Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tad-Diżabilità– social workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers fid-Dipartiment tad-Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interperlant li l-Aġenzija SAPPORT bħalissa timpjega 17-il Ħaddiema Soċjali. 2 minn dawn il-ħaddiema huma ‘leaders’ ta’ servizz; 1 tas-servizzi li jikkonċernaw l-adulti u 1 tas-servizz fejn jidħlu t-tfal. 3 ħaddiema oħra jaħdmu b’siegħat ridotti, fejn 1 taħdem 8 siegħat u t-tnejn l-oħra jaħdmu 30 siegħa kull wieħed.

Proġetti għall-Persuni b’Diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti kien hemm u li saru f’Malta u f’Għawdex għall-Persuni b’Diżabilità? Jista’ jgħid jekk hemmx proġetti oħra li ser isiru sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

San Vinċenz de Paule– speciality clinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speciality clinic infetħu f’San Vincenz de Paule u meta? Jista’ jispeċifika liema huma dawn l-ispeciality clinics? Jista’ jgħid ukoll kemm il-persuna bbenefikat minn kull servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità — Care assistant courses - applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għall-Care Assistant Course organizzat mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm minnhom temmew il-kors b’suċċess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Xogħlijiet fid-djar Djar fil-komunità Komunità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità għaddej xogħol fuqha bħalissa u fejn jinsabu dawn id-djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-Segretarjat għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva lesta ix-xogħol , u filfatt nfteħet l-ewwel dar fil-komunita’ ġewwa s-Siġġiewi, filwaqt li għaddejjin xogħlijiet fuq żewġt idjar oħra f’Ħaż-Żabbar u Pembroke, kollha mogħtijin mill-Awtorita’ tad-Djar u għaddejin l-aħħar xogħlijiet fuq dar oħra ta’ dan it-tip ġewwa Għawdex. Fil-preżent għaddejin ukoll b’taħdidiet fuq żewġt idjar oħra fil-komunita’ għall-persuni b’Diżabilita. Fil-mument għaddejin b’ħidma fuq espressjoni ta interess li għadha qed tigi konkluża għal dar oħra fil-komunita’, li dettalji dwarha ikunu qed jinghataw aktar ‘l quddiem.

Guardianship Board — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet biex jidhru quddiem il-Guardianship Board minn mindu nfetaħ l-uffiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn Settembru 2014 u l-15 ta’ Novembru 2015, il-Bord dwar il-Kustodja rċieva 39 applikazzjoni għall-Kustodja.

Informal carers — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ qiegħed jingħata jew ingħata fil-komunità għall-informal carers?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-taqsima Anzjanita' Attiva organizzat programm ta’ nformazzjoni għall-informal carers ma’ persuni anzjani. Dan il-programm kien jikkonsisti f'5 seminars. Dawn is-seminars qed isiru l-Caritas Malta, is-Sibtijiet biex niffaċilitaw attendenza minn persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani u jaħdmu. L-għan ta' dawn is-seminars huwa li nwasslu nformazzjoni lil min idur b'persuni anzjani dwar kif jieħu ħsieb, aħjar, tal-persuna l-oħra, filwaqt li carer jieħu ukoll ħsieb saħħtu. Parti essenzjali mill-programm jikkonsisti wkoll li nwasslu nformazzjoni dwar x'servizzi jeżisti li jistgħu jiffaċilitaw l-irwol tal-informal carers. F'dawn is- seminars diversi professjonisti qed joffru sezzjonijiet speċjalizzati, ta' nformazzjoni dwar dawn is-suġġetti: · Niffaċilitaw l-indipendenza · Nikkomunikaw b'mod intelliġenti · Servizzi tat-taqsima tal-CommCare · Servizzi offruti miċ-Ċentru Servizz Anzjan · Sonia Tanti - Independent Living Centre · L-online platform for informal carers · Nimmaniġjaw aħjar l-istress u nkunu aktar assertivi · Inżidu l-għarfien dwar il-waqgħat · Ngħinu persuni b’nuqqas ta’ mobilta’ · X’inhi d-Dimensja? · Servizzi għal persuni bid-Dimensja · Attivitajiet ma persuni bid-Dimensja · Komunikazzjoni ma’ persuni bid-Dimensja · Il-Liġi dwar il-kustodja · Evalwazzjoni tal-kapaċita u kunsens · Kura lejn tmiem il-ħajja · Naddattaw l-ikel · Benefiċċji soċjali u r-riformi l-ġodda Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li saru ukoll seminars għall-informal carers li jaħdmu jew jixtiequ jaħdmu mal-persuni bid-dimensja. Dawn is-seminars saru b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, u saru f’5 lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dawn il-lokalitajiet jinkludu; Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Birkirkara, Mosta u Rabat Għawdex. Dawn is-seminars bit-tema tad-Dimensja, kienu jinkludu sessjonijiet dwar: · X’inhi d-Dimensja? · Servizzi għal persuni bid-Dimensja · Attivitajiet ma persuni bid-Dimensja · Komunikazzjoni ma persuni bid-Dimensja · Il- Malta Dementia Society

