Università ta’ Malta – żewġ appointments kurrenti ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex żewġ appointments kurrenti u simultanji fl-Università ta’ Malta (wieħed bħala lettur fl-Edward de Bono Institute for the Design and Development of Thinking u l-ieħor bħala Research Support Officer fl-International Institute for Baroques Studies)? F’liema qasam l-persuna għandha d-dottorat tagħha? X’inhu s-salarju annwali gross ta’ din il-persuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament ġiet impjegata bħala Resident Academic TR4 f’Ottubru 2014 u sussegwentement żdiedet għal TR6 f’Jannar 2015. L-appointment bħala Research Support Officer III mal-International Institute for Baroque Studies hu fuq kuntratt definit ta’ 16-il siegħa u jiġi fi tmiemu fit-30 ta’ Settembru tal-2015.
Il-persuna indikata għandha D.Phil. fl-Ingliż u l-Letteratura mill-Università ta’ Oxford. Għandha wkoll Masters in Business Administration (MBA) mill-Maastricht School of Management.
Is-salarju bħala lettriċi TR6 hu ta’ €26,527.22 fis-sena. Is-salarju bħala Research Support Officer III hu bir-rata ta’ €15 fis-siegħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu d-dħul u l-ħruġ tal-RIDT fl-Universita ta’ Malta għas-snin 2012-2013 u 2013-2014? Jista’ jpoġġi tali dokumenti relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid x’inhu s-salarju annwali gross tal-Kap Eżekuttiv tal-RIDT?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-RIDT hija trust li ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Però fl-interess tat-trasparenza, iċ-Chairperson ta’ din it-trust aċċetta li jgħaddi l-informazzjoni mitluba dwar id-dħul u l-ħruġ għas-snin rispettivi bejn l-2012 u l-2014 kif ġej:
2012
2013
2014
Dħul
102,407
174,735
417,464
Ħruġ
Spejjeż tal-operat
123,559
109,151
125,665
Ħlas lill-Benefiċċjarji
-
28,176
175,664
123,559
137,327
301,329
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, fl-interess tat-trasparenza, il-Kap Eżekuttiv ta’ din it-trust aċċetta li jgħaddi l-informazzjoni mitluba. Is-salarju gross annwali tal-Kap Eżekuttiv jammonta għal €50,025.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-Rettur tal-Universita ta’ Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ukoll Chairman u Direttur tal-kumpanija lid-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Minbarra din il-kariga, l-individwu għandu xi karigi oħra? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn il-karigi u f’liema qasam? Bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa qed jiddedika għal dawn il-karigi? Jista’ jgħid jekk l-individwu kellux jew għadx għandu l-permess tal-Kunsill tal-Università sabiex jopera f’dawn il-karigi u jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti d-dati ta’ meta dan il-permess ingħata/dawn il-permessi ingħataw? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-Rettur jikkonferma li hu jokkupa l-kariga ta’ non-Executive Director fuq il-Bord ta’ HSBC Bank Malta plc. u dan minn Settembru 2014 u ta’ non-Executive Chairman tal-Bord tal-kumpanija PTL International u dan minn Marzu 2015.
Infurmat li r-Rettur talab u ngħata permess bil-miktub mingħand il-Prim Ministru ta’ Malta qabel ma aċċetta dawn il-karigi non-eżekuttivi.
Ir-Rettur informa wkoll lill-President tal-Kunsill b’dawn il-karigi li bl-ebda mod ma joħolqu xi forma ta’ kunflitt ta’ interess mal-kariga tiegħu ta’ Rettur. Ir-Rettur ikompli jservi l-Università fil-ħinijiet u bil-modi kollha neċessarji li jikkostitwixxu medja ta’ 60 siegħa fil-ġimgħa xogħol, sajf u xitwa. Il-ħin li jqatta’ fuq dawn il-karigi ġodda hawn fuq imsemmija ma jfixklu bl-ebda mod lir-Rettur milli jonora l-obbligi tiegħu lejn l-Università u s-sussidjarji tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar disa’ snin, l-Università ta’ Malta tilfitx ERDF Funds minħabba direct orders? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm hu l-valur ta’ kull wieħed minn dawn id-direct orders?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Università ta’ Malta qatt ma tilfet flus tal-ERDF minħabba ħruġ ta’ direct orders.
Università ta’ Malta – ħlas għal kirjiet ta’ proprjetajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Università ta’ Malta tħallas għal kirjiet ta’ proprjetajiet barra l-kampus ta’ Tal-Qroqq matul sena waħda? X’inhi n-natura ta’ dawn il-kirjiet u għal liema għan qed jinkrew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm akkademiċi li għandhom aktar minn appointment wieħed kurrenti u ieħor simultanju fl-Università ta’ Malta? Min huma dawn l-akkademiċi, u jista’ jgħid liema huma l-oqsma li għandhom dawn l-appointments ta’ kull wieħed/waħda minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm żewġ akkademiċi li għandhom iktar minn appointment wieħed mal-Università ta’ Malta.
