Legislature:
Category:
Reset
Active:

UE — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet iffurmata kull delegazzzjoni li telgħet għal proċess ta' screening mal-Unjoni Ewropea? Meta telgħet kull delegazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta' kull delegazzjoni? Individwalment, xi ħlasijiet jew benefiċċji oħra saru lil kull membru tad-delegazzjonijiet talli attendew għal proċess ta'screening barra minn Malta?

Response (BORG, JOE)

Għar-rigward tal-ewwel tlett mistoqsijiet magħmula mill-Onorevoli Interpellant nirreferih għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10785. Għar-rigward tar-raba mistoqsija, dan il-Ministeru ma` għamel ebda ħlasijiet u ma` ta l-ebda benefiċċji oħra lill-membri tad-delegazzjonijiet li attendew għal proċess ta` screening mħallsa minnu. Rigward Ministeri oħra, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeri konċernati.
Leg 9 PQ #10462 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 7314, jista' l-Ministru jgħid: (a) għaliex Dr Noel Buttigieg Scicluna u s-Sur Charles Vella ngħata faċilitajiet tal-VIP Lounge għalkemm m'għandhomx ambaxxaturi u Dr J. Licari ngħatawlu l-faċilitajiet qabel ma reġa' sar ambaxxatur; (b) x'inhuma l-linji ta'gwida li juża l-ministeru biex jagħti dawn il-faċilitajiet lill-diplomatiċi Maltin u barranin; (ċ) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji ta' gwida; u (d) liema ambaxxaturi Maltin u f'liema dati (wasla u tluq) użaw dawn il-faċilitajiet bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru, 1999?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux korrett meta jgħid li Dr Noel Buttigieg Scicluna m`għadux Ambaxxatur. Dr Noel Buttigieg Scicluna nħatar mill-ġdid Ambaxxatur għall-Olanda fil-bidu ta` din is-sena u l-użu tal-VIP lounge ngħatatlu minħabba f`xogħol tal-Gvern konness man-nomina tiegħu. Rigward is-Sur Charles Vella nixtieq ngħid li l-faċilitajiet ingħatawlu meta kien għadu fil-kariga ta` Ambaxxatur ta` Malta fiċ-Ċina. Fil-każ ta` Dr Joe Licari, dan kien imsejjaħ jiġi Malta uffiċjalment dwar l-ħatra tiegħu ta` Ambaxxatur (Rappreżentant Permanenti) ta` Malta fil-Kunsill ta` l-Ewropa. Il-Ministeru jagħti l-faċilitajiet imsemmija skond iċ-ċirkolari numru 2/97 tas-7 ta` Jannar 1997 li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ ta` l-Ambaxxaturi Maltin, dawn jiġu fuq xogħol uffiċċjali bil-permess tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin. Qed nagħti lista ta` l-Ambaxxaturi Maltin li għamlu użu minn dawn il-faċilitajiet bejn l-1 ta` Mejju u t-30 ta` Settembru, 1999 kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Dati tal-Wasla (Arrivals) Ambaxxatur Data Dr Mario Costa 13/05/99 Mr Albert Vella 20/05/99 Dr George Bonello du Puis 21/05/99 Dr Jimmy Farrugia 23/05/99 Mr Victor Camilleri 26/05/99 Mr Victor Camilleri 01/06/99 Mr John Lowell 03/06/99 Prof David Attard 04/06/99 Mr Alfred Zarb 09/06/99 Mr Victor Camilleri 12/06/99 Mr John Lowell 25/06/99 Mr Victor Camilleri 30/06/99 Prof David Attard 01/07/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 04/07/99 Mr John Lowell 11/07/99 Mr George Doublesin 17/07/99 Mr Michael Bartolo 21/07/99 Dr Mario Costa 22/07/99 Mr Albert Vella 31/07/99 Dr George Bonello du Puis 31/07/99 Mr John Lowell 02/08/99 Mr John Lowell 27/08/99 Prof David Attard 29/08/99 Mr John Lowell 13/09/99 Dr Jimmy Farrugia 17/09/99 Mr Albert Vella 21/09/99 Mr John Lowell 27/09/99 Data tat-tluq (Departures) Ambaxxatur Data Prof David Attard 03/05/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 05/05/99 Prof Salvino Busuttil 06/05/99 Dr Joe Cassar 06/05/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 09/05/99 Mr Albert Vella 15/05/99 Dr Jimmy Farrugia 18/05/99 Dr Mario Costa 23/05/99 Dr George Bonello du Puis 24/05/99 Mr Victor Camilleri 27/05/99 Mr John Lowell 30/05/99 Prof David Attard 31/05/99 Mr Victor Camilleri 02/06/99 Mr Alfred Zarb 06/06/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 08/06/99 Mr Victor Camilleri 14/06/99 Mr John Lowell 20/06/99 Prof David Attard 27/06/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 27/06/99 Mr Victor Camilleri 01/07/99 Mr Richard Muscat 05/07/99 Mr John Lowell 06/07/99 Mr George Doublesin 09/07/99 Mr Michael Bartolo 10/07/99 Mr Walter Balzan 14/07/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 15/07/99 Prof David Attard 18/07/99 Mr John Lowell 21/07/99 Mr Gaetan Naudi 21/07/99 Mr Albert Vella 24/07/99 Dr George Bonello du Puis 01/08/99 Mr William Spiteri 01/08/99 Dr Mario Costa 01/08/99 Mr Michael Bartolo 04/08/99 Mr Saviour Borg 07/08/99 Mr John Lowell 07/08/99 Mr Richard Muscat 08/08/99 Mr George Doublesin 16/08/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 18/08/99 Mr Maurice Abela 22/08/99 Prof David Attard 26/08/99 Mr George Saliba 29/08/99 Dr Joe Licari 29/08/99 Mr Victor Camilleri 29/08/99 Prof Salvino Busuttil 05/09/99 Mr John Lowell 10/09/99 Mr Evarist Saliba 14/09/99 Dr Jimmy Farrugia 15/09/99 Dr Noel Buttigieg Scicluna 20/09/99 Mr John Lowell 23/09/99 Dr Jimmy Farrugia 27/09/99 Mr Alfred Zarb 28/09/99 Prof David Attard 30/09/99

