Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jivverifika jekk fi Triq il-Gandoffli, Buġibba hemmx każi fejn qed jingħata parkeġġ riservat lill-persuna li tgħix fit-triq bejn Ġunju u Settembru, meta l-istess jedd huwa miċħud lil residenti li jgħixu fl-istess triq u fl-istess lokalita' is-sena kollha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku irriżulta li hemm erba’ reserved parking għal persuni b’diżabilita’ fi Triq Gandoffli li ġew approvati bejn is-snin 1999 u l-2001, iżda d-dettalji ta’ dawn jinsabu għand il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’.
Fis-sena 2004 ġew approvati żewġ
reserved parking
għal Persuni b’Diżabilita’ fi Triq Gandoffli u mir-
records
tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li wieħed għandu l-karta ta’ l-identita fuq Triq Gandoffli u l-ieħor għandu d-dokumenti neċessarji maħruġa mill-Ingilterra u li huma applikabbli għal kull pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea. Tali dokumenti jissodisfaw il-kriterji li hemm bżonn sabiex l-applikanti jkunu eliġibbli għas-servizz tar-
reserved parking
is-sena kollha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru 2005 u llum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew magħżula l-applikanti; jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-uniċi sejħiet għall-applikazzjonijiet bejn Ottubru 2005 sal-lum biex jiġu mpjegati nies minn redeployment mall-Ministeru tiegħi kienu sitta (6), u dawn saru kollha mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Dawn kienu magħżula kif jidher fil-lista hawn taħt :-
Call for Applications
Metodu tal-Għażla
Membri tal-
Interviewing Board
EU
Affairs Manager
(Il-proċeduri tar-reklutaġġ ġew finalizzati)
Interview
Chairman, Chief Executive
Officer, Deputy Chief Executive
Offi
cer ta’ l-ADT
Manager
(Għawdex)
(Il-proċeduri tar-reklutaġġ ġew finalizzati)
Interview
Deputy Chariman, Chief Executive
Officer
ta’ l-ADT
8 (No) Periti (A & CE)
Ir-reklutaġġ mistenni jsir sa l-aħħar ta’ Lulju ‘06)
Interview
Reklutaġġ permezz ta’ l-ETC. L-
interviews
għadhom ma sarux.
3 (No) Skrivani
(L-
interviews
saru. Ir-reklutaġġ mistenni jsir sa l-aħħar ta’ Ġunju ‘06)
Interview
Reklutaġġ permezz ta’ l-ETC.
Director Ltd, Manager Ltd
Manager
(Riżorsi Umani)
(Peress li l-post għadu vakanti l-Awtorita' ħarġet avviż fuq il-gazzetta wara li saru l-
interviews
u ma nstab ħadd addattat al posizzjoni msemmija)
Interview
Deputy Chairman, Chief Executive Officer, Deputy Chief Executive Officer
ta’ l-ADT
Manager (Legal)
(Il-proċeduri tar-reklutaġġ ġew finalizzati)
Interview
Deputy Chairman, Chief Executive
Officer
ta’ l-ADT
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm uffiċjali tal-gvern fi skala 14,15 jew 16 li siefru fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u l-2006 sal-lum fejn kien involut il-Ministru separatament safra b'safra, meta saru dawn is-safar, kemm damu ljieli, fejn kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u Jannar 2006 sal-lum ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern ta' uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 fid-dekasteru tiegħi minn Jannar 2006 sal-lum kienet ta' Lm8.09. Dan ix-xogħol sar fuq Renault Megane użata mid-Director, EU Affairs, Policy Development & Programme Implementation (scale 4). Minn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 ma saret l-ebda manutenzjoni fuq vetturi simili.
Fil-każ ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport din il-mistoqsija parlamentari ma tapplikax għax ma timpjega lil ħadd fi skali bejn 4 u 1 (tas-servizz pubbliku), imma timpjega Chief Executive Officer, Deputy Chief Executive Officer u tlett Diretturi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19498 u jgħid liema huma t-toroq f'diversi lokalitajiet li ġew approvati u li se jingħataw t-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19597, jista' il-Ministru jgħid jekk mill-bidu ta' l-2005 kienx hemm applikazzjonijiet għal reserved parking li ma ntlaqgħux mill-bord iżda xorta waħda nħarġu? Jekk kien hemm, kemm kienu u min approva li dawn jinħarġu kontra d-deċiżjoni tal-bord?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Sa mill-bidu ta' l-2005 kien hemm erba' (4) talbiet għal reserved parking għall-persuni b'diżabilita' li ġew eżaminati u approvati mill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għal raġunijiet umanitarji.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19600, jista' il-Ministru jgħid min kienu dawk l-uffiċjali/impjegati (il-pożizzjoni tagħhom), inklużi membri tal-bord, li kellhom ċitazzjonijiet imħallsa mill-awtorita'? Kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ u x'kien ir-reat li sar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19669 u jgħid: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18043, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi u hemmx ippjanat xi xogħol biex tissolva l-problema ta' l-għargħar fl-inħawi msemmija fil-Gżira?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi skond informazzjoni li għandha l-Awtorita’, il-Ministeru għall-Infrastruttura u r-Riżorsi qed jagħmel studju sabiex tiġi ndirizzata din il-problema.
