Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12213 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #12241 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Prof. John David Mooney — Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għas-servizzi u l-mawra/mawriet f'Malta tal-Prof. John David Monney in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Prof. John David Mooney ta s-servizzi tiegħu bla ħlas. Il-ħlas li sar kien għal żewġ mawriet tiegħu f'Malta, li jinkludi spejjeż ta' akkomodazzjoni u vjaġġar, kien jammonta għal Lm4,173.15.
Leg 9 PQ #12154 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Kanuni antiki

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11998, jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar is-sit fejn jinsabu kanuni antiki li kienu f'Manoel Island xi żmien ilu? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-kanuni? X'hemm ħsieb fejn sejrin jiġu priżervati u konservati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma diġa' nfurmajt lill-Onorevoli Interpellant, il-preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' dawn il-kanuni, taqa' taħt ir-responsabbilita' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12177 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Karozzi mikrija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11184, jista' l-Ministru jwieġeb u jagħti d-dettalji ta' l-ewwel parti, it-tielet parti u r-raba' parti tal-mistoqsija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mil-5 ta' Settembru 1998 'il hawn kien hemm tliet kolliżjonijiet b'karozzi propjeta' tal-Gvern kif ġej: Karozza Numru GVN 307 misjuqa mis-Sur Vincent Conti STO Karozza Numru GVN 162 misjuqa mis-Sur Paul Formosa A.T.O. Karozza Numru DGC 001 misjuqa mis-Sur Paul Mifsud Segretarju Permanenti It-tliet każi għadhom pendenti u għalhekk s'issa għadu ma sar l-ebda ħlas.
Leg 9 PQ #12185 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti differenti li qed jiġu kkonsidrati meta jingħalaq il-Magħtab? Meta huwa maħsub li jibda jintuża s-sit differenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Diskussjonijiet fuq dan is-suġġett qegħdin isiru ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u meta dawn jiġu ffinalizzati nkun nista' nagħti aktar informazzjoni.
Leg 9 PQ #12196 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Triq San Ġwann - Poġġaman

Question

Jista' l-VRP jieħu ħsieb li jsir xi forma ta' poġġaman fit-turġien f'Triq San Gwann kantuniera ma' Triq Sant'Orsla l-Belt peress li joqogħdu ħafna anzjani fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant se tkun ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #12028 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk hux se jkun lest kollu l-bini ta' San Ġakbu l-Kavallier biex jiġi miftuh iċ-Ċentru ta' l-Arti għall-Millennju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol fil-bini ta' San Ġakbu Kavallier ser ikun fi stat li ċ-Ċentru ta' l-Arti jkun inawgurat fl-aħħar tas-sena fil-bidu tal-millennju l-ġdid.
Leg 9 PQ #12074 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' li magħhom saru l-laqgħat dwar il-faċilitajiet sportivi u bini li qed jagħmlu użu minnhom id-diversi għaqdiet? Jeżisti statut li jirregola lill-AST? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-laqgħat tmexxew mal-Perit Charles Cassar li jirrapreżenta l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'.
Leg 9 PQ #12130 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'tunnellati ta' skart intrema fis-sena 1998 li hu aluminium u plastic?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li billi l-iskart li jintrema jkun imħallat mhux possibbli li nkunu nafu l-piż eżatt tal-frazzjonijiet ta' l-iskart. Minn studji li saru mid-Dipartiment jirriżulta li l-piż tal-plastik li ntrema matul is-sena 1998 kien ta' madwar 20,000 tunellata u dak ta' l-aluminium huwa ta' madwar 450 tunellata.
Leg 9 PQ #12138 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

PA — PA 6261/99

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-iskop wara l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjnar PA 6261/99 (l/o Rabat) li saret mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-iskop wara PA 6261/99 hu sabiex tinbena kamra biex tissostitwixxi kamra oħra tas-sienja storika okkupata minn bidwi għal skopijiet agrikoli. Dan l-ispazju li bħalissa qed jokkupa l-bidwi għandu valur storiku kbir u japparteni ż-żmien Medjovali.
Leg 9 PQ #12147 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq B'Kara - Għarar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender tas-Second Phase tal-proġett kontra l-għarar ta' Triq B'Kara, San Ġiljan inħariġx? Jekk inħareġ u ngħata, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiġi esegwit ix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti ix-xogħol li se ssir fit-tieni fażi tal-proġett imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant jieħu pjaċir jinnota illi l-Ministeru għall-Ambjent ħa ħsieb sabiex it-tender in kwestjoni ġiet aġġudikata u mistennija tingħata fi żmien qasir. Ix-xogħol ta' din it-tender jikkonsisti fi tħaffir ta' mina għall-ilma tax-xita minn fejn it-traffic lights li tkompli ma' dik eżistenti li toħroġ għal ġol-wied.
Leg 9 PQ #11996 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Greenpeace

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Ministeru dwar ir-riżultati allarmanti ta' livell ta' diossina fil-Magħtab li joħorġu mill-istudji li għamel il-grupp Greenpeace?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif intqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11386 il-Pjan għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart, li għandu jiġi ppubblikat, se jinkludi l-proposti konkreti biex titranġa s-sitwazzjoni tar-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab.
Leg 9 PQ #12051 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Burmarrad/San Pawl il-Baħar — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ f'Burmarrad u San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12060 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Qlegħja — Skart

Question

Jista'l-Ministru jikkunsidra li jsir il-kordinament meħtieġ sabiex jitnaddaf l-iskart li nġabar fil-wiċċ ta' l-ilma ta' Wied il-Qlegħja fil-parti tal-bridge li tasal għalih mid-daħla ta' l-Imtarfa? Jekk iva, jista' jinfurmana meta se jsiru x-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat jinvestiga dan l-ilment.
Leg 9 PQ #12045 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtaħleb — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fl-Imtaħleb l/o Rabat, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12046 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Għemmieri — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fl-Għemmieri l/o Rabat, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12047 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Binġemma — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ f'Binġemma - Landrijiet tas-Salib, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12048 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbiegħ — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fiż-Żebbiegħ u Mġarr u limiti tagħhom, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12049 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Pwales/Lambordn/Manikata — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ fil-Pwales, Lambordini u l-Manikata, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).
Leg 9 PQ #12050 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Selmun/Mellieħa/Xemxija — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Peress li ġġarfu ħafna ħitan tas-sejjieħ f'Selmun, l-Mellieħa u Xemxija, jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet mid-dipartiment u jiġu rimedjati l-ħsarat kawżati mill-maltemp? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jwettaq dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi L-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12042 (Seduta 211).