Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew mill-eżami ta' skrivani maċ-Ċivil fl-aħħar sejħa? Kemm daħlu sa issa u sa liema pass wasalna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li mill-eżami għall-iskrivani li sar fis-sena 2000, għaddew mija u sebgħa u sebgħin (177) kandidat.
Mija u għoxrin (120) issejħu biex jibdew l-impjieg bħala Skrivan mas-Servizz Pubbliku. Mija u għaxra (110) minn dawn bdew jaħdmu, tnejn (2) talbu postponiment u t-tmienja (8) l-oħra m’aċċettawx l-impjieg.
Armata ta' Malta — Attakk Terroristiku ta' Natura Bioloġika/Kimiku
Question
Jista' l-Prim Ministru jelabora u jispjega x'inhuma l-kapaċitajiet ta' l-armata tagħna kontra xi attakk terroristiku ta' natura bioloġika u/jew kimika?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jidhirliex li l-informazzjoni mitluba għandha tkun pubblikata.
Armata ta' Malta — Attakk Bioloġiku jew Kimiku - Gas Masks
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha gas masks l-armata li jistgħu jintlibsu minn suldati Maltin fl-eventwalita' ta' xi attakk bioloġiku jew kimiku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jidhirliex li l-informazzjoni mitluba għandha tkun pubblikata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba
.
Jista' l-Ministru jgħid x'sehem kellha l-kummissjoni għas-servizz pubbliku fir-reklutaġġ ta' l-erba persuni li fl-aħħr tliet snin ingħataw impjieg full-time mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond l-istatut li waqqaf il-Fondazzjoni dwar ix-Xjenza u Teknoloġija fl-1995, din il-Fondazzjoni hija “self-governing body”.
Skond l-Artiklu 3 ta’ l-istess Statut, din il-Fondazzjoni Pubblika titmexxa mill-Kunsill ta’ l-istess Fondazzjoni.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għandhiex sehem fir-reklutaġġ li jseħħ fuq inizjattiva tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min ta l-ordni biex il-vapuri militari Ingliżi kif wkoll Amerikani salpaw 'il barra minn xtutna hekk kif sar dak id-diżastru fl-Amerika?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni ttieħdet mill-awtoritajiet navali konċernati
Jista' l-Ministru jgħid x' sehem kellha s' issa l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fil-ħatra u reklutaġġ ta' l-impjegati li hemm diġa' jaħdmu mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond Sezzjoni 2(1) ta’ l-istatut li bih twaqqfet il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, din il-Fondazzjoni hija korp ġuridiku li jkollu personalità ġuridika distinta u għandha l-kapaċità, fost affarijiet oħra, li tagħmel kull kuntratt u li timpjega ħaddiema.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għandhiex sehem fir-reklutaġġ u l-ħatriet li tagħmel din il-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jindika meta sejrin jitħallsu l-Assistent Commissioners li kienu xogħol waqt l-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Marzu li għadda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 28243.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa li saret għar-reklutaġġ ta' messaġġiera da l-aħħar, kienet miftuħa biss għal persuni diġa impjegati fis-Settur Pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li