Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17658 Sitting 342 2000-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Varjeta' Sante'

Question

Peress li l-Ministru semma li l-prezz tal-varjeta' bikrija Sante' kien maqsum fuq erba' prezzijiet għat-tunellaġġ ta' l-2000 tunellata bikrija, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju kieku ġew esportati l-2000 tunellata u kemm fil-fatt kien il-prezz medju għall-kwalita' li ntbagħtet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt dwar mistoqsija numru 15362. Rigward il-prezz medju li din is-ena kisbet is-Sante' dan irriżulta li kien NLG29.70 kull xkora ta' 25kg imwassla l-Olanda. Il-prezz medju, kieku ġew esportati 500 tunellata kull ġimgħa fil-perjodi speċifikati fil-kuntratt, kien ikun ta' 30.75NLG kull xkora ta' 25kg. Minn dan il-prezz inbagħad jinqatgħu l-ispejjeż.
Leg 9 PQ #17659 Sitting 342 2000-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni — Patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż għall-esportazzjoni ta' l-1,200 tunnellata Sante' bikrija u kemm kienu l-ispejjeż għall-esportazzjoni ta' l-ewwel 1,200 tunnellata Alpha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Filwaqt li l-ispejjes kollha all-esportazzjoni tal-1,200 tunnellata Sante huma kkalkulati li laħqu madwar Lm99,160, dawk tal-Alpha adhom ma ġewx stabbiliti minħabba li l-kontijiet għadhom ma ġewx magħluqa.
Leg 9 PQ #17660 Sitting 342 2000-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agro-turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' policy ta' l-agro-turiżmu fil-gżejjer Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-konribut li tagħti l-agrikoltura lis-settur turistiku huwa rikonoxxut mill-karattru ta' ''multi-functionanlity'' tal-biedja. Kemm il-Gvern Malti kif ukoll l-Unjoni Ewropeja tagħraf dan ir-rwol tal-biedja. Dwar turiżmu ta' natura speċifika li jirrigwardja agrikoltura , il-Ministeru tiegħi jinkoraġixxi dan it-tip ta' żjarat fostna u kull meta jkun hemm gruppi ta' interess speċifiku fl-agrikoltura, uffiċjali tad-dipartiment jinvolvu ruhom attivament fit-tfassil tal-programmi.
Leg 9 PQ #17661 Sitting 342 2000-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP

Question

Peress li f'mistoqsija parlamentari numru 17278 il-Ministru baqa' ma qalx jekk jeżistux bidliet miftiehma diġa' għar-rigward tal-common organisation ....... ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu fis-seħħ fis-snin li ġejjien, jista' l-Ministru jikkonferma jekk jeżistux, iva jew le? Jekk jeżistu (iva) jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-vantaġġi għar-raħħala Maltin u Għawdxin minn dawn il-bidliet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-bidliet ġodda li se jsiru bejn is-sena 2000 u 2006 f'din il-policy tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għalkemm ma għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297 u 16986, ninforma lill-Onor. Interpellant li jista jsib id-direttivi/regoli in vigore fil-present fl-"Official Journal of the European Communities" L 160 Vol 42 tas-26 ta' Ġunju 1999. Jekk l-Onor. Interpellant jaf eżatt x'ser ikun it-tibdil/żieda/tnaqqis fl-ammont ta' direttivi/regolamenti sas-snin 2003, 2005, 2008, huwa ghal darboħra ġentilment mitlub jgħaddili l-istess informazzjoni.
Leg 9 PQ #17657 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm Esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'annimali mietu fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?X'ikkawża l-mewt tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ammont t'annimali li mietu dawn l-aħħar sitt xhur kienu dawn: 244 tjur, 39 nagħaġ u mogħoż, 4 baqar, 1339 fniek, 2 ħmir, 2 ponies u 1 bagħal.
Leg 9 PQ #17625 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Safar/Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena tħallsu Lm845.59 bħala spejjeż ta' riċevimenti. Intnefqu wkoll Lm27,343.72 bħala spejjeż ta' safar li kienu jinkudu s-sessjoni ta' "Bilateral Screening " fuq l-Agrikoltura u diversi safar minn uffiċjali fid-Dipartimenti tal-Ministeru għall-laqgħat ta' taħriġ jew aġġornament.
Leg 9 PQ #17596 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

B'riferenza għad-direct payment skond il-Common Organisation of the market in milk and milk products, jista' l-Ministru jinformani x'se tkun id-differenza għar-raħħala Maltin u Għawdxin? Jirriżulta li r-raħħala Maltin se jintilfu l-benefiċċji tal-ħalib ta' fuq il-kwota jekk jidħol id-direct payment? Jekk le, għaliex? Jekk iva, x'se tkun id-differenza finanzjarja għar-raħħala Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297 u 16986.
Leg 9 PQ #17597 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