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Tindif

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8196, jista' l-Ministru jgħid fil-perjodu msemmi kemm laħqet l-ispiża?

Response (BORG, JOE)

Għall-perijodu mill-5 ta` Settembru sal-21 ta` Ġunju 1999 l-ispiża kienet LM 1934.
Leg 9 PQ #9294 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Gvern Libjan — Protokoll Finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8260 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': b'riferenza għall-protokoll ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan iffirmat is-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid xi proposti saru mill-Gvern Malta lill-Gvern Libjan sabiex apparti mix-xogħlijiet ta' manutenzjoni u bini ta' trawlers tas-sajd, jinfetħu fabbriki f'Malta li jipproduċu aċċessorji eċċ meħtieġa għal dawn l-industriji hekk kbar f'Malta u l-Libja? Meta saru dawn il-proposti u f'liema stadju waslu?

Response (BORG, JOE)

Jirriżulta li `l-Protokoll ta` Koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih, ġie iffirmat f`Ġunju 1997 u mhux is-sena l-oħra. Dan il-protokoll m`għandux x`jaqsam ma` xogħolijiet ta` manutenzjoni u bini ta` trawlers tas-sajd. Fir-rigward ta` dawn ix-xogħolijiet qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Kuntratt li ġie iffirmat mal-Malta Drydocks f`Lulju 1998. Jekk dan huwa korrett, jiena infurmat li `l Malta Drydocks qed taħdem biex tara li `l provedimenti ta` dan il-kuntratt jitwettqu.
Leg 9 PQ #10480 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra moghtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsir/jew saru?

Response (BORG, JOE)

Ma jirriżultax li saru ħlasijiet tan-natura li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.

UE — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss eżatt fl-iscreening session tas-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels rigward l-armi tan-nar, eċċ?