Wieħed mill-akkademiċi għandu appointment ta’ TR6 u appointment ta’ Research Support Officer mal-International Institute for Baroque Studies ta’ 16-il siegħa fil-ġimgħa u l-membru l-ieħor għandu post ta’ Assistant Lecturer u jipprovdi sigħat flessibli (5 sigħat fil-ġimgħa) għal proġett tal-UE fil-Linguistics bħala Research Support Officer.
Rigward min huma dawn l-akkademiċi, din l-informazzjoni qed tingħata lill-Onor. Interpellant separatament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal u edukaturi li ħa sehem fil-programm Skolasajf matul is-Sajf 2014 u matul is-Sajf 2015? Jista' jgħid kemm kienet is-somma vvutata għal dan il-programm matul l-aħħar sentejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi:
Numru ta’ studenti reġistrati
Numru ta’ impjegati
Vote 5627
2014
10,954
1361 (ara tweġiba għal PQ 11534)
130,000*
2015
12,388
1716
670,000*
*skont l-estimi finanzjarji ppubblikati, fondi addizzjonali ġew pprovduti.
Sena skolastika — Sistema tat-tagħlim tal-matematika
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li matul is-sena skolastika li ġejja matul dik ta' wara 2016 u 2017 tinbidel is-sistema tat-tagħlim tal-matematika magħrufa bħala abacus fl-iskejjel statali? Jekk iva, jista' jgħid x'sistema ġdida mistennija tiġi adottata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-2015 qiegħed jinkiteb il-Learning Outcomes Framework li jinkludi l-Learning and Assessment Programmes ta’ kull suġġett, skont id-dokument tal-Qafas Għall-Kurrikulu Nazzjonali (National Curriculum Framework – 2012), fosthom dawk għall-Matematika.
Fl-implimentazzjoni ta’ dan is-suġġett, li mistennija tibda gradwalment fl-2016-2017 u titkompla fis-snin ta’ wara, (wara li jintlaħaq ftehim mal-imsieħba konċernati) tkun qed issir ukoll reviżjoni tal-pedagoġija u r-riżorsi.
F’dan il-kuntest jiġi mgħarbel l-Abacus u sistemi oħra. Ta’ min ifakkar li nixtiequ nitilqu minn mudell li jiddetta kollox b’mod ċentrali għal wieħed li jagħti spazju lill-Iskejjel u lil għalliema biex jagħżlu l-aħjar riżorsi għall-ħtiġijiet tal-kuntest partikolari.
Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti — kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet, għalliema, learning support assistants u ancillary staff
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet, għalliema, learning support assistants u ancillary staff li kienu impjegati fuq bażi full-time u part-time fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju matul is-sena skolastika li għadha kif għaddiet 2014-2015? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu impjegati fi skejjel Maltin u kemm fi skejjel Għawdxin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel statali,fis-sena skolastika 2014-2015 (Lulju 2015), kien hemm 7,213-il impjegat full-time, liema figura ma tinkludix 274 persuna li kienu b’xi forma ta’ leave. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella (Tabella ‘A’) dwar kif kienu mqassmin dawn l-impjegati.
Barra minn hekk, kien hemm ukoll impjegati klerikali u minor staff fuq bażi part-time kif ġej:
Klerikali
Officer in Scale 16 – indefinite status but could not exceed 28 hours per week - 19
Part time Clerks - 38
Part time Clerk on Suspended contract - 1
Minor Staff (sa massimu ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa ħlief għal 1 Officer in Scale 20 li jaħdem 35 siegħa fil-ġimgħa)
Part time cleaners - 20
Officers in Scale 20 - 51
Officer in Scale 20 (seconded with PS for EU Presidency 2017 & EU Funds) - 1
Officers in Scale 19 (Assimilated) - 58
Officers in Scale 18 (Assimilated) - 31
Matul is-sena skolastika 2014-2015 id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Istudenti li Jħallu l-Iskola Kmieni impjega lil dawn l-edukaturi tal-adulti fuq bażi part-time:
329 f’Malta
47 f’Għawdex
Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘B’ (l-informazzjoni qed tingħata maqsuma f’ħames tabelli) li turi n-numru ta' kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet, għalliema, learning support assistants u ancillary staff li kienu impjegati fuq bażi full-time u part-time fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju matul is-sena skolastika 2014-2015.
Infurmat ukoll li matul is-sena skolastika 2014-2015 l-MCAST kellha 6 Kapijiet ta’ Skejjel (Directors), 13 Assistenti Kapijiet (Deputy Directors), 478 Għalliem fuq bażi full-time u 14-il Learning Support Assistant.
