Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-awtorita' tat-trasport pubbliku biex tintroduċi rotta ġdida għall-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Pembroke, dan sabiex tiżdied il-frekwenza sabiex ir-residenti jkunu jistgħaw jinqdew aħjar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizz tat-Trasport Pubbliku li qed jingħata għall-lokalita` ta` Pembroke huwa skond rotta 671. Dan apparti rotot oħra li jaħdmu għal Baħar iċ-Cagħaq, St. Andrews u Swieqi (rotot 68,67,64 rispettivament). L-Awtorita` qedgħa f`diskussjonijiet ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku fejn qed jiġi diskuss titjieb u rotot ġodda in ġenerali nkluż il-lokalita` ta` Pembroke. Appena ikun hemm xi żviluppi, l-Aworita` tippubblika l-informazzjoni fuq il-media kif ukoll fuq il-website tagħha.

Triq l-10 ta' Settembru 1797 — Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed imur l-ilma li jinżel fil-culvert taħt il-bankina fi Triq l-10 ta' Settembru 1797 ġewwa Ħaż-Żebbuġ? Jikkonferma l-Ministru li dan l-ilma, snin ilu kien imur ġewwa ġibjun u dan issa ma jistax isir għax il-ġibjun ġie magħluq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-toroq indaga dwar il-każ mas-Segretarju tal-Kunsill ta` Ħaż-Żebbuġ u ġie nfurmat li m'hemmx triq li jisimha 10 ta` Settembru 1797 ġo Ħaż-Żebbuġ. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jiċċekja sew għal liema lokalita` l-mistoqsija qed tirreferi.

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul is-snin 1999, 2000, 2001 sa llum id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet nefaq fuq hiring ta` vetturi Lm3,541.56, Lm3,577.69 u Lm 2,678.38 rispettivament.

Parking ta' Vetturi Kbar

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26060, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiġi kkontrollat il-parking ta' vetturi kbar fl-areas semi-industrijali biex ma jkunux ta' periklu għar-residenti fit-toroq ta' dawn l-areas?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-liġi ma tippermettix il-parkeġġ ta' vetturi kummerċjali fl-ebda triq ħlief f'dawk il-postijiet fejn il-parkeġġ għal dan it-tip ta' vetturi huwa awtoriżżat. Għaldaqstant parkeġġ f'postijiet mhux awtoriżżat għandu jiġi rrapportat lill-Pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa.

VRT Test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien vetturi li m'għaddewx mill-VRT Test is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1 ta` Jannar 2000 sal-31 ta` Diċembru 2000 m`għaddewx mill-VRT 9,595 vettura. Mill-1 ta` Jannar ta` din is-sena sat-30 ta` Settembru 2001 m`għaddewx 5,142 vettura.

Pembroke — Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema triqat f'Pembroke huma proġettati li ser jingħataw it-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent id-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti għal xogħol f`toroq Mitrovich, Misraħ il-paċi u N Tagliaferro. Qed isir xogħol ukoll fuq l-ippjanar mill-ġdid għad-daħliet ta` Pembroke.

Zebra Crossing — Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax issir zebra crossing u traffic lights fit-triq arterjali traffikuża f' Baħar iċ-Ċagħaq li tieħu għall-Coast road għax hija perikoluża ħafna għal min irid jaqsam it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saru s-surveys meħtieġa għall-installazzjoni ta' zebra crossing fis-sit imsemmi mill-Onor. Interpellant u d-Dipartiment tat-Toroq diġa ħa ħsieb u qed jipprepara d-dokumenti meħtieġa għas-sejħa għall-offerti.

Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 12468, 12481, 12531, 12596, 12624, 14236, 25561, 19171, 19174, 19217, 19220, 19214, 19212, 19266, 19268, 19304, 19306 u 28161.
Leg 9 PQ #28672 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Hompesch Road

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra inviti, agenda u minuti ta' laqgħat kollha tal-konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road, li saru bejn is-17 ta' Novembru 2000 u l-3 ta' Settembru 2001 mal-kunsill lokali tal-Fgura mad-dipartiment tat-toroq, awtoritajiet u NGO's?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28638.

San Pawl il-Baħar — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li Triq San Pawl f' San Pawl il-Baħar tingħalaq għat-traffiku u t-traffiku jibda jgħaddi minn Triq San Ġorġ u jkompli jgħaddi minn Triq Parades?