Kontribuzzjonijiet għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern matul l-2015, f’kontribuzzjonijiet ta’ €300 li ngħataw lil dawk l-anzjani ‘il fuq minn 75 sena? Jista’ jgħid kemm kienet tiswa lill-Gvern kieku din il-kontribuzzjoni kompliet tingħata bħala lump sum minflok instalments ta’ kull xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sas-26 ta’ Ottubru 2015, in-nefqa tal-Gvern għas-sena 2015, f’pagamenti għall-anzjani ta’ ’l fuq minn 75 sena kienet ta’ €8,500,666.24. Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant, li l-pagament kien u baqa’ jingħata bħala lump sum.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, fl-2010 kien inħatar l-Onor. Stephen Spiteri bħala Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Ma nstabu l-ebda rekords ta’ ħlasijiet lill-Onor. Spiteri li ġew effetwati mill-Ministeru imsemmi jew xi rapporti li saru kif indikat fil-mistoqsija.

Akkomodazzjoni soċjali — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jistennew għajnuna t’ akkomodazzjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha 3,040 familja jistennew akkomodazzjoni soċjali.

San Vinċenz – manutenzjoni tas-swali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema swali saret manutenzjoni f’San Vinċenz de Paule mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, saru manutenzjoni f’dawn is-swali msemmija: Natura ta’ Proġetti: Xahar Sena Sala Rimarki March 2013 St Joseph Ward 4 Rinovazzjoni March 2013 St Joseph Ward 10 Bdil ta' membrane March 2014 St Joseph Ward 1 Rinovazzjoni February to July 2014 St Joseph 8 Rinovazzjoni in progress 2015 St Joseph Ward 2 Rinovazzjoni May 2015 St Frances Ward 2 Rinovazzjoni February 2015 St Joseph Ward 3 Rinovazzjoni Scheduled Upkeep Projects: Servizz li nbeda f’Settembru 2015 SF1 05.09.2015 SJ 1 09.09.2015 Dimentia Unit 13.09.2015 SF 2 20.09.2015 SJ 5 21.09.2015 SJ 9 27.09.2015 SJ 8 04.10.2015 SJ 10 11.10.2015 SJ 7 18.10.2015 MT 1 25.10.2015 MT 2 01.11.2015 MT 3 08.11.2015 Ser 1 15.11.2015 Manutenzjoni ta’ kuljum Barra l-manutenzjoni li hawn mniżżel, isir ukoll manutenzjoni ta’ day to day skont ir-rikjesti (requisitions) mibgħuta mis-swali.

