Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP Bulebel?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposa tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz ta' l-ilma tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jinqata' spiss bil-lejl u ma jerġax jiġi qabel filgħodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema kienet fil-kontroll tal-pompa li tissupplixxi l-ilma fil-lokalita' rilevanti. Din il-problema issa ssolviet u l-pompa issa qiegħda taħdem tajjeb.
B'hekk is-servizz tal-ilma f'din il-lokalita' issa rritorna għan-normal.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-fuel f'Għawdex matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
In vista tal-fatt li t-triq bejn il-freeport u Ħal Far qiegħda tingħata wiċċ ġdid, u cioe' issir mill-ġdid, jista' il-Ministru jara li d-drenaġġ jiġi estiż sabiex jilħaq Triq Carmel f'Benghajsa, sabiex fil-futur din it-triq ġdida ma jkollix għalfejn tinqala' bi ħsara għall-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li għadhom joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'inhu l-prodott li jimmanifatturaw? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema, maqsuma bejn nisa u rġiel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li xi xhur ilu l-PBS kienet ikkuntattjata minn persuna fl-MFA dwar il-possibbilta' ta' kuntatt dwar il-logħob tat-tazza tad-dinja? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-reazzjoni dak iż-żmien tal-PBS?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond ir-rekords tal-Kumpanija m'hemm xejn x'jindika li sar xi kuntatt bejn il-PBS u persuna mill-MFA dwar il-logħob tat-tazza tad-dinja.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17149 fejn intqal li l-persuna indikata fil-mistoqsija tiegħi li hija impjegata bħala web page manager mal-Ministru mhux il-persuna responsabbli minn dak kollu li jidher fuq il-website tal-ministeru, u f'mistoqsija parlamentari 16509 il-Ministru qal li hemm impjegat tal-ministeru li huwa responsabbli minn dak kollu li jidher fuq il-website, jista' il-Ministru jgħid min hu dan l-impjegat u taħt ir-responsabbilta' ta' min jaqa', jekk hux taħtu bħala ministru jew taħt is-segretarju permanenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex qabel ma jagħmel dan it-tip ta' mistoqsijiet jipprova jifhem kif taħdem website professjonali. Website ta' dan it-tip tinvolvi diversi rwoli , fl-iżvilupp u l-operat tagħha. Ir-responsabbilta' tal-kontenut tal-website hija tal-Gvern u ta' l-ebda impjegat individwali. Fl-istrutturi preżenti r-responsabbilta' finali tal-kontenut hija tas-Segretarju Permanenti u tal-Kap tas-Segretarjat tiegħi.
Aktar minnhekk, il-kontenut li jidher fuq il-website tal-Ministeru jiġi minn diversi sorsi u x-xogħol tal-Web Master (mhux web page manager kif qiegħed isejjaħlu l-Onorevoli Interpellant) huwa li jikkordina l-ġbir ta' din l-informazzjoni u jpoġġiha fis-sezzjonijiet rispettivi .
Il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija ġew imwieġba f'mistoqsija parlamentari 17149.
Jista' il-Ministru jgħid liema ditta jew ditti ta' avukati Maltin ġew imqabbda mill-MITI in konnessjoni mal-proġett ta' Smart City@Malta? Kif intgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Għax-xogħol marbut mal-qafas legali tal-proġett SmartCity@Malta l-Gvern qabbad direttament lill-Profs. Ian Refalo .
Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hu driver mal-Water Services Corporation għall-extension of service?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija rtirat biż-żmien fis-6 ta' Marzu 2005. Hi 'policy' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ma tagħtix estensjonijiet ta' l-impjieg wara l-eta' ta' l-irtirar.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17156 u 17573 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li nefqa globali kienet ta' Lm126,531,645.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fid-dawl tas-surcharges fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma li ġew introdotti dan l-aħħar u minħabba dawn il-piżijiet ġodda, għamilx arranġamenti ma' l-industrija u ma min iħaddem (jew mar-rappreżentanti tagħhom), jiġifieri mat-tarznari, fabbriki, lukandi u ristoranti kif ukoll ma SME's oħrajn biex dawn ikunu jistgħu "jistaggerjaw" il-pagamenti tagħhom jew inkella xi arranġamenti simili mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk le, jista' jgħidilna jekk hijiex l-intenzjoni li jgħin dawn is-setturi b'dan il-mod?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu sabiex kull meta jsir il-blasting fl-ex shipbuilding dan ma jkunx ta' inkonvenjent għar-residenti u ħaddiema konsegwenza tat-trabb u materjal li joħnoq l-area?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' blasting ġewwa s-sit tal-Marsa tal-Malta Shipyards ġie mnaqqas sal-livell minimu u li jissodisfa l-bżonnijiet tal-klijenti.
Ix-xogħol ta' blasting isir ġewwa postijiet magħluqa jew inkella fil-baċir stess sabiex b'hekk jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt lokali.
Ix-Shipyards naqqsu l-impatt billi fejn ikun possibbli jevitaw li jsir xogħol ta' blasting f' "open areas".
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17732 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar?
Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali?
Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17760 u jgħid jekk sarx xi progress fl-Enemalta dwar is-supply ta' l-arbli tat-toroq sabiex ikunu stallati linji ġodda minħabba li din il-korporazzjoni ma kelliex aktar arbli biex tkun tista' taħdem?
Jista' jgħid meta applikanti għal servizzi ġodda tad-dawl li jeħtieġu xi istallazzjoni ta' arbli, sej kunu moqdija wara li ilhom jistennew diversi xhur u wara li diġa' ħallsu l-applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet tender għall-ammont żgħir ta' arbli peress li t-tender il-kbira qiegħdha quddiem il-Bord ta' Appelli tal-Kuntratti wara li kien hemm oġġezzjoni.
L-arbli mistennija jaslu fi żmien xahrejn u x-xogħol ta' installazzjoni mistenni jirritorna għan-normal.
Jista' il-Ministru jassigura li s-supply tad-dawl u l-wires li hemm ta' l-Enemalta fi Triq L. Casolani f'Birkirkara man-naħa fejn hemm il-bibien residenzjali b'even numbers huma tajbin biżżejjed sabiex is-supply tad-djar li hemm imqabbdin mas-sistema ma jkollhomx interruzzjonijiet fis-servizz tad-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li hemm bżonn ta' xi xogħolijiet biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku f'din il-lokalita'.
Jistgħu jittieħdu passi biex jiġu mibdula l-arbli tad-dawl imsadda u perikolużi fit-toroq ta' l-irziezet fl-inħawi tas-Salini, partikolarment fi Triq il-Katakombi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni għandu jsir fi żmien qasir
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta żżommx records kuljum fuq kemm ikunu l-prezzijiet (Platts prices) tal-prodotti taż-żejt li tixtri, partikolarment tal-fuel oil u gas oil għall-power stations tal-Marsa u ta' Delimara?