieħed għal spiżerija ġdida ġewwa l-Qala, Għawdex.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, preżentament wieħed ma' jistax jgħid meta dawn id-diskussjonijiet ser jiġu konklużi.
Jista' l-Ministru jelenka x'servizz u/jew għajnuna finanzjarja jingħata pazjent (u/jew qrabatu) meta dan imur għal kura fir-Renju Unit?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li meta pazjent jintbagħat għall-kura barra minn Malta, id-Dipartiment tas-Saħħa iħallas l-ispejjeż tal-kura fl-isptar kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport u ta` l-akkommodazzjoni tal-pazjent. Id-Dipartiment tas-Saħħa iħallas ukoll l-ispejjeż ta` l-ajru jekk il-pazjent jikkwalifika għall-għajnuna permezz ta` 'Means Test' li jsir fid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Il-qraba li jsiefru mal-pazjent iridu jħallsu l-ispejjeż kollha huma, iżda jekk dawn ikunu jridu, id-Dipartiment jista` jgħinhom biex isibu akkomadazzjoni u post fuq l-ajruplan.
Fil-każ ta` tfal taħt is-sitt snin, id-Dipartiment iħallas il-passaġġ ta` l-ajru ta` xi ħadd mll-qraba jekk ma jkunx hemm bżonn ta` tabib jew nurse biex jakkumpanjahom, għax tfal taħt is-sitt snin ma jitħallewx jivvjaġġaw waħedhom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Aldactone (25mg) ilhom neqsin mill-ispiżerija tal-gvern għal aktar minn tlett xhur? Jista' jgħid meta ser ikunu jistgħu jinqdew dawk li jiġu bżonnhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandhom kuntratt ma' aġent lokali għall-pilloli 'Spiroloctone 25mg'. Dan il-kuntrattur sab problemi biex jonora dan il-kuntratt u kien informana li l-istokk kellu jasal sal-15 ta' Diċembru 2000. Fid-9 ta' Jannar 2001 qalilna li s-supplier tiegħu għandu problema peress li l-manifattur għandu problema bir-'raw material' u għalhekk dawn il-pilloli ħa jkunu fis-suq f'nofs Frar 2001.
Meta l-GPS kienu infurmati bil-problema bdew proċeduri biex jinxtara stokk fuq l-account tal-kuntrattur li miegħu għandu l-kuntratt il-Gvern. Għalkemm ġiet ikkonfermata ordni fl-4 ta' Novembru 2000 ma' 'wholesaler' Ingliz b'delivery ta' 1 sa 3 ġimgħat, dan ukoll ma setax isib stokk.
L-aħħar informazzjoni li għandna hija li stokk suppost ikun fuq is-suq għall-aħħar ta' Jannar 2001.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b' cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?
Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000, cost centre b'cost centre kienet kif ġej:
Cost Centre
Ammont
Nefqa
Minn fejn inxtraw
01
135 riżmi
Lm 178.20
Arrowswift
01
30 riżmi
Lm 48.30
Complete Supplies
01
2 riżmi
Lm 2.64
J.M. Supplies
02
70 riżmi
Lm 92.40
Arrowswift
04
65 riżmi
Lm 112.13
Ramilene Office Supplies
04
112 riżmi
Lm 147.84
Arrowswift
05
80 riżmi
Lm 105.60
Arrowswift
06
21 riżmi
Lm 27.72
Arrowswift
15
6 riżmi
Lm 7.92
Arrowswift
17
21 riżmi
Lm 27.72
Arrowswift
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2000, kemm-il persuna mietet fil-gżejjer Maltin kawża tal-kanċer?
Kemm minn dawn l-imwiet kien konness mat-tipjip? Kemm kienu rġiel u kemm nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet li jinżamm fid-Dipartiment tal-Health Information jirriżulta li n-numru ta` persuni li mietu kawża tal-kanċer fil-Gżejjer Maltin mill-ewwel ta` Jannar sa l-aħħar ta` Novembru tas-sena 2000 kienu: 321 irġiel u 303 nisa.
Ir-Reġistru ma jiġborx informazzjoni dwar jekk dawn l-imwiet kienux konnessi mat-tipjip.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet fejn bħalissa bil-liġi ma jistax isir tipjip? Xi pjani hemm biex dawn il-postijiet jiżdiedu speċjalment issa li ġie pprovat xjentifikament kemm-il darba li t-titjib u t-titjib passiv jikkawża diversi formi ta' kanċer?