Rigward il-Junior College, fis-sena skolastika li għadha kif għaddiet 2014-2015 kien hemm persuna waħda impjegata fil-kariga ta’ Prinċipal u persuna oħra impjegata bħala Viċi Prinċipal. Kien hemm 194 fil-kariga ta’ Junior College Academic Staff u 52 fil-kariga ta’ staff Amministrattiv, Tekniku u Industrijali.
Direttorat tal-Edukazzjoni – għalliema u LSAs impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs ġodda li ġew impjegati mad-Direttorat tal-Edukazzjoni u li se jibdew jagħtu s-servizz tagħhom matul is-sena skolastika 2015/2016 ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew impjegati f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bi preparazzjoni għas-sena skolastika 2015/2016 ġew impjegati:
Għalliema: 169
Għalliema (supply): 41
Dawn jammontaw għal 210 u kienu imqassmin hekk;
103 fl-iskejjel sekondarji, 83 fl-iskejjel primarji, 4 fl-iskejjel post sekondarji u 20 fis-servizzi Peripatetiċi.
Learning Support Assistants (Supply) kien hemm 45. Dawn kienu mqassmin hekk;
17 bħala relievers fil-Kulleġġi
14 fl-Iskejjel sekondarji
8 fl-iskejjel primarji
6 għadhom qed jaħdmu n-notice u mistennija jibdew bħala relievers fil-Kulleġġi
Skejjel tal-Knisja u Indipendenti – għalliema u LSAs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs ġodda li ġew impjegati mal-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti u li se jibdew jagħtu s-servizz tagħhom matul is-sena skolastika 2015/2016 ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew impjegati f'livell primarju, sekondarju u post-sekondarju ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
Skejjel tal-Knisja
Skejjel Indipendenti
Primarja
Sekondarja
Post-Sekondarja
Primarja
Sekondarja
Post-Sekondarja
Għalliema ġodda
48
98
9
2
0
0
S/LSAs ġodda
74
86
0
2
14
0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa taljana? Kemm huwa l-ammont komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern it-Taljan qed jiġi mgħallem kif ġej:
Form 1
Form 3 (Option)
Total
(Form 1 sa Form 5)
Grand Total
Bniet
Subien
Bniet
Subien
Bniet
Subien
Bniet u Subien
480
556
31
12
3028
3347
6375
In-numru ta’ studenti li qegħdin jitgħallmu t-Taljan fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti huwa:
SubienBnietTotal
8019291730
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa franċiża? Kemm huwa l-ammont komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern il-Franċiż qed jiġi mgħallem kif ġej:
Form 1
Form 3 (Option)
Total
(Form 1 sa Form 5)
Grand Total
Bniet
Subien
Bniet
Subien
Bniet
Subien
Bniet u Subien
208
232
9
6
1219
702
1921
In-numru ta’ studenti li qegħdin jitgħallmu l-Franċiż fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti huwa:
SubienBnietTotal
5658061371
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa ġermaniża? Kemm huwa l-ammont komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern il-Ġermaniż qed jiġi mgħallem kif ġej:
Form 1
Form 3 (Option)
Total
(Form 1 sa Form 5)
Grand Total
Bniet
Subien
Bniet
Subien
Bniet
Subien
Bniet u Subien
122
138
2
6
631
586
1217
In-numru ta’ studenti li qegħdin jitgħallmu l-Ġermaniż fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti huwa:
SubienBnietTotal
184209393
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu mistenni li jkunu l-pitches tal-waterpolo li se jingħataw għajnuna finanzjarja matul l-2016? Liema pitches ingħataw għajnuna matul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport fl-2015 ta għajnuna lil Neptunes WPSC għal xogħol li sar fil-pitch tagħhom, u Otters ASC għall-pitch tagħhom f’Marsalforn, f’Għawdex. Preżentement il-Ministeru wasal biex ilesti x-xogħlijiet tiegħu fuq il-pitch ġdid ta’ Birżebbuġa.
L-għajnuna għall-2016 ma tistax tiġi kwantifikata għax l-applikazzjonijiet għadhom pendenti u jiġu deċiżi sa tmiem din is-sena. Intant, matul is-sena 2016 il-Ministeru għandu jlesti l-bini tal-clubhouse ħdejn il-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ facilitators f'kull kulleġġ, skola bi skola u klassi bi klassi? Kull kulleġġ kemm talab facilitators tul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u kemm fil-fatt ġew provduti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi dwar in-numru ta’ Learning Support Assistants f’kull kulleġġ, skola bi skola, waħda għall-iskejjel Sekondarji u l-oħra għall-iskejjel Primarji. Peress li hemm għadd ta' LSAs li jissapportjaw studenti fuq bażi ta' shared support, mhux possibbli li jingħata numru globali ta' kemm hemm LSAs fil-klassi.
