Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċimiterju tal-Addolorata – tħaffir tal-oqbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ tħaffir tal-oqbra u meta se jitlestew fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid? Kemm se jitħaffru? F’liema area se jsir ix-xogħol? Jista’ jpoġġi s-site plan fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm applikaw? Jekk iva, ħallsu xi fee? Kemm kienet il-fee? Kemm hemm min ħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Meter u kont tal-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ meter tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u l-individwu kkonċernat ġie kkuntattjat.

Kontijiet tad-Dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fuq il-kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata fejn ingħatat spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jinħarġu l-kontijiet.

Kontijiet tal-ilma — każ ta' individwi

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata.

Kontijiet tad-dawl – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward kontijiet tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata.

Statistika tat-tuberkolożi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-aħħar statistika tat-tuberkolożi għas-snin 2013 u 2014 u jqabbel l-istess figuri mal-medja Ewropea?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rata ta’ każijiet ġodda ta’ Tuberkulożi kien ta’ 11.9 f’kull 100,000 persuna f’Malta fl-2013 (50 każ), u 11.0 f’kull 100,000 persuna f’Malta fl-2014 (47 każ). Ir-rata ta’ każijiet ġodda fir-reġjun ‘EU/EEA’ kienet ta’ 12.7 f’kull 100,000 persuna fl’Ewropa fl-2013.

Servizz tal-Ambulanzi — riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma tas-servizz tal-ambulanzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

F'dak li jirrigwardja d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, ir-riforma tas-servizz tal-ambulanza qed tiġi mplimentata.

Servizz tal-Ambulanzi – tneħħija ta’ nurse in charge

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn in-nurse in-charge, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tneħħiet mis-servizz tal-ambulanzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Din l-impjegata wkoll intalbet taħdem skont l-esiġenzi tas-servizz kif indikati mill-manigment.

Servizz tal-Ambulanzi – Pre-Hospital

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mis-servizz tal-ambulanzi msejjaħ pre-hospital li għalih applikaw 23 persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riforma fid-Dipartiment tal-Emerġenza għaddejja b'ritmu sodisfaċenti u kif ippjanat.

Servizz tal-Ambulanzi – Pre-Hospital — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnhom l-applikazzjonijiet tat-23 persuna li applikaw għas-servizz tal-ambulanzi msejjaħ pre-hospital?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14919.

Operations Manager Ambulance Garage – esperjenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’esperjenza għandha l-persuna li nħatret bħala operations manager ambulance garage? Din il-persuna taf tuża kompjuter? Taf fiex jikkonsisti l-apparat tal-ambulanzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegat inkwistjoni jgawdi esperjenza fil-kamp tal-immaniġġar ta' flotot kbar ta' vetturi. L-impjegat inkwistjoni ngħata t-taħriġ neċessarju fl-ambitu tal-esiġenzi li huwa mitlub jaqdi.

Tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ dawl minn dawk l-elf persuna li fl-2014 huwa semma li kienu involuti f’dan l-aġir kriminali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc tgħaddi t-tagħrif kollu dwar serq tal-elettriku u irregolaritajiet oħrajn, lill-Pulizija għal aktar stħarriġ. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.

Ċimiterju tal-Addolorata — emendi għal-Liġi tad-Dfin

Question

Peress u in vista tal-fatt li fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata hemm mijiet ta' oqbra li ilhom ma jintużaw iktar minn 100 sena (uħud anke 140 sena) u dan għax ma baqax eredi tal-proprjetarji oriġinali, jista’ l-Ministru jixtarr emenda għal-Liġi tad-Dfin sabiex dawk il-każijiet li qabar ilu magħluq iktar minn 100 sena dan igħaddi għand il-Gvern sabiex il-Gvern imbagħad joħorġu għal bejgħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed isiru diskussjonijiet interni fuq dan.

ARMS Ltd — dawl maqtugħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il servizz residenzjali tad-dawl ġie maqtugħ mill-ARMS Ltd mill-1 ta' Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensittiva. Il-provvista tal-elettriku tista’ tiġi sospiża għal diversi raġunijiet, hekk kif stipulat fil-liġi, fosthom irregolaritajiet fil-konsum, bħal serq jew self ta’ elettriku minn proprjetà għall-oħra, kif ukoll meta jkun hemm kontijiet mhux imħallsa.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14041 u 14527 u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn, Marzu 2013 sal-lum (u jinnota l-Ministru li mhux insaqsih x'ġara qabel Marzu 2013)? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order, u f’kull każ, kemm kien il-valur tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14527 (erbatax-il elf, ħames mija, sebgħa u għoxrin), ninfurmah li l-kumpanija msemmija ingħatat xogħol ta’ konsulenza.

Kuntratt tal-Enerġija — servizzi ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas għas-servizzi tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex assista lill-Gvern fuq il-kuntratt tal-enerġija mas-Shanghai Electric u l-Electrogas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ma kenitx involuta fil-kuntratt imsemmi u għalhekk ma tħallset tal-ebda servizz għax ma pprovdietx dan is-servizz.

Tnaqqis fin-nefqa fuq il-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għat-tnaqqis ta’ €12-il miljun fin-nefqa fuq il-mediċini f’Jannar u Frar 2015 meta mqabbel man-nefqa tas-sena preċedenti, u dan kif joħroġ mill-Istatisika pubblika mill-Uffiċċju tal-Istatistika fis-27 ta’ Frar u fis-27 ta’ Marzu 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ix-xiri naqas meta kkumparat mal-istess xhur tas- sena l-oħra (2014) minħabba l-fatt li d-domanda bdiet tkun mqassma aħjar tul x -xhur tas- sena, għaldaqstant CPSU ibbenefika b'ordnijiet ta' xiri kostanti għad-differenza ta' ordnijiet sporadiċi li fis-snin ta' qabel kienu jsiru kull sitt xhur.
Leg 12 PQ #15693 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Montel Carmeli – pazjenti għal kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idaħħlu pazjenti għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli, sena b’sena mis-sena 2010 sas-sena 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu għall-kura fl-Isptar Monte Karmeli mis-sena 2010 sas-sena 2013 kienu kif jidher hawn taħt: Sena 2010 835 irġiel 300 nisa Sena 2011 884 irġiel 394 nisa Sena 2012 867 irġiel 379 nisa Sena 2013 910 irġiel 394 nisa

Allied Health Professionals

Question

Can you please forward any information in relation as to when the 2013 Allied Health Professionals Agreement is going to be fully enforced, especially the implementation of Scale 6 and Scale 5 as dictated in said agreement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ARMS Ltd — Kont tad-dawl - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-passi kollha neċessarja.