Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ biex barranin jingħataw permess jaħdmu f'Malta u f'Għawdex? Kemm ġew aċċettati minn dawn l-applikazzjonijiet? Kemm ġew rikonsidrati applikazzjonijiet u ġew aċċettati wara li għall-ewwel kienu ġew rifjutati? X'raġunijiet kien hemm għal rikonsiderazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-ewwel ta’ Jannar 2006 sal-5 ta’ Ġunju 2006, kien hemm 3932 applikazzjonijiet lill-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ biex barranin jingħataw permess jaħdmu f'Malta u f'Għawdex. Mill-każijiet li ġew proċessati ġew aċċettati 2685 applikazzjonijiet li minnhom 1127 renewals u 1558 ġodda. Mill-ġodda kien hemm 742 mill-EU, 329 temporary humanitarian protection, 20 asylum seekers, 6 rifuġjati, 4 ta’ third country nationals li jiddependu minn EU national u 457 minn third country nationals. Informat li ma għandniex rendikont ta’ kemm ġew rikonsidrati applikazzjonijiet u ġew aċċettati wara li għall-ewwel kienu ġew rifjutati għax din l-informazzjoni għada ma tinġabarx.

Personal and Social Development

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom tħassru seminars internazzjonali fil-personal and social development għall-istudenti ta' Form IV? Kemm ilhom isiru dawn is-seminars? Kemm kienu jibbenefikaw studenti minn dawn is-seminars?

Response (GALEA, LOUIS)

Nifhem li l-Onor. Kollega qed jirreferi għal seminars nazzjonali u mhux internazzjonali li kienu jsiru għall-istudenti tal-Form IV fil-Personal and Social Development. Infurmat li d-Dipartiment tal-Kurrikulu ħass, li għalkemm il-kontenut ta’ dawn is-seminars kien validu, l-fatt li l-istudenti u l-għalliema tagħhom jitilqu mill-iskola għall-tlett ijiem sħaħ, kien meqjus ta’ detriment fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Jirriżulta wkoll li ħafna skejjel qed jagħmlu programmi u sessjonijiet simili ħafna għal dawn is-seminars u għalhekk id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ħasset li jkun ħafna aktar għaqli jekk dawn is-seminars isiru fuq livell ta’ skola jew ta’ Kulleġġ.

Bormla — Skola Ġużeppi Despott

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pjanta għax-xogħol fuq l-iskola JL G. Despott ta' Bormla tlestewx? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra? Meta se jibda x-xogħol u meta se jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhirlix li għandi ndaħħal il-prattika li npoġġi pjanti bħal dawn fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-bidu u tmiem tax-xogħol jiddependi minn meta jiġi konkluż il-proċess tat-tendering u l-għoti tal-kuntratt.

Lukandi — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema full-time u part-time fil-lukandi fis-snin 2003, 2004, 2005 u 2006 bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ ħaddiema full-time u part-time li kienu jaħdmu fil-lukandi u ristoranti fis-snin 2003, 2004, 2005 u fl-aħħar ta’ Jannar 2006 huma kif ġejjien: Hotels and Restaurants Full Time Part-Time as a Primary Job Part-Timers holding a Full-Time Job Dec-03 8,360 3,876 2,853 Dec-04 8,332 4,298 2,935 Dec-05 8,503 4,740 3,255 Jan-06 8,427 4,590 3,262 Nixtieq ninforma lil Onorevoli interpellant, li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta Diċembru 2005.

Universita' ta' Malta — Eżami tal-Psikoloġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'eżami tal-psikoloġija li sar nhar it-Tlieta 30 ta' Mejju fl-Universita' ta' Malta, kien hemm bosta domandi li ma ġewx koperti fis-sillabu, la fil-lezzjonijiet u lanqas fuq il-kotba tal-kredti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċedura li sseħħ fl-Universita' ta' Malta matul eżami huwa li lecturer/s responsabbli għall-eżami ikunu disponibbli biex iwieġbu għal xi mistoqsija kjarifikazzjoni fuq il-karta ta' l-eżami. Għal kull 'study unit' u kors hemm ko-ordinatur u fl-aħħar mill-aħħar hemm il-Kap tad-Dipartiment responsabbli għall-kors. Hija proċedura li l-istudenti javviċinaw dawn in-nies meta għandhom xi diffikulta'. Kien hemm eżami wieħed fil-psikoloġija nhar it-Tlieta, 30 ta' Mejju fl-Universita' ta' Malta. Tlett lecturers kienu involuti fl-eżami imsemmi. Dawn it-tlieta kienu disponibbli matul l-eżami. Kien hemm studenta li riedet kjarifikazzjoni fuq mistoqsija waħda li ngħatat dak il-ħin stess. It-tlett lecturers huma lecturers li għandhom esperjenza fit-tagħlim u eżaminazzjoni tas-suġġett u assiguraw lill-Kap tad-Dipartiment li l-istudenti, sakemm attendew il-lectures u studjaw il-kotba involuti kellhom ikunu kapaċi iwieġbu il-karti ta' l-eżami. Informat ukoll li hemm proċedura ċara fl-Universita' għall-istudenti biex jiċċaraw id-diffikultajiet tagħhom u għalhekk għandhom jippreżentawhom lill-ko-ordinatur ta' l-iStudy Unit u l-Kap tad-Dipartiment.

