Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21871 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ward 10 tal-Isptar Monte Carmeli sarx estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jekk iva, jista' jagħti d-data meta saret l-estensjoni tal-faċilita?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Avviż Legali Nru. 29 ta` l-2000.
Leg 9 PQ #21819 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet għal rimi ta' skart/littering sena b'sena mill-1996 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1996 1997 1998 1999 2000* 31 50 35 72 49 *sat-30 ta` Novembru.
Leg 9 PQ #21821 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Swatar — Karozza mitluqa

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-karkassa ta' karozza li tinsab abbandunata u kollha ħmieġ b'konsegwenzi għas-saħħa ta' dawk li jkunu fl-inħawi, li tinsab faċċata tal-Price Club, fis-Swatar fejn jipparkjaw il-karozzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tneħħiet.
Leg 9 PQ #21856 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Msida Boat House

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21696, l-Imsida Boat House hija murija fl-istat dilapidat tagħha fl-aħħar ħarġa ta' Vigilo ta' Din l-Art Ħelwa.

Response (BORG, TONIO)

Il-boathouse li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qiegħda f`Tal-Pieta`. Ninsab infurmat li qiegħed jiġi kkunsidrat x`inhuwa l-aħjar mod biex tiġi kkonservata l-boathouse imsemmija.
Leg 9 PQ #21865 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Dħul ta' Vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21590 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex tapplika l-liġi li vetturi bħal trakkijiet ma jistgħux jidħlu ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, x'inhuma l-ħinijiet projbiti? Jista' jgħid kemm kien hemm persuni li kissru l-liġi mill-1996 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi trakkijiet u vetturi kbar oħra ma jitħallewx jidħlu l-Belt Valletta f`dawn il-ħinijiet - bejn is-7.30a.m. u s-2.00p.m. u bejn l-4.00p.m. u t-8.00p.m. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #21656 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Fawna — Importazzjoni llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq l-importazzjoni llegali ta' speċi ta' fawna f'Malta f'dawn l-aħħar snin, mil-liema pajjiżi kienet? Teżisti xi forma xjentifika ta' xi speċi protetti li ġew maqbuda f'Malta? X'kien il-pajjiż indiġinu ta' dawn l-ispeċi?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21656 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Fawna — Importazzjoni llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq l-importazzjoni llegali ta' speċi ta' fawna f'Malta f'dawn l-aħħar snin, mil-liema pajjiżi kienet? Teżisti xi forma xjentifika ta' xi speċi protetti li ġew maqbuda f'Malta? X'kien il-pajjiż indiġinu ta' dawn l-ispeċi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1993 l`hawn, it-Taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija investigat 39 persuna li nstab li ppruvaw jimpurtaw speċi ta` flora u fauna protetti mill-Konvenzjoni tas-CITES, kif jidhru f`appendiċi 1,2 u 3 ta` l-istess konvenzjoni. Dawn kienu ġejjin mill-Ingilterra, Libja, Eġittu, Italja u Danimarka.
Leg 9 PQ #21840 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Twelid

Question

Jista’ l-Ministru jinforma kemm kienu dawk iż-żgħażagħ li weldu ulied ta' eta' 'l isfel min 18-il sena mill-1 ta' Jannar sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21846 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija dwar diriġenti ta' kumpless turistiku Għawdxi li inqabdu 10 xhur ilu ibagħbsu fil-meter tad-dawl b'dannu kbir għall-Enemalta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`dan il-każ kien ġie nfurmat il-Maġistrat ta` l-Għassa. Kienet ukoll inżammet inkjesta, li għadha mhix konkluża.
Leg 9 PQ #21829 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żamma ta' kelb "pit bull terrier"