Jista' il-Ministru jgħid fejn hu maħsub li se tgħaddi t-triq il-ġdida ppjanata biex ittaffi t-traffiku mit-telgħa tax-Xemxija u li s'issa kienet se ssir fil-Manikata u b'mina parti minnha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif rappurtat fl-istampa, wara konsultazzjoni mar-residenti u bdiewa tal-Manikata il-periti ta' l-ADT faslu proposta alternattiva għalhekk imsejħa by pass tax-Xemxija.
Il-proposta l-ġdida li taqsam il-wied tal-Pwales fil-limiti ta' l-Imbordin minn fuq triq eżistenti, tkompli taħt il-Miżieb permezz ta' mina u taqbad mat-telgħa ta' Selmun fil-bidu tal-hairpin bends.
Din il-proposta għadha qed tkun studjata mill-MEPA.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla Triq il-Gandoffli, Wied il-Għajn li hi prattikament kważi lesta b'parti żgħira ħafna mit-triq li tħalliet imħarbta?
Apparti li din hi ta skumdita u inkonvenjent għar-residenti u għat-traffiku, billi din it-triq tagħti għal mal-promenade ta' Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jidħol fil-każ u jara li din it-triq tistax titkompla għax hi anke eyesore għat-turisti?
Possibbli ssir site visit mill-awtorita' dwar it-trasport f'din it-triq biex jiġi aċċertat kemm fadal ftit xogħol xi jsir biex it-triq titkompla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Billi l-policy tal-gvern preżenti hi li jinkoraġġixxi inizjattivi privati fl-industrija tat-turiżmu, x'inhi r-raġuni li l-awtorita' dwar it-trasport qed issibha daqstant diffiċli biex toħroġ permess lill-uniku vintage coach (mhux vintage bus imma vintage coach) li hawn Malta meta hemm domanda minn aġenti tat-turisti għalih?
Billi dan huwa l-uniku vintage coach li hawn Malta u hu antik ħafna, possibbli l-awtorita' dwar it-trasport tara li tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha u toħroġ il-permess għal dan il-vintage coach, liema permess ilu jintalab għal żmien konsiderevoli?
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq din it-talba, cioe' ladarba hawn talba għall-vintage coach mill-aġenti tat-turisti u dan il-vintage coach qiegħed Malta diġa'? Jaqbel il-Ministru li dan għandu jinħariġlu l-permess biex ikun jista' jaħdem?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dwar il-coach li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, jien infurmat li dan hu coach normali li għadu reġistrat u liċenzjat biex jintuża għall-ġarr stradali ta’ passiġġieri bi ħlas jew b’kumpens, u allura l-operatur hu kopert bil-permessi meħtieġa biex ikompli jużah.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19626 u jgħid għal liema raġuni l-ADT ġabret l-ispecial licence tad-despatchers li jaħdmu magħha? Possibbli l-Ministru jivverifika jekk l-ADT kellhiex id-dritt li tagħmel dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tara kif dawn l-impjegati tal-ADT li għandhom tags jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom filwaqt li jżommu d-dritt għat-tag, mingħajr ma dan joħloq konflitt fl-irwol tagħhom ta' enforcement.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq culverts fi Triq it-Tank, Siġġiewi? Jista' jgħid kemm mistenni jdum dan ix-xogħol? Kemm hu mistenni jiswa dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-culverts fi Triq it-Tank se jkun jista' jinbeda meta jitlestew il-proċeduri ta’ easments minħabba li dan il-culvert irid jinbena ġo propjeta privata.
Dan ix-xogħol mistenni li jdum madwar sitt ġimgħat u l-istima għal dan ix-xogħol hija ta’ Lm3,124.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qiegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan il-Ministeru/Dipartiment u l-enititajiet li jaqgħu taħtu m'għandhom l-ebda propjeta' li mhux qegħda tintuża.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu, kemm qiegħda titħallas kera minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament fix-xahar? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet mikrija separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.