Strateġija għall-Anzjanità Attiva — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Anzjanità Attiva kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-attivitajiet relatati mal- implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Anzjanità Attiva kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, jinkludu li ġej: Attivitajiet organizzati mill-Active Ageing Unit tad-Dipartimet għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Di¿abilita’ u Anzjanita’ Attiva: · Seminar b'kollaborazzjoni mal-Awtorita’ għas-sigurta u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fil-31 t'Ottubru 2014 · ¯ieda fil-pensjoni ta 2% - 4% għal kull sena żejda li jibqgħu jaħdmu · Intergenerational Learning Partnership Over 55 (ILPO55). Dan huwa proġett iffinanzjat minn Erasmus + · Programmi informattivi għal qabel l-irtirar · Assoċċjazzjonijiet tal-membri ta’ Ċentri għal Anzjanita’ Attiva u assoċċjazzjonijiet tar-residenti tad-djar tal-anzjani · Sezzjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja fiċ-Ċentri għal Anzjanita' Attiva. Dawn iċ-Ċentri ġew estiżi anke f'Għawdex. · Sezzjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja fiċ-Ċentri għal Anzjanita' Attiva · B'kollaborazzjoni ma’ l-Awtorita' tal-Komunikazzjoni f'Malta, ġew introdotti sezzjonijiet fiċ-Ċentri għall-Anzjantà Attiva biex iħajru lill-anzjani għall-u¿u tat-teknoloġija · Sezzjonijiet ta’ nformazzjoni fiċ-Ċentri għall-Anzjanita’ Attiva għal kull min kien interessat fuq cybercrime · Il-MFSS jissapportja lill-Kunsill Nazzjonali għall-Anzjani biex jirrapreżenta il-bżonnijiet u x-xewqat ta’ persuni anzjani. · Sezzjonijiet ta’ nformazzjoni għal min idur b'persuni anzjani (informal carers) · Sezzjonijiet ta’ nformazzjoni għall- informal carers ta’ persuni bid-dimensja · Programmi nterġenerazzjonali: MCAST u l-istudenti tal- media · Taqsima Anzjanita’ Attiva ikkollaborat ma LEAP reġjun tramuntana biex twettaq proġett artistiku bejn żagħżagħ u anzjani residenti fid-dar tal-Mellieħa. · Isaħħaħ is-servizzi ta respite kemm f’Malta kif ukoll Għawdex. · Tnhiediet strateġija nazzjonali fuq id-Dimensja · Ippubblikati fuljetti ta’ nformazzjoni fuq id-dimensja · Diversi programmi ta’ taħriġ għal min jaħdem ma’ persuni bid-dimensja · Sar taħriġ għall-nurses f'SVPR u djar residenzjali iffinanzjat permezz ta’ fondi soċjali ewropej (ESF) · Ġew imnhieda Standards Minimi Nazzjonali għad-djar residenzjali · Seminar għal persuni anzjani dwar l-abbuż fuq l-anzjani · Ippubblikati diversi artkli f'ġurnali li jitqassmu lill-anzjani u saru wkoll programmi fuq ir-radju. · Emendi fil-liġi li tipproteġi lill-anzjani min abbuż · Seminar fuq il-kura lejn tmiem il-ħajja għal min jaħdem ma’ persuni anzjani. Attivitajiet organizzati mill-Active Ageing Unit tar-Residenza San Vinċenz de Paule, f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanita’ Attiva: · Numru ta’ attivitajiet fuq barra, ġewwa l-Residenza kif ukoll fit-teatru tar-Residenza, bejn is-7 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Lulju 2015: - 322 attivita’ f’Malta - 3 f’Għawdex · Numru ta’ servizzi li saru ġewwa s-Swali tar-Residenza: - 2224 –il attivita’

