Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13340 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjeta' tal-ministeru jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min qed jintużaw; (2) minn meta bdew jintużaw; (3) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (4) kemm swew fi flus Maltin; (5) xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14829 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru: (i) jagħti dettalji dwar in-numru ta' mpjegati li, għal fini tat-taxxa, jirreġistraw li għandhom xogħol part-time barra x-xogħol fulltime tagħhom? (ii) Kemm hemm impjegati li jirreġistraw biss xogħol part-time? Kemm minn dawn separatament f'(i) u (ii) jiddikjaraw dħul ta' Lm4,000, Lm5,000 jew aktar u dan mix-xogħol part-time biss?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-OnorevoliInterpellant li matul l-1998 kien hemm 9,612-il persuna li ibbenefikaw mir-rata speċjali tal-15 fil-mija fuq xogħol `part-time`. Minbarra l-impjieg `full-time` tagħhom, 9,243 minnhom għamlu xogħol `part-time` b`impjieg filwaqt li 369 għamlu xogħol `part-time` għal rashom. Minn dawn : 9,456 iddikjaraw dħul sa Lm4,000 mix-xogħol `part-time` biss. 83 iddikjaraw dħul bejn Lm4,000 u l-Lm5,000 mix-xogħol `part-time` biss. 73 iddikjaraw dħul ta` iżjed minn Lm5,000 mix-xogħol `part-time` biss. Statistika dwar dawk li jagħmlu xogħol `part-time` biss ma tistax tinġabar mid-data li għandu d-dipartiment.
Leg 9 PQ #14830 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu — Rebħ tas-Super 5

Question

Matul l-1999, jista' l-Ministru jgħid kemm intrebħu flus fuq is-Super 5, lottu, lotterija nazzjonali, eċċ, li ma ġewx imsarrfa mill-gukaturi? X'isir minn dawn il-flus? Jista' jagħti d-dettalji għal kull lotterija separatament? Kemm sar xiri ta' biljetti (fi flus) f'kull lotterija matul l-istess żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-interpellanza Nru. 14830 hija kif ġej : Logħba Bejgħ Rebħ mhux Imsarraf Lm Lm Lottu 10,792,214 85,575 Super 5 8,936,090 90,508 Lotterija Nazzjonali 1,386,876 13,100 Tiritombla 457,970 4,703 Lotterija Instantanja 1,093,886 * * Billi l-Lotterija Instantanja hija logħba kontinwa ma hux possibbli li wieħed jasal għalkemm huma l-premjijiet li ma ġrex imsarrfa.
Leg 9 PQ #13326 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hemm xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lill-individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) lil minn ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (ċ) kemm swew fi flus Maltin; u (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14658 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Dħul

Question

B'riferenza għall-miżuri ta' l-aħħar budget, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jrid idaħħal aktar id-dipartiment tat-taxxi fi ħlas ta' NI mingħand is-self-employed fl-ewwel term ta' din is-sena meta pparagunat ma'l-istess perijodu ta' l-1997?

Response (DALLI, JOHN)

Billi l-kalkoli jsiru abbażi ta` tnax il-xahar, ninforma lill-Onorevoli Membru li, fl-1997 (minħabba li d-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali kien nieda skema ta` amnestija), kien daħħal Lm10.3 miljuni mingħand is-self-employed. Din is-sena, skond kif hemm ippublikat f`Appendix A, paġna 355, ta` l-Estimi Ġenerali Elfejn, id-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali jistma li ser jiġbor Lm10.5 miljuni mingħand dan is-settur.
Leg 9 PQ #14659 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Hobż — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iffranka l-gvern matul Jannar u Frar ta' din is-sena bit-tneħħija tas-sussidju fuq id-dqiq tal-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jistma li, fuq medda ta` tnax-il xahar, din is-sena s-sussidju fuq il-ħobża maltija kien ser ilaħħaq Lm1.8 miljuni.
Leg 9 PQ #14660 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal VAT fuq il-kontijiet tal-Maltacom matul Jannar u Frar ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, skond l-Artikolu 56 (1) ta` l-Att ta` l-1998 dwat it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, it-tagħrif mitlub hu meqjus bħala sigriet u kunfidenzjali u għaldaqstant ma jistax jingħata.
Leg 9 PQ #14661 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Sigaretti/tabakk/alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal taxxi fuq is-sigaretti, tabakk u alkoħol matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Kemm kien il-ħlas fl-istess perijodu għas-sena 1997?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant it-taxxi miġbura fuq is-sigaretti, tabakk u alkoħol matul Jannar u Frar ta` din is-sena (2000) u ta` 1997 huma kif ġej : 2000 1997 Lm Lm Jannar Frar Jannar Frar Sigaretti 743,435 708,955 625,875 794,450 Tabakk 37,446 45,6 84 23,727 3,435 Alkoħol 157,944 169,846 3 12,406 177,531
Leg 9 PQ #14662 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi li minn din is-sena bdew jiġu ntaxxati bil-VAT barra l-fuel u t-telefon? Kemm tħallset VAT fuqhom matul Jannar u Frar ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`hemm ebda servizzi li minn din is-sena li bdew jiġu ntaxxati bil-VAT għajr dawk imħabbra fil-Budget 2000.
Leg 9 PQ #14915 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatisation Task Force