Response (BORG, JOE)

Waqt is-sessjoni ta` screening tas-27 ta` Settembru fil-kuntest tal-kapitlu tal-Free Movement of Goods, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni spjegaw il-kontenut tad-Direttiva 477 tal-1991 dwar il-kontroll fuq l-akkwist u l-pusses ta` armi tan-nar. Minn naħa tagħha, id-delegazzjoni Maltija tkellmet dwar ir-regolamenti applikati f`Malta f`dan ir-rigward, speċjalment f`dak li għandu x`jaqsam ma` reġistrazzjoni u trasferiment ta` armi.
Leg 9 PQ #9266 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Delegazzjonijiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8256?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-rispost li ngħatat għall-mistoqsija numru 8004 għal dak li jirrigwarda safar mill-Ministri u Segretarji Parlamentari. Għal dak li jirrigwarda safar ieħor li jaqgħa taħt id-dikasteru tiegħi u tagħrif simili li jaqgħa taħt dekasteri ta` Ministri oħra, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tagħrif li ngħata fir-risposti relattivi fis-seduti numri 138, 139 u 140.
Leg 9 PQ #9213 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Biedja u sajd

Question

Peress li f'diversi artikli fil-ġurnali lokali ġie rrapportat li se jkun hemm diffikultajiet fin-negozjati ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dwar is-settur tal-biedja u sajd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'diffikultajiet fil-fatt jeżistu fin-negozjati u fejn se jintlaqtu ħażin il-bdiewa kemm-il darba ma jiġux rimedjati?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iscreening dwar l-agrikoltura mistenni jsir fis-sena 2000 filwaqt li dak tas-sajd mistenni jsir aktar tard din is-sena. In-negozjati imbagħad isiru wara l-iscreening. Il-Gvern qed iħejji ruħu tajjeb għal dawn in-negozjati u ma jarax diffikultajiet partikulari fl-innegozjar dwar is-setturi tal-biedja u s-sajd. Qed isir stħarriġ min naħa tal-Gvern dwar l-~acquis~ tal-biedja u s-sajd u kif dawn jolqtu s-sistemi preżenti li għandna f`Malta u Għawdex. Dan l-istħarriġ għandu jservi sabiex il-Gvern jkun jista jinnegozja l-aħjar pakkett possibbli għal benefiċċju tal-bdiewa u sajjieda Maltin ħalli b`hekk ikunu jistgħu igawdu bl-aħjar mod mill-benefiċċji kbar li iġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropeja għalihom.
Leg 9 PQ #10211 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Sħubija

Question

Wara li tħabbar uffiċjalment min-negozjatur ewlieni ċiprijott li l-proċess ta' armonizzazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jiswa lil Ċipru bejn 2 - 3% tal-GDP annwali għal erba' snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx kalkolu simili mill-Gvern Malti u jekk iva, x'inhu?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Malti bħalissa għadu għaddej bil-proċess tal-iscreening bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja sabiex jiġi stabbilit sa fejn huma konformi l-liġijiet ta` Malta ma` dawk tal-Unjoni Ewropeja. Għaldaqstant in-nefqa li tista` tkun involuta fil-proċess ta` armoniżżazzjoni tista biss tiġi kalkolata iżjed il-quddiem.
Leg 9 PQ #10219 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Mr Martin Bugelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol intbagħat jagħmel is-Sur Martin Bugelli mill-Gvern Malti ma' l-istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussels? B'liema kondizzjnijiet? Kif intgħażel? Minn min intgħażel?

Response (BORG, JOE)