B'riferenza għar-riforma tal-CAP fir-rigward tal-Common organisation of the market in milk and milk products, jista' l-Ministru jinformani kif se jaffettwaw is-sistemi tad-direct payments lill-produtturi Maltin u Għawdxin fis-sena 2005, 2006 u 2007? X'diskussjonijiet u x'konsultazzjonijiet saru dwar il-bidliet li jridu jseħħu fl-UE u ċioe' anke f'Malta meta skond il-gvern Malti se ssir membru tal-UE fis-sena 2003?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297 u 16986.
Leg 9 PQ #17598 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib — Koperattiva tal-produtturi

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta ġew diskussi bejn il-Ministeru u l-kooperattiva tal-produtturi tal-ħalib ir-riformi tal-common organisation of the market in milk and milk products? Jista' jgħid x'punti tqajjmu mir-raħħala u l-koperattiva dwar dawn ir-riformi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16297.
Leg 9 PQ #17610 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agenda 2000

Question

Peress li Agenda 2000 reform of the common agriculture policy CAP għandha bħala - u nikkwota eżatt - "the new challenges" jindirizzaw problema partikolari u cioe' "the current level of CAP prices is too high for the EU to meet international undertakings and ....."; jista' l-Ministru jispjega dak li qal matul dawn l-aħħar xhur li l-CAP mhux veru għandha prezzijiet għoljin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li din id-domanda ma fiha xejn ġdid ħlief ''re-wording'' tad-domanda numru 16692, nirreferih għar-risposta li diġa tajt għal dik id-domanda. Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16692 tesiġi li L-Onor Interpellant għandu qabel xejn jifhem li l-argument tal-"quotation" li qed juża ma jreġix mal-mistoqsija tiegħu, u mingħajr ma wieħed jidħol f'dibattiti inutili fuq din il-"quotation" miktuba f'kontest ieħor, dak li l-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi, cioe jekk bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Europeja hux x'se jkun hemm splużżjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu tagħna, hu kunċett bla bażi, fittizju, u suġġettivament spekulattiv. Dan hu hekk għax biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropeja jridu jsiru n-negozjati w il-Gvern għandu l-pjan għall-mekkaniżmi u arranġamenti oħra biex propju dawk l-effetti li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalihom u li ma għandhom l-ebda bażi fil-"quotation" imsemmija ma jimmaterjalizzawx.
Leg 9 PQ #17623 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta Fisheries Authority

Question

B'riferenza għal ħolqien tal-Malta Fisheries Authority li l-gvern se jagħmel sabiex jaġġorna s-settur tas-sajd ma' dak ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmana meta din l-awtorita' se tiġi mwaqqfa?Kemm se tiswa lill-poplu biex tiġi mwaqqfa u sabiex titmexxa fis-snin li ġejjin? Meta saru l-konsultazzjonijiet mas-sajjieda dwar din l-awtorita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal liema ''Malta Fisheries Authority'' qiegħed jirreferi. Is-sezzjonijiet kollha li jissemew bħal ''Fisheries Monitoring Centre u ''Fish Marketing Unit'' huma sezzjonijiet li jeżistu fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura.
Leg 9 PQ #17579 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija tal-Majjal — Waste management

Question

B'riferenza għal-liġijiet u direttivi tal-waste management ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk il-partijiet tal-liġi u direttivi li jistgħu joħolqu problemi kbar fl-industrija lokali tat-trobbija tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru pjanijiet biex isir l-'Impact Assessment' fuq l-'animal waste'. L-informazzjoni tkun tista' tingħata hekk kif ikun lest dan l-'impact assessment'.
Leg 9 PQ #17580 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija ta' Tjur — Waste management

Question

B'riferenza għal-liġijiet u direttivi tal-waste management ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana liema huma dawk il-partijiet tal-liġi u direttivi li jistgħu joħolqu problemi kbar fl-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru pjanijiet biex isir l-'Impact Assessment' fuq l-'animal waste'. L-informazzjoni tkun tista' tingħata hekk kif ikun lest dan l-'impact assessment'.
Leg 9 PQ #17581 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib frisk/baqar — Waste management