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm-il darba ltaqa' il-Privatisation Task Force qabel ma ġie xolt? Il-unit meta ġie xolt? Ġiet diskussa f'xi waħda minn dawn il-laqgħat il-privatizzazzjoni tal-operat tal-Freeport?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14916 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni — Task force

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tat-Task Force tal-privatizzazzjoni li kellhom input dirett fit-tfassil tal-white paper dwar privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14936 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT refunds

Question

Jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar il-VAT refunds dovuti lit-taxpayers?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa` s-16 ta` eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fiż-żmien stipulat bejn April u Settembru ta`din is-sena skond l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud hu ta` Lm10,159,614. Dan l-ammont jista` jinbidel skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzji tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jiġi biex jitħallas.
Leg 9 PQ #14953 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

BOV — Bejgħ ta' ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb min-naħa tal-gvern li jbiegħ l-ishma tiegħu li għandu fil-Bank of Valletta plc? Jekk fl-affermattiv, meta jaħseb li se ssir dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma` tħabbar fil-`White Paper` fuq il-privatizzazzjoni il-Bank of Valletta hija waħda minn dawk l-intrapriżi li mhix se tibqa għand il-Gvern. Għada ma` ġiet iffissata l-ebda data għal meta l-ishma tal-Gvern se jinbiegħu.
Leg 9 PQ #15001 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Tobba

Question

Billi t-tobba huma VAT exempt jew zero rated, jista' l-Ministru jgħid fuq xiex ħlalsu l-VAT it-tobba (xi Lm380) skond ir-risposta li għadha kemm ingħatat riċentement?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-OnorevoliInterpellant li skond il-paragrafu 10 subparagrafu (1) tat-Taqsima Wieħed tar-Raba` Skeda ta` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, il-provvista ta` servizzi minn persuni fl-eżerċizzju ta` professjoni regolata dl-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x` jaqsmu magħha hija eżenti bil-kreditu. Iżda jekk l-istess persuni jagħmlu attivita` ekonomika oħra li tkun taxxabbli taħt id-dispożizzjonijiet l-oħra ta` l-Att, allura dawk il-persuni jkunu obbligati li jiġbru t-taxxa dovuta taħt l-istess Att.
Leg 9 PQ #14589 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Mid-Med Bank — Deficit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ikun id-deficit is-sena l-oħra kieku ma saritx il-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi pubblika.
Leg 9 PQ #14758 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Professjonisti — VAT - Refund

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13057, jista' l-Ministru jispeċifika fejn fil-liġi huma esklużi l-professjonisti li jagħmlu użu mit-trasport minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom milli jingħataw refund fuq VAT imħallas għall-petrol/diesel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-subparagrafu (a) (v) tal-paragrafu (1) tal-partita 4 tal-Ħdax-il Skeda li tinsab ma` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud ġie emendat bl-Avviż Legali 200 ta` l-1999. Għaldaqstant skond dan il-paragrafu kif emendat, ma għandu jitqies ebda ammont bħala `input tax` ta` persuna sal-limitu li dak jirrappreżenta taxxa li jkollha titħallas dwar għoti ta` karburanti. Iżda skond il-paragrafu (2) subparagrafu (e) ta` l-istess partita, dan ma għandux japplika għall-vetturi bil-mutur li jkunu maħsuba primarjament għall-ġarr ta` oġġetti b`postijiet biex jiġu okkupati ħdejn ix-xufier biss u li normalment ma jkunux xierqa għat-trasport tal-passiġġieri, jew b`aktar minn disa` postijiet biex jiġu okkupati. Peress li vetturi wżati minn professjonisti ma jaqgħux taħt il-kategorija ta` vetturi msemmija fil-paragrafu (2) subparagrafu (e) ta` l-istess partita, allura japplikaw id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) (v) tal-paragrafu (1) ta` l-istess partita.
Leg 9 PQ #14878 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

White Rocks Tourist Complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem kellu l-ministeru u/jew il-privatisation task force fil-privatizzazzjoni tal-white rocks tourist complex?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal-privatizzazzjoni tal-`White Rocks` kien taħt il-kontroll tal-Ministru tat-Turiżmu.
Leg 9 PQ #14911 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Dħul

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14562, fejn intqal li is-self-employed ħallsu Lm8.399m fl-Income Tax matul is-sena 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan l-ammont inġabar mingħand professjonisti? Jista' jagħti breakdown tal-flus miġbura professjoni, professjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata fżseduta aktar tard.
Leg 9 PQ #14912 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

PERKS/allowances — Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex jibda jintaxxa l-PERKS u l-allowances? Sar xi studju tekniku mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex ifassal l-impatt u n-net benefit ta' dawn il-miżuri? Kif se jiġi żgurat li kumpanniji privati li ġieli jkollhom membri tat-top management bi ftit aktar minn nofs is-salarji dikjarati għal finijiet ta' Income Tax jiġu nklużi f'dan l-eżerċizzju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jagħmel l-istudji neċessarji biex il-miżuri dwar il-`fringe benefits` ikunu jistgħu jiddaħħlu meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #14913 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeri — Segretarji permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm segretarji permanenti fil-ministeri rispettivi tagħhom li xtraw karozza ġdida ftit qabel l-irtirar tagħhom minn mal-gvern, billi nifhem li dawn jkunu jistgħu iżommuha wara li jirtiraw bi prezz ridott u depreciated?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li it-tarif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.