Wara sejħa għal applikazzjonijiet biex impjegati fis-servizz ċivil ikunu kkunsidrati għal Stagaires mal-Kummissjoni Ewropeja fi Brussels, u wara li board ta` l-għażla magħmul minn rappreżentanza ta` lis-Staff Development Organisation, ta tal-Finanzi, għamel l-intervisti lill dawk kollha li applikaw, is-Sur Martin Bugelli intgħażel sabiex ikun fuq lista ta` titressaq lill-Kummissjoni Ewropeja sabiex il-Kummissjoni tagħżel minnhom ħalli jaħdmu għal tlett xhur fi Brussels. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropeja hija finali. S`issa is-Sur Martin Bugelli u ieħor ġew magħżula mill-Kummissjoni Ewropeja. Is-Sur Martin Bugelli intgħażel biex jaħdem mad-DG 10 (Information, Communications, Culture and Audio-visual) ta` l-Unjoni Ewropeja. Kull min jintgħażel bħala stagaire jibqa jitħallas il-paga kollha, jingħata mill-Gvern subsistence allowance ta` student għal matul il-perjodu li jdum mal-Kummissjoni Ewropeja u titħallas il-kera ta` fejn ikun joqgħod. Jiġi wkoll mogħti lura ċerti spejjeż li jinkorri bħat-taxxi. Stagaire jingħata ukoll biljett ta` l-ajru wieħed bir-ritorn minn Malta għal Brussels. Tajjeb jingħad ukoll li stagaire ikun marbut li jaħdem għal sena mal-Gvern wara li jispiċċa t-tlett xhur mal-Kummissjoni Ewropeja kif ukoll li jħallas għaxra fil-mija ta` l-ispejjeż li l-Gvern ikun għamel jekk jonqos li jonora l-obbligi tal-kuntratt li jkun daħal għalih mal-Gvern qabel ma jkun mar Brussels. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw anke fil-każ tas-Sur Martin Bugelli.
Leg 9 PQ #9045 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Strasbourg — Delegat Permamento għall-UNESCO

Question

Peress li d-delegat permanenti għall-UNESCO joqgħod normalment Strasbourg fejn huwa wkoll r-rappreżentant Permanenti Malti, jista' l-Ministru jgħid bid-dettal jekk barra mis-salajru, jitħallasx mill-gvern - spejjeż ta' trasport, taxis, ospitalita' eċċ?

Response (BORG, JOE)

Ir-Rappreżentant Permanenti ta` Malta għall-Kunsill ta` l-Ewropa fi Strasbourg, li mid-19 ta` Mejju 1999 huwa ukoll Delegat Permanenti għall-UNESCO, Pariġi jitħallas salarju wieħed għaż-żewġ funzjonijiet. Rigward spejjeż, l-ambaxxati kollha għandhom Cost Centre u jiġu lilhom allokati fondi biex jitħallsu spejjeż varji konnessi ma` l-operat ta` l-ambaxxata bħalma huwa trasport, taxis, ospitalita u spejjeż oħra assoċjati ma` d-day-to-day running ta` l-ambaxxata. F`dan il-każ partikulari, mid-19 ta` Mejju sal-21 ta` Lulju 1999, saru dawn l-ispejjjeż konnessi ma` xogħol ta Trasport LM 52.08 Taxis LM 75.03 Ospitalita LM 164.25

Ambaxxati Maltin — Riċevimenti/ikliet/safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti, ikliet u safar separatament mill-ambaxxati kollha Maltin, ambaxxata b'ambaxxata mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub dwar ikliet u riċevimenti għall-perjodu mill-5 ta` Settembru sal-31 ta` Diċembru 1998 u għall-perjodu mis-16 ta` Mejju sat-12 ta` Lulju 1999. Għar-rigward tal-perjodu mill-1 ta` Jannar sal-15 ta` Mejju 1999 nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 7098. Għar-rigward ta` safar, qed nagħti t-tagħrif mitlub fl-istess lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u li jkopri l-perjodu 22 ta` Ġunju sat-12 ta` Lulju 1999. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet numru 8004 u 8223 rigward safar mill-5 ta` Settembru 1998 sal-21 ta` Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #9041 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UNESCO — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema laqgħat fil-UNESCO s'issa attenda d-delegat permanenti Malti għall-UNESCO? Għaliex kien assenti fid-diversi laqgħat tal-Finance And Administration Committee meta għandu d-dover li jattendi?