Xi prekawżjoni oħra se jittieħdu biex il-possibbilta' li dan il-mard minħabba t-tipjip ma jkomplix jinxtered?
Response (DEGUARA, LOUIS)
a) Postijiet li bil-liġi ma jistax jsir tipjip huma:
cinemas u tejatri
sptarijiet u istituzzjonijiet tas-Saħħa
trasport pubbliku
fuq programmi televizivi
klassi, kurrituri, bitħa ta' skola, day home jew premises simili fejn hemm tfal taħt is-sittax il-sena.
Ref: Act XLII of 1986 chapter 315 (Tobacco Act)
b) Id-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa kif ukoll il-Kumitat dwar il-Kontroll tat-Tipjip u tat-Tabakk taw
diversi proposti f'dawn l-aħħar snin biex dan l-Att jiġi rivedut. Dawn il-proposti qed jiġu evalwati.
c) Il-kontroll ta' l-użu tat-Tabakk hija problema mad-dinja kollha u għalhekk hemm inizjattiva internazzjonali
mill-WHO li permezz tal-Framework Convention on Tobacco Control tat numru ta' inizjattivi li wieħed
jista' jieħu. Id-divizjoni tas-Saħħa qed jevalwa liema minn dawn l-inizjattivi jistgħu jitwettqu fil-kuntest
soċjali, kulturali u ekonomiku ta' Malta.
Matul l-ewwel term ta' l-iskola, jista' l-Ministru jgħid kemm saru żjarat/spezzjonijiet fit-tuckshops/canteens ta' l-iskejjel?
F'liema skejjel saru? Kien hemm xi każi fejn instab li l-ikel/snacks ma kenux konformi ma' dak li huwa aħjar għas-saħħa tat-tfal? X'passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul l-ewwel term ta` l-iskola skolastika, saru (29) spezzjoni minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment f' 'tuckshops/canteens' ta` l-iskejjel.
L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel kif indikati fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni, peress li t-tip ta` ikel li jista` jinbiegħ ġo 'tuckshops/canteens' ta` skejjel huwa kkkontrollat mill-kuntratt li jiġi mpost minn dan id-dipartiment lill-persuni responsabbli fl-istess 'tuckshop/canteen'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew ma għadhomx imħallsa taħt Item 10 (Institutional Health Care MCH) fl-1 ta' Jannar 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew ma għadhomx imħallsa taħt Item 11 (Institutional Health Care SPBH) fl-1 ta' Jannar 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji reġistrati fil-pajjiż u liema minnhom qegħdin fi stadju ta' estensjoni? Kemm hemm oqbra disponibbli f'kull ċimiterju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-Gvern għandu għaxar ċimiterji rreġistrati fuqu li minnhom hemm ħsieb li ssir estensjoni fiċ-ċimiterju ta` l-Addolorata, il-Mosta, Burmarrad, ta` Braxia, u l-Mellieħa. Preżentament fl-ebda ċimiterju tal-Gvern ma hemm xi oqbra disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħed sick leave minn kull security guard individwalment li jaħdem fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2000?
Liema roster jaħdmu dawn l-impjegati?
Kemm minn dan is-sick leave ittieħed fil-festi u fil-Ħdud?
Response (DEGUARA, LOUIS)
1. Infurmat li s-sick leave li ttieħed minn kull Security Guard assenjat mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif spjegat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
2. Ir-roster li jaħdmu dawn l-impjegati huma kif indikat hawn taħt.
A. 148 (Mija u tmienja u erbgħin) fuq Day, Night, Rest u Off Roster
B. 24 (Erba' u għoxrin) fuq Day In, Day Out Roster
C. 4 (Erbgħa) fuq Night In, Night Out Roster
D. 1 (Wieħed) fuq Day, Day, Off u
E. 2 (Tnejn) fuq 5 day week.
3. In-numru ta' sick leave li ttieħed fil-Festi Pubbliċi huwa dak ta' 47 ġurnata minn total ta' 3,166 ġurnata sick leave, kif dettaljat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
4. In-numru ta' sick leave li ttieħed fil-Ħdud huwa dak ta' 240 ġurnata minn total ta' 3,166 ġurnata sick leave kif dettaljat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 4 (Director General Office) fl-1 ta' Jannar 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.