Persuni 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni 'il fuq minn 61 sena jaħdmu llum u x'xogħol jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-rekords tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, f'Novembru 2005, kien hemm 4,198 persuni 'il fuq minn 61 sena jaħdmu kif jidher f'din it-tabella: Occupation Full Time Part Time Total Armed forces 4 0 4 Clerks 89 180 269 Crafts and related trade workers 127 202 329 Elementary Occupations 253 578 831 Legislators, Senior Officials and Managers 471 411 882 Plant and machinery operators and assemblers 87 195 282 Professionals 214 430 644 Service Workers and shop and market sales workers 120 339 459 Skilled agriculture and fishery workers 30 164 194 Technicians and Associate Professionals 106 198 304 Total 1501 2697 4198

Skola Primarja ta' Ħad-Dingli

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fis-sala ta' l-iskola primarja ta' Ħad-Dingli ħalli b'hekk din l-istess tkun tista' tibda tiġi wżata mingħajr ma jkun hemm periklu u riskju għal min jagħmel użu minnha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sala qiegħdha tintuża u x-xogħol li kien fadal ser jitlesta fi żmien qasir.

Marsaxlokk — Librerija Pubblika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ffirmat management agreement bejn id-dipartiment tal-libreriji u l-kunsill lokali ta' Marsaxlokk dwar librerija pubblika? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed isiru diskussjonijiet dwar dan il-ftehim.

Fgura/Wied il-Għajn — Libreriji

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-libreriji tal-Fgura u ta' Wied il-Għajn se jsiru online?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kompjuterizzazzjoni tal-libreriji friegħi li jlaħħqu 50 kienet maqsuma fi tliet fażijiet. L-ewwel żewġ fażijiet tlestew. Ser jibda x-xogħol ta’ kompjuterizzazzjoni ta’ l-aħħar fażi ta’ 17-il librerija. Fost dawn il-libreriji hemm dawk tal-Fgura u Marsaskala. Parti mill-istokk tal-kotba f’dawn is-17-il librerija, speċjalment il-kotba ġodda li ġew ipproċessati, huma diġa barcoded u l-katalogar tagħhom jinsab online fuq il-katalgu integrat tad-Dipartiment tal-Libreriji.

Furjana — Skola Lorenza Manche

Question

Jista' il-Ministru jara x'jista' isir ħalli rapporti li wasluli fejn qed jingħad li fl-iskola Lorenza Manche li tinsab fil-Furjana hemm numru sostanzjali ta' ġrieden, tinsab soluzzjoni għal din il-problema? Jikkonferma li hemm xi għalliem/a li qed jirrifjutaw li jidħlu f'ċerti klassijiet minħabba din l-istess problema?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultax li hemm problema ta' ġrieden fl-iskola. Informat li nqabad ġurdien f'nassa f'workshopu facilitator irrifjutat li tidħol fil-workshop sakemm tneħħa l-ġurdien għax tibża mill-ġrieden. Ma hemm l-ebda għalliem li rrifjuta li jidħol fil-klassijiet.

Kors BTec, national Diploma in early years

Question

Peress li studenti li ggradwaw mill-kors tal-BTec, National Diploma in early years organizzat mill-MCAST sabu diffikultajiet kbar, tant li meta applikaw sabiex jidħlu bħala kindergarten assisstants mad-diviżjoni ta' l-edukazzjon l-kwalifika tagħhom lanqas biss ġiet rikonoxxuta minħabba xi teknikalita' li nqalgħet dwar il-kontenut tal-kors, u issa dan il-kors ġie modifikat sabiex il-gradwati l-ġodda ma jkollhomx dawn id-diffikultajiet, imma dawk li laħqu ggradwaw spiċċaw ibatu l-konsegwenzi mingħajr m'għandhom tort, jista' il-Ministru jgħid meta l-MCAST se torganizza part-time conversion course għal dawk li laħqu ggradwaw, sabiex id-diploma tagħhom tiġi aġġornata skond il-kriterji mitluba mid-diviżjoni u b'hekk huma jkunu jistgħu jikkwalifikaw għax-xogħol li suppost ikkwalifikaw għalih, dak ta' kindergarten assistants, u b'hekk issir ġustizzja ma' dawn l-individwi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn xhur ilu, l-MCAST beda jaħdem ma' uffiċjali tal-Education Division biex jinstabu mezzi kif il-kwalifiki addizjonali meħtieġa għal dawk li ggradwaw mill-kors tal-BTEC National Diploma in Early Years fl-Lulju 2005 jingħataw opportunita oħra biex jaġġornaw il-kwalifika tagħhom. Dawn l-istudenti kollha dalwaqt jiġu msejħa biex ikunu informati fuq dan il-provediment.