Strateġija Nazzjonali għad-Dimenzja — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew implimentati miżuri mill-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimenzja li ġiet imnedija din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn nhar it- 2 t’April 2015, minn mindu giet ippublikata l-istrateġija tad-dimensja, ġew implimentati diversi miŻuri, fostho Saru diversi sessjonijiet ta’ taħriġ lill-impjegati ta’ San Vinċenz de Paul, tal-Gozo General Hospital, ta’ Karen Grech, taċ-ċentri ta’ Matul il-Jum u sessjonijiet reġjonali ghall-informal carers · Saret kampanja t’għarfien dwar id-dimensja Tqassmu Materjal u Manwali lir-residenzi kollha ta’ Malta u Għawdex dwar il-kundizzjoni tad-dimensja · Ser jiftah l-ewwel Dementia Centre f’Għawdex – li x-xogħolijiet fih qiegħdin jiġu iffinalizzati. · Tnediet il-Malta Dementia Helpline · Gie ingaggat l-ewwel dementia intervention team

Malta Dementia Helpline — telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati fuq il-Malta Dementia Helpline li ġiet imnedija mis-Segretarju Parlamentari fil-bidu t’Awwissu? Jista’ jgħid x’tip ta’ telefonati kienu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, d-Dementia Helpline rċeviet 468 telefonatia bejn it-3 ta’ Awwissu 2015 u s-16 ta’ Novembru 2015. L-468 telefonata ġew klassifikati kif ġej: · 6 telefonati klassifikati bħala Emerġenza; · 37 telefonata klassifikati bħala Mhux Urġenti; · 389 telefonata klassifikati bħala Informattivi; · 36 telefonata klassifikati bħala Fake Calls .

Ċentri tal-Anzjanità Attiva — programmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri kollha għall-Anzjanità Attiva f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid liema minnhom infetħu wara d-9 ta’ Marzu 2013 u xi programmi jsiru f’dawn iċ-ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Ċentri għall-Anzjanita’ Attiva hemm f’dawn il-lokalitajiet: iż-Żejtun, il-Ħamrun, Ħad-Dingli, Ħal Qormi, tas-Sliema, iż-Żurrieq, l-Imtarfa, Birkirkara, Bormla, Ħal Luqa, San Pawl il-Baħar, Birżebbuġia, il-Mosta, Santa Venera, in-Naxxar, Ħal safi, il-Mellieħa, l-Imsida, is-Siġġiewi, Ħal Kirkop, l-Imġar, il-Gżira, Santa Luċija, u Ċentru Ragħaj it-tajjeb (taċ-Ċawla, Għawdex). Ċentri li nfetħu wara Marzu 2013 huma fil-Gżira, Santa Luċija u Ċentru Ragħaj it-tajjeb (taċ-Ċawla, Għawdex). Programmi li jsiru f’dawn iċ-Ċentri: Kull ċentru għandu programm ta’ attivitajiet li jiġu organizzati mis-supervisor responsabbli minnu għalhekk ivarja minn ċentru għall-ieħor. Fosthom ikun hemm taħdidiet edukattiv, ħruġ, tombla, eżerċizzju fiżiku, xogħol ta’ l-idejn u oħrajn. It-Taqsima Anzjanita’ Attiva tniedi programm ta’ sessjonijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, li wkoll ivarja minn ċentru għall-ieħor, jiddependi mill-preferenzi tal-membri. Dawn is-sessjonijiet ivarjaw minn attivita’ fiżika, sessjonijiet relatati ma’ drama, arti, l-istorja ta’ pajji¿na, ¿fin terapewtiku, animazzjoni u oħrajn. Dawn is-sessjonijiet isiru darba fil-ġimgħa. Barra minn hekk ġew offruti programmi ta’ taħriġ b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija fuq komunikazzjoni. Ġew ukoll organizzati diversi sessjonijiet edukattivi mill-Korp tal-Pulizija rigward kif jista’ wieħed jippreveni l-kriminalità organizzata fuq l-internet. Ġew ukoll introdotti sessjonijiet dwar il-Flora Maltija u l-membri li interessaw ruħhom li jersqu għal dan il-programm, qed jipparteċipaw f’afforestazzjoni ġewwa l-Buskett, b’kollaborazzjoni mad-Direttorat ta’ PARKS Malta. Għaddejjin ukoll taħdidiet dwar kif tagħti l-ewwel għajnuna b’kollaborazzjoni maċ-ċentu LEAP, Reġjun Tramuntana kif ukoll b’ħidma konġunta mat-taqsima tal-Kura Primarja. Taħdidiet oħra li c-Ċentru għall-Anzjanita’ Attiva ħadem fuqhom kienu, dawk mtella’ mill-Protezzjoni Ċivili, fuq wieħed x’jista’ jagħmel f’każ ta’ nirien. Minn hawn u ftit oħra, se jibda jopera Ċentru ġdid fix-Xewkija, li għalih diġà applikaw ’il fuq minn 100 persuna biex jibdew jattendu dan iċ-Ċentru b’mod regolari. Bħalissa qiegħed jitħejja l-programm li dan iċ-Ċentru ser ikun qiegħed iħaddem. Għaddejin ukoll xogħlijiet għal Ċentru ieħor fil-Birgu, u taħdidiet biex jinfetħu 2 Ċentri oħra ġewwa Ħaż-Żabbar u s-Swieqi.