Fis-settur tas-Sekondarja, l-istudenti huma mqassmin f'sets, options, fis-suġġetti tal-Core Competencies (CCS) u minn Form 3 sa Form 5 fil-programm tal-Core Competencies (CCP). Għalhekk l-LSAs imorru ma' studenti statemented skont l-esiġenzi tal-lezzjonijiet u skont kif inhu s-sapport li qed jingħata lil dawn l-istudenti.
Matul is-sena skolastika jkun hemm numru sostanzjali ta' studenti li jiġu statemented wara li jiġu riferuti mill-iskejjel għall-iStatementing Board. Barra minn hekk ikun hemm studenti oħrajn li jattendu għar-Review tal-iStatementing biex jew jiżdied is-sapport inkella jitnaqqas u f'xi każi wkoll jitneħħa s-sapport kollu.
Meta l-iStatementing Board jibgħat ir-rakkomandazzjoni tiegħu lid-Direttorat, jinbeda l-proċess biex l-iskola, sakemm mhux diġà jkollha LSA disponibbli, tingħata servizz ta' LSA biex tkun tista' tipprovdi s-servizz skont ir-rakkomandazzjoni tal-iStatementing Board.
Il-prassi hija li ma jkunx hemm dewmien biex tingħata l-għajnuna ta' LSA, sakemm il-persuna li jkun imissha skont l-ordni tal-mertu tkun lesta li tibda immedjatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ġej:-
Tabella 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Tabella 'B' - Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'C' - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla
Tabella 'D' - Kunsill Malti għall-Isport
Tabella 'E' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
It-tweġiba mid-dipartimenti u l-entitajiet l-oħra fi ħdan id-dekasteru tiegħi kienet jew 'xejn' jew ma tapplikax jew li ma kellhom l-ebda konsulenti li taw servizz fit-12-il xahar sa Ġunju 2015.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – nefqa f’petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' min kienu l-konsulenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu bejn Marzu 2003 u Marzu 2013? Jista' jgħid x'kienet ir-remunarazzjoni annwali tagħhom? Jista' jagħti rendikont tan-nefqa diretta u indiretta tal-konsulenti inkluż nefqa addizjonali bħal perkaċċi, mowbajl u safar ta' kull konsulent/a?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ngħatajt bi tweġiba għal din il-mistoqsija hi kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella ‘A’ - Ministeru tal-Edukazzjoni/Dipartimenti
Tabella ‘B’ - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Tabella ‘C’ - Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Tabella ‘D’ - Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija
Tabella ‘E’ - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada
Tabella ‘F’ - Kunsill Malti għall-Isport
Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru illum ma kellhomx konsulenti fis-snin indikati fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — proġetti ta' IT
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'nefqa kellu l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu fuq proġetti ta' IT bħal websites, servers, apps, databases u infrastruttura diġitali simili bejn Marzu 2003 u Marzu 2013? Jista' jagħti ftit dettalji tal-bżonn ta' dan il-proġett, x'baġit kellu u n-nefqa totali finali ta' dan il-proġett? Jista' jgħid min kien is-supplier privat ta' dan il-proġett u jekk ix-xogħol ħadux b'tender, kwotazzjoni jew b'mod dirett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ngħatajt bi tweġiba għal din il-mistoqsija hi kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella ‘A’ - Information Management Unit, Ministeru tal-Edukazzjoni
Tabella ‘B’ - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Tabella ‘C’ - Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Tabella ‘D’ - Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija
Tabella ‘E’ - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada
Tabella ‘F’ - Kunsill Malti għall-Isport
Tabella ‘G’ - Malta Libraries
Tabella ‘H’ - Arkivji Nazzjonali
Tabella ‘I’ - Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea
Tabella ‘J’ - Università ta’ Malta
Infurmat ukoll li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla għandha kuntratt ma ‘CasaSoft Ltd’ għal tliet snin. Dan il-kuntratt beda fi Frar 2013 u jagħlaq fi Frar 2016. It- total finali ta’ dan il-kuntratt huwa ta’ Euro 5,500 (VAT inkluż). Dan ix-xogħol ingħata wara sejħa għall-kwotazzjonijiet u kien neċessarju għaliex fl-aħħar tal-2012 il-Kunsill Malti għal Kwalifiki (MQC) u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCHE) ingħaqdu u ffurmaw in-NCFHE. Għalhekk iż-żewġ websites li kienu jeżistu ngħalqu u nbniet website ġdida biex tirrifletti l-entità l-ġdida.
Fl-aħħarnett, infurmat li meta twaqqfet l-Aġenzija Żgħażagħ inħasset il-ħtieġa li għandu jkollha
website
sabiex isservi ta` għodda għaż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ. Kienu ntalbu tlett kwotazzjonijiet u ntgħażlet l-irħas waħda mingħand Booking & Co Ltd. In-nefqa totali kienet ta` €2,773.