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li jinżamm il-kelb "pit bull terrier" li jitqies ta' periklu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tip ta` kelb li saret referenza għalih fil-Mistoqsija mhux permess li jiġi impurtat f`Malta, iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu x`informazzjoni dwar l-esiżtenza tagħhom f`Malta nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni ħalli nara li tiġi nvestigata.
Leg 9 PQ #21746 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel il-pulizija biex jingħeleb l-inkonvenjent għar-residenti f'Valletta Road, Qormi minħabba parking ta' vetturi kbar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, sabiex ma jkunx hemm ksur tar-regolamenti tat-traffiku.
Leg 9 PQ #21751 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fabbrika li hemm fl-area ta' Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi, għandhiex permessi biex topera? Jekk għandha permessi, x'tip ta' permessi għandha? Xi prodotti għandha permess biex timmanifattura u tipproduċi? Għandha permess biex ikollha saqaf tal-pjanċi u li l-ilma tax-xita li jaqa' fuqu jaqa' fit-triq bil-konsegwenza ta' ħolqien ta' inkonvenjenzi kbar u periklu? Għandha permess għal ħajt imtella' fit-Triq Nikol Baldacchino, Ħal-Qormi? X'passi ttieħdu dwar dan il-ħajt li waqgħu minn fuqu xi filati għat-triq bil-konsegwenza ta' perikli u ħsarat għal terzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, fil-post imsemmi, hemm fabbrika liċenzjata mal-Pulizija sabiex tipproduċi, tibbottilja u tbiegħ ilma, fruit juices, ice tea u istonic drinks. Infurmat ukoll, illi minn spezzjoni li saret mill-Pulizija fl-1 ta` Diċembru 2000, ma jirriżultax li hemm xi ħitan imwaqqgħin. Għal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi l-ħajt li hu mibni fi Triq Nikol Baldacchino hu kopert b`permess tal-bini P2120/78/2049/77 maħruġ fl-14 ta` Lulju 1978. L-Awtorita` ser tinvestiga xi soqfa tal-pjanċi li nbnew fil-bitħa ta` dan il-post u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni rimedjali skond il-liġi appena jiġu konklużi l-investigazzjonijiet.
Leg 9 PQ #21404 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Rabat - Għalqa ta' Kola