Response (BORG, JOE)

B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9041 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: Min-nomina tiegħu bħala Delegat Permanenti għall-UNESCO s`issa, l-Ambaxxatur Joseph Licari attenda għal-laqgħat ta` l-Executive Board u tal-World Heritage Committee. Mhuwiex possibli - u qatt ma kien possibli - għad-Delegati ta` Malta u ta` pajjiżi tad-daqs tagħha li jattendu għal-laqgħat, kumitati, kummissjonijiet, working groups eċċ. kollha ta` l-organiżżazzjonijiet u konferenzi internazzjonali li għalihom ikunu akkreditati, speċjalment meta uħud minn dawn jiltaqgħu fl-istess ħin. Il-pratika hi - u dejjem kienet - li ambaxxaturi u kapijiet ta` delegazzjonijiet jużaw il-ġudizzju tagħhom biex jattendu għal-laqgħat li jistgħu, fejn hemm bżonn b`konsultazzjoni mal-Ministeru.
Leg 9 PQ #9042 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UNESCO — Files

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qam lill-gvern fi trasport u spejjeż oħra li saru, sabiex il-files ta' l-UNESCO li s'issa dejjem kienu fl-ambaxxata ta' Parigi ntbagħtu Strasbourg?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-files tal-UNESCO li kienu fl-Ambaxxata Maltija f`Pariġi ġew trasferiti lil Ambaxxatur J. Licari. Peress li ntuża t-trasport ta` l-Ambaxxata ma kien hemm l-ebda spejjeż involuti.
Leg 9 PQ #9044 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Strasbourg — Rappreżentant Permanenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, allowances f'kera eċċ, lill-rappreżentant Permanenti tal-Gvern fi Strasbourg?

Response (BORG, JOE)

L-ambaxxaturi u uffiċjali oħra stazzjonati fl-ambaxxati Maltin inkluż ir-Rappreżentant Permanenti ta` Malta fi Strasbourg jitħallsu global emoluments kif stabbilit mill-Ministeru a bażi ta` Sezzjoni 3.2 tal-Conditions of Service for Officers Serving Overseas. Barra minn hekk l-ambaxxaturi jitħallsu wkoll representational allowance ta` LM1000 fis-sena skond paragrafu 3.3.1 ta` l-istess Conditions. Rigward il-kera tar-residenza uffiċjali tar-Rappreżentant Permanenti ta` Malta fi Strasbourg, din hija FF14000 fix-xahar.

EU — Movement of goods

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-liġijiet li għadhom m'humiex kompatibbli ma' dawk ta'l-Unjoni Ewropea, li għandhom x'jaqsmu mal-movement of goods u li ġew identifikati fl-iscreening session li saret fi Brussels fis-27 ta' Settembru, 1999?

Response (BORG, JOE)

Dwar il-prinċipji ġenerali tal-`free movement of goods`, ċerti provvedimenti taħt dawn l-Atti m`humiex kompletament konformi mal-legislazzjoni Ewropea: L-Att dwar il-Protezzjoni ta` l-Antikitajiet (Kap 54) L-Ordinanza dwar l-Armi (Kap 66) L-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi (Kap117) L-Att dwar Dazji ta` l-Importazzoni (Kap 337) L-Att dwar il-Promozzjoni ta` Prodotti Lokali (Kap 376) Ir-Regolamenti tal-1948 dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni Ir-Regolamenti tal-1969 dwar il-Kontroll tal-Importazzjoni Ir-Regolamenti tal-1972 dwar il-Kontrol tal-Bejgħ ta`l-Oġġetti F`dak li għandu x`jaqsam ma `public procurement`, l-`acquis` ta` l-Unjoni jesiġi li l-proċess li permezz tiegħu jinagħataw il-kuntratti jkunu trasparenti u mhux diskriminatorju. Dawn huma l-prinċipji li jitħaddmu lokalment. Għalhekk, aktar milli tibdil fil-leġislazzjoni, li fadal huwa li xi proċeduri li japplikaw fl-Unjoni, fir-rigward tal-kuntratti li jaqbżu l-limiti stabbiliti u li m`humiex diġa applikati f`Malta jiġu adottati lokalment.
Leg 9 PQ #10017 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Brussels — Żjarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'nefaq il-gvern s'issa fi vjaġġi, lukandi u subsistence allowances marbutin ma' żjarat fi Brussels ta' l-iscreeing process? Kemm telgħu nies għal kull laqgħa?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f`seduta oħra.