Question

B'riferenza għal-liġijiet u direttivi tal-waste management ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk il-partijiet tal-liġi u direttivi li jistgħu joħolqu problemi kbar fl-industrija lokali tal-ħalib frisk/baqar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru pjanijiet biex isir l-'Impact Assessment' fuq l-'animal waste'. L-informazzjoni tkun tista' tingħata hekk kif ikun lest dan l-'impact assessment'.
Leg 9 PQ #17594 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib frisk — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk ta' fuq il-kwota tal-ħalib li pproduċew ir-raħħala Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar sitt xhur tas-sena 2000? Kemm kienet l-istess produzzjoni għall-istess perijodu għas-sena 1999, 1998, 1997 u 1996 rispettivament? Kemm kien il-prezz li r-raħħala ġabu għall-ħalib ta' fuq il-kwota u kemm kien f'kull każ il-prezz tal-ħalib tal-kwota?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17595 Sitting 338 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li se jiġi mportat il-majjal frisk tal-ġimgħat li ġejjin? Min se jimporta dan il-majjal? Min talab biex jimporta majjal u min ingħata permess? X'diskussjonijiet saru mal-KIM dwar din l-importazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jidher li kif għandu ħabta jagħmel, qed jibbaża d-domanda tiegħu fuq informazzjoni żbaljata li huwa ma ndenjax ruħu jivverifika qabel ma tkellem. Għaldaqstant sejjer nispjegalu eżatt x'hini s-sitwazzjoni u l-mod għaqli li bih wasalna għal soluzjoni xierqa u aċċettabli. L-ewwelnett niġbidlu l-attenzjoni li, kif suppost jaf hu, il-laħam tal-majjal jista' jiġi impurtat dejjem, basta jissodisfa l-kriterji ta' saħħa u iġiene. Fuq din l-importazzjoni titħallas levy. Peress li lejn l-aħħar tas-sena 1999, kien hemm nuqqas fin-numru ta' twelid ta' majjali, bhalissa, fiż-żmien meta suppost bdew jilħqu dawk il-majjali li twieldu dak iż-żmien, qed jinħass 'shortfall' fil-produzzjoni lokali. Dan in-nuqqas qed jinħass iktar, anke minħabba fiż-żieda fid-domanda tal-majjal. Sabiex tkun tista tintlaħaq id-domanda għas-suq tal-majjal frisk, ikkunsidrajna li tingħata eżenzjoni parzjali fuq il-levy fuq kwantitajiet żgħar ta' laħam tal-majjal impurtat għall-industrija ta' l-ipproċessar. Saru diversi laqgħat, kemm mal-KIM kif ukoll mal-proċessuri tal-majjal u l-FOI, li wasslu biex tħejjiet formola li permezz tagħha il-proċessuri jingħataw eżenzjoni parzjali fuq il-levy għall-importazzjoni ta' kwantitatjiet zgħar ta' majjal biex jintuża għall-ipproċessar biss. L-eżenzjoni fuq-il-levy tingħata b'mod li l-majjal impurtat jiġi jiswa daqs dak lokali. L-allokazzjoni għal eżenzjoni parzjali fuq il-levy tingħata abbażi ta' l-ammont ta' majjal frisk li kull proċessur individwali jixtri għal perjodu stipulat ta' żmien. Din kienet soluzzjoni li ntlaqet tajjeb kemm mill-produtturi kif ukoll mill-proċessuri, u għalekk il-proċessuri issa mistennija jagħmlu t-talbiet tagħhom biex jimpurtaw majjal bil-levy mnaqqsa.
Leg 9 PQ #17578 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agro-turiżmu — Laqgħat

Question

Peress li f'laqgħa għall-bdiewa li saret l-Imġarr il-Ministru għamel riferenza għall-agro-turiżmu, jista' l-Ministru jinfurmana kemm saru laqgħat inter ministerjali bejn il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Meta saru, x'ġie diskuss u x'kontinwazzjoni hemm ppjanata għal dawn l-aħħar xhur tas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saru ebda laqgħat bejn il-Ministri li qed isemmi l-Onor. Interpellant . Pero' ninformah li l-Ministeru tiegħi qiegħed ifassal pjanijiet li bihom jitħejjew proġġetti ta' natura agro-turistika wara li jkun hemm il-konsultazzjonijiet mal-Ministeri kkonċernati.
Leg 9 PQ #17446 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — System for the producers

Question

B'riferenza għal bidliet li jridu jsiru taħt is-"support system for the producers" matul l-2000, 2001, 2002 u 2003 tal-CAP, jista' l-Ministru jinfurmana bis-sistema l-ġdida tal-"granting of area payments scheme"? Jista' l-Ministru jgħid kemm se jieħdu l-bdiewa fuq l-art li jaħdmu u fuq il-crops li jkabbru? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-prezzijiet medji ta' dawn fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għal dak li jieħdu l-bdiewa Maltin u Għawdxin fil-futur meta Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea, l-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-pożizzjoni tkun dik li toħroġ minn-negozjar u għal dan il-għan qed isiru l-istudji neċessarji. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ta' natura ġenerali, l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel kuntatt mal-Malta EU Information Centre.
Leg 9 PQ #17447 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Bidliet

Question

Peress li l-Ministru ċaħad ripetutament li hemm bidliet fil-CAP u jridu jseħħu gradwalment matul il-perjodu ta' snin 2000 u 2006 rispettivament fid-diversi oqsma tal-biedja u sajd, jista' l-Ministru jinformani bir-riforma li trid issir f'dan il-perjodu fir-rigward tal-"common organisation of the market in milk and in milk products"? Jista' l-Ministru jinformani liema minn dawn il-bidliet huma ta' vantaġġ u/jew żvantaġġ għal produtturi tal-ħalib lokali? Jista' jgħid jinformana kif l-intervention system ta' din ir-riforma se taffettwa lill-produtturi Maltin u Għawdxin tal-ħalib frisk?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn x'inżid mar-risposti li diġa tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 16297, 16291 u 16986.