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li dak li qed isir waqt l-eżamijiet tal-junior lyceum ta' kull sena, cioe' li numru ta' klassijiet jibdew tard għal ġimgħa sħiħa, jieqaf? Dan qed joħloq inkonvenjent kbir, speċjalment għal dawk l-ommijiet li jaħdmu u qed jisfratta ġimgħa sħiħa għal dawn it-tfal. Jistgħu dawn l-eżamijiet isiru filgħaxija kif isir fil-każ ta' dawk tal-common entrance?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja li qed iqanqal l-Onor. Kollega qed tiġi konsidrata biex jinstab l-aħjar mod kif tiġi riveduta.

Universita' ta' Malta — Awditjar

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-awditjar li sar ftit taż-żmien ilu fl-Universita' ta' Malta dwar il-fakultajiet u d-dipartimenti tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'numru ta' Universitajiet, rapporti bħal dawn ikunu interni u allura ta' natura kunfidenzjali. Għaldaqstant ser ngħaddi, b'mod konfidenzjali, CD ta' dawn ir-rapporti lill-Onor. Membru.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għalliema — Abbuż fuq it-tfal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li matul dawn l-aħħar tlett snin instabu ħatja ta' abbuż fuq tfal? Jista' jgħid ukoll jekk dawn l-istess għalliema għadhomx igħallmu jew le? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'sar minnhom? Jista' jgħid jekk hemmx każi pendenti quddiem il-qrati ta' għalliema li huma akkużati fuq vjolenza jew abbuż fuq it-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar 3 snin kien hemm 5 għalliema li nstabu ħatja ta' abbuż fuq tfal. Dawn l-għalliema m'għadhomx jgħallmu. Informat ukoll li l-ħames għalliema tneħħilhom il-Warrant Permanenti.

Skejjel — Taħriġ fl-Informatika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux għaddej bit-taħriġ ta' l-ECDL fil-qasam ta' l-informatika fl-iskejjel tiegħu u jekk iva, il-finanzjament ta' dan il-proġett mill-Unjoni Ewropea għadu għaddej? Kemm ħarġu studenti mħarrġin mill-kulleġġi tal-Microsfort, Cisco u Oracle li twaqqfu f'Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Gvern għadu għaddej bit-taħriġ ta' l-ECDL fl-iskejjel tiegħu u dan qatt ma ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Informat ukoll li fondi ta' l-Unjoni Ewropea intużaw biex iħarrġu 287 għalliem fl-ECDL. Għall-informazzjoni dwar kemm studenti ġew imħarrġin mill-kulleġġi tal-Microsoft, Cisco u Oracle li twaqqfu f'Malta, tingħata direttament mingħandhom.

Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti matul dawn l-aħħar tliet snin, jiġifieri mis-sena skolastika 2002-2003 sal-lum separatament, li talbu li jispiċċaw mill-iskola qabel l-eta' obbligatorja? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati? X'kienu r-raġunijiet għal dawn il-każi? X'kienu l-etajiet tagħhom u f'liema skejjel kienu jattendu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ studenti li talbu, u li ġew aċċettati, li jispiċċaw mill-iskola qabel għalqu l-età obbligatorja ta’ 16-il sena u li ma kienux spiċċaw l-iskola sekondarja, kien:- 2002/2003 64 (43 minnhom ta’ aktar minn 15 il-sena u 8 xhur) 2003/2004 52 (35 “ “ “ “ ) 2004/2005 43 (34 “ “ “ “ ) 2005/2006 (sat-22/05/06) 28 (20 “ “ “ “ ) Informat ukoll li fil-biċċa l-kbira r-raġunijiet kienu biex jaċċettaw opportunità tax-xogħol, u fi ftit każijiet għaliex kien hemm bżonn l-għajnuna tagħhom fid-dar. Kull każ ikun ġie investigat u assessjat individwalment mit-Taqsima tal-Ħaddiema Soċjali fl-iskejjel.