Aġenzija Sapport — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-attività ġiet organizzata mill-Aġenzija Sapport għall-klijenti tagħha din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-attivitajiet organizzati mill-Aġenzija SAPPORT għall-klijeti tagħha matul din is-sena huma li ġejjin: Servizzi Residenzjali: · 2 mawriet Għawdex · 4 weekend breaks · 2 Campings · Week Breaks f’ Farmhouse · Attivita f’ Popeye Village · Exchange visit f’ Sheffield bħala parti minn Youth in Action · Safra fi Spanja fejn numru ta’ klijenti ġew magħ¿ula biex jippartecipaw f’ konferenza tas- Self Advocacy fi Spanja · Numru ta’ klijenti li marru Ayia Napa fuq btala · Numru ta’ attivitajiet għar-residenzi kollha bħal - Halloween Party u Boat Party · Harġiet f’attivitajiet lokali fosthom; Festi, in-Notte Bianca, Mdina Grand Prix, Paqpaqli għall-Istrina, Lejl f’ Casal Paola, Lejl f’ Casal Fornaro, ir-Regatta, Żejt iż-Żejtun, l- Airshow , il-Kunċert Voices, il-Beer Festival, Festa Lapsi, Isle of MTV, Purċissjonijiet, Festa Frawli u bosta attivitajiet oħra. · Ġew organizzati wkoll numru ta’ ikliet, diversi ħarġiet għaċ- ċinema , numru ta’ Barbeques u anke logħbiet tal-futbol għall-klijenti. Servizzi Organizzati miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum: · 5 events fejn il-klijenti li jattendu iċ-Ċentri jkollhom attività kollha flimkien · 39 attività filgħaxija · 59 attivita’ ta’ matul il-jum, fejn il-membri taċ-Ċentru joħorġu għall-ġurnata. · 440 attività għall-gruppi ¿għar fejn ikun hemm numu ta’ klijenti li jagħmlu ħarġa mas- support workers .

Awtorità tad-Djar — vacancies

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20792 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19494, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx evalwati l-oġġezzjonijiet kollha li setgħu daħlu mill-kandidati li applikaw għall-25 vacancies li ħarġu fl-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid x’kien l-eżitu tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord li kkonsidra dawn l-oġġezzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – Deputy CEO – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20609, 19970 u 20721 u jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju kollu, inkluż il-perkaċċi kollha tad-Deputy CEO tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kuntratt għadu ma ġiex iffirmat.

Awtorità tad-Djar — vacancies

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20793, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kandidati ngħatawx il-fakultà li jersqu quddiem il-Bord u jagħtu spjegazzjoni sabiex iressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.