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi li kien hemm dwar il-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat? Jista' jinformani x'ġara mit-talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex jiġi asfaltat temporanjament ħalli barra li tkun ta' protezjoni mill-llma għall-fdalijiet storiċi li għadhom ma ġewx skavati, jiġi eliminat l-inkonvenjent lir-residenti Rabtin u lill-pubbliku u turisti li jzuru dawn l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-iżviluppi li kien hemm dwar is-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kienu kif ġej:- Applikazzjoni u Appell Is-sit ġie espropjat b`dikjarazzjoni Presidenzjali fl-1977 (Govt. Notice 605/77). Fl-1995 saret applikazzjoni mill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex tirriabilita dan is-sit f`parkeġġ adekwat. Din l-arja tinsab fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta` l-Imdina. It-talba ġiet approvata mill-Awtorita` b`għadd ta` kundizzjonijiet sabiex jiġu protetti l-fdalijiet arkeoloġiċi. Sar appell kontra l-permess minn terzi li huma wieħed mis-sidien privati, liema appell ġie milqugħ mill-Bord ta` l-Appelli. Sadanittant, l-appell qed ikompli jinstema` biex jiddetermina l-validita` tal-permess maħruġ fuq il-Kunsill Lokali tar-Rabat. Kundizzjonijiet Il-pożizzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fuq dan is-sit huma: - Li ma jsirx żvilupp li jokkomprometti il-preservazzjoni u l-istudju futur tal-fdalijiet arkeoloġiċi. - L-użu kurrenti qed jagħmel ħsara lid-depositi arkeoloġiċi li jinsabu fil-wiċċ, kemm billi qed jittieklu, jitgħafġu u jitkissru bit-traffiku. - Ma jsirx ipparkjar ta` vetturi kummerċjali minħabba t-toqol. - Għandu jsir analiżi sabiex jitnaqqas l-impatt fuq dawn il-fdalijiet. - Kwalunkwe intervent għandu jkun riversibbli mingħajr ħsara lil arkeoloġija. - L-uniku tħaffir li jista` jsir għandu jkun limitat biss għal skavi arkeoloġiċi, u li jekk ikun hemm bżonn il-fdalijiet jerġgħu jiġu mgħottija. L-iskavi jistgħu jsiru biss skond kif ipprovdut mill-Att dwar il-Protezzjoni ta` l-Antikitajiet ta` l-1925. Is-Sit Nifhmu li l-għalqa ta` Kola fir-Rabat hi dik magħrufa bħala l-Pitkalija/Ta` Duna/Ta` l-Imżiebel bejn il-Wesgħa tal-Mużew li tinsab quddiem il-Mużew ta` l-Antikitajiet Rumani, Howard Gardens u Triq il-Karrijiet. Din il-wesgħa għal żmien ilha tintuża bħala parkeġġ tal-karozzi. Skavi arkeoloġ iċ i Bejn l-1983 u l-1993 saru skavi ta` investigazzjoni arkeoloġika f`parti mill-wesgħa tal-Mużew. Dawn l-iskavi saru minn grupp ta` arkeoloġiċi mill-Universita` ta` Los Angeles, California, bil-permess tad-Dipartiment tal-Mużewijiet u bl-għajnuna ta` volontiera tal-Grupp Arkeoloġiku Malti. L-iskavi kienu svelaw parti mill-belt Rumana ta` Melite li kienu jinkludu parti minn triq, l-għatba u parti minn faċċata ta` dar u bir forma ta` qanpiena fond sitt metri, u għadd ta` fuħħar u depositi arkeoloġiċi oħra. Dawn tefgħu dawl importanti dwar il-potenzjal arkeoloġiku ta` din l-arja tar-Rabat li s`issa għadha ma ġietx żviluppata, u għalhekk taħtha jinstabu depositi arkeoloġiċi intatti. Glacis Barra minn hekk, din l-arja u Howard Gardens, kienu parti integrali mill-glacis, jiġifieri parti tal-fortifikazzjoni b`forma ta` rampi li kienu jipproteġu l-fortifikazzjoni ta` l-Imdina. Il-glacis qatt ma kienu jinbnew jew jitħawlu bis-siġar sabiex l-għadu ma jistaħbiex u ż-żona tinżamm mingħajr xkiel għal sparar tad-difiża. Skavi Fl-1998 l-Awtorita` ta` l-Ippjanar skeda: din l-arja ta` Klassi B - Ta` importanza kbira li għandha tiġi preservata, u li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha sabiex ma tiġix danneġġata mill-iżvilupp. Dan is-sit jinstab ukoll protett bħala parti mill-Arja ta` Importanza Arkeoloġika tar-Rabat/Mdina bħala l-belt antika ta` Melite.
Leg 9 PQ #21730 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Correctional officer/assistant manager

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li correctional officer u assistant manager fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ġew sospiżi mingħajr preavviż aktar minn sitt xhur ilu u l-każ tagħhom għadu pendenti quddiem il-PSC? X'inhu jżomm milli dan il-każ, jiġi konkluż peress li dawn qegħdin nofs paga u jinnegaw kompletament l-akkużi miġjuba kontrihom? Jaf li dawn qegħdin jsofru tbatija kbira li tista' tkun għal xejn? Jaħseb li proċeduri bħal dawn ladarba bdew għandhom jiġu konklużi malajr kemm jista' jkun għas-sodisfazzjoni ta' kulħadd?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċjali tal-Ħabs li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew sospiżi skond kif hemm ipprovdut fir-regolamenti ta` l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta` Dixxiplina). Il-proċeduri relatati jitmexxew skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni u għalhekk iridu jgħaddu mill-kors kollu tagħhom kif provvdut mill-istess regolamenti.
Leg 9 PQ #21395 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani dwar il-pożizzjoni tar-residenti ta' Għar Barka, ir-Rabat, cioe meta dawn se jsirilhom il-kuntratt uffiċjali tal-propjreta' tagħhom peress li għadhom fuq bażi ta' konvenju? Peress li dawn ir-residenti ilhom jiġu mwegħda sa mill-1985 li se jsiru l-kuntratti, jista' jara li s-sena dieħla 2001 fil-fatt isiru fil-verita' dawn il-kuntratti