Response (GALEA, ĊENSU)

Le.

Traffic Management

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi ta' traffic calming u management f' Xatt il-Palm f' Baħar iċ-Ċagħaq biex jitrażżan l-ispeed eċċessiv tal-vetturi li huma ta' periklu għar-residenti fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa' qed jittieħdu l-passi neċessarji biex ix-xogħol meħtieġ isir.

Triq Alessju Xuereb — Taż-Żwejt

Question

Jista' l-gvern ċentrali jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-kunsill lokali San Gwann biex tiġi rranġata Triq Alessju Xuereb Taż-Żwejt billi mill-mod li bih taqleb it-triq kull meta jkun hemm xita qalila jispiċċa jkun hemm flooding ta' ħafna garages li jinsabu taħt il-livell tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara din il-problema ta` flooding biex flimkien mal-Kunsill jara kif din il-problema ta` flooding tista` tiġi riżolta.

Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jsir bus shelter għall-passiġġieri ta' bus 65 qrib taż-Żwejt, kif ukoll li jitwaħlu sinjali bil-ħinijiet meta jgħaddu l-buses minn dawk l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-twaħħil ta` Bus Shelters issa għadda f`idejn il-Kunsill Lokali u għalhekk it-talba għandha ssir lill-Kunsill Lokali ta` San Ġwann. Fir-rigward ta` twaħħil ta` time tables għandi pjaċir ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju qed isir fil-preżent u hemm il-ħsieb jitwaħħlu r-rotot kollha ta` Malta u Għawdex issa li bdiet topera l-iskeda tax-xitwa.

Karozzi tal-Linja — L-Iklin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħawx jiġu milqugħa l-ilmenti ta' diversi residenti ta' l-Iklin biex ikun hemm servizz ta' karozza tal-linja li tgħaddi minn Triq il-Wied kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalissa ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi ntrodotta rotta ġdida fil-lokalita` imsemmija.
Leg 9 PQ #28637 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Triq Hompesch — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown fl-istima ta' l-infieq ta' sitt mitt elf lira (Lm600,000) fil-proġett tat-Triq Hompesch fil-Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-valur tax-xogħol li hu propost li jsir fit-Triq Ħompesch huwa mqassam kif ġej: 1. Xogħol ta` bini mill-ġdid mit-triq, ta` asfalt u bankini Lm506,720 2. Xogħol ta` servizzi nkluż il-bini tal-water culverts Lm128,419 3. Xogħol ta` tabelli u street furniture Lm 2,618
Leg 9 PQ #28638 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Hompesch Road — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra inviti, Aġenda u Minuti ta' laqgħat kollha ta' konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road li saru bejn iż-17 ta' Novembru 2000, u t-3 ta' Settembru 2001 mal-Kunsilli Lokali Fgura u d-Dipartiment tat-Toroq, jew mal-Ministeru tat-Trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Le.
Leg 9 PQ #28639 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Hompesch Road — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kienet ir-raġuni li nbidlet ir-rotta tat-traffiku alternativa waqt l-implimentazzjoni tax-xogħol fuq Hompesch road min dik li kienet miftehma fl-laqgħa tat-18 ta' Lulju 2001 ma' l-Entitajiet konċernati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma sar l-ebda tibdil fir-rotta tat-traffiku minn dak li kien miftiehem fil-laqgħa ta` Lulju 2001. Ta` min isemmi iżda li l-karozzi ż-żgħar setgħu sabu toroq alternattivi waqt l-implimentazzjoni tax-xogħol u dan ukoll kien previst li seta` jsir fil-laqgħa msemmija.

Triq Melita — Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' xogħolijiet qed isir bħalissa fi Triq Melita l-Belt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħolijiet li qegħdin isiru fi Triq Melita, il-Belt jikkonsisti f`xogħol biex jitjiebu s-servizzi. Dan ix-xogħol qed isir mill-Kunsill tal-Belt.
Leg 9 PQ #28670 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Hompesch Road

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra inviti, agenda u minuti ta' laqgħat kollha tal-konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road li saru bejn is-17 ta' November 2000, u l-3 ta' Settembru 2001 mal-kunsilli lokali, Fgura u d-dipartiment tat-toroq, korporazzjonijiet u dipartimenti oħra dwar aspetti tekniċi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28638.