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażjoni li ngħid fit-tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tistenna li l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi jissottomettu l-informazzjoni neċessarja sabiex l-Uffiċċju Konġunt ikun jista` jirreġistra l-artijiet in kwistjoni fir-Reġistru tal-Artijiet kif rikjest mill-liġi. Wara jkun jista` jsir l-akkwist ta` l-art mill-Gvern.
Leg 9 PQ #21645 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat f'overtime fil-korp tal-Pulizija matul is-snin 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika disponibbli dwar overtime maħdum minn membri tal-Korp hija dik dwar flus li jkunu tħallsu f`overtime. Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifika mill-Onor. Interpellant il-ħlasijiet kienu kif ġej:- Sena Ammont (Lm) 1998 276,954 1999 246,586 2000 (sa Ottubru) 227,483 Sa Ottubru 1998, il-Pulizija kienu jitħallsu għal overtime b`ħames xhur lura. F`Novembru 1998 dawn tħallsu ta` erba` xhur f`daqqa u hekk ġew b`xahrejn lura.
Leg 9 PQ #21646 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat f'overtime fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin matul is-snin 1998, 1999 u 2000, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` sigħat ta` overtime maħduma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fis-snin mitluba huwa kif ġej:- Sena Numru ta` sigħat 1998 99,077 1999 78,388 2000* 60,432 *sal-31 ta` Ottubru.
Leg 9 PQ #21725 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permess ta' parker

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi problema amministrattiva biex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, tieħu l-permess ta' parker fil-lista indikata taħt separatament? Peress li dan il-permess kien jgħajjat lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li llum mietet, u peress li waqt li din il-persuna kienet l-isptar saret dikjarazzjoni relattiva sabiex il-permess idur fuq il-persuna imsemmija, u l-armla tiddependi minn dan l-arranġament biex tgħix, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant għat-tagħrif li jiena kont tajt fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 1788 u Nru. 6648, ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li saret referenza għaliha qed tiġi pproċessata skond il-proċedura stabbilita.
Leg 9 PQ #21637 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffikar ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' pussess u traffikar tad-droga minn Ħaż-Żebbuġ, Siġġiewi, Ħ'Attard, Ħad-Dingli, l-Imdina, Ħal Qormi, Ħal Kirkop, Ħal Luqa u St. Venera mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 1999 u mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1999 2000 Pussess Traffikar Pussess Traffikar Ħaż Żebbuġ 5 5 3 xejn Siġġiewi 4 1 5 xejn Attard 3 3 1 1 Dingli xejn 1 1 xejn Mdina xejn xejn 1 xejn Qormi 9 15 9 4 Kirkop xejn xejn xejn xejn Luqa 2 1 1 xejn St. Venera xejn 1 2 xejn
Leg 9 PQ #21639 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — San Ġiljan/San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija detailed fl-għases ta' San Ġiljan u San Ġwann, nhar is-Sibt 25 ta' Novembru, 2000 u l-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000 fix-shifts kollha? Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' uffiċjali xift, xift?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar is-Sibt, 25 ta` Novembru 2000, fl-Għassa tal-Pulizija ta` San Ġiljan kien hemm Surġent u Kuntistabbli il-ħin kollu, filwaqt li f`dik ta` San Ġwann kien hemm Kuntistabbli, il-ħin kollu wkoll. Nhar il-Ħadd, 26 ta` Novembru 2000, fl-Għassa tal-Pulizija ta` San Ġiljan, kien hemm Surġent u 2 Kuntistabbli fix-xift ta` filgħodu, u Surġent u Kuntistabbli matul il-kumplament tal-ġurnata u lejl, filwaqt li f`dik ta` San Ġwann kien hemm Surġent u Kuntistabbli fix-xift ta` filgħodu u Kuntistabbli fix-xift ta` wara nofsinhar. B`żieda ma` dawn, matul il-lejl tas-Sibt, kien hemm ukoll Surġent u 12-il Kuntistabbli xogħol fl-area ta` Paceville, filwaqt li fil-lejl tal-Ħadd kien hemm ukoll 2 Surġenti u 10 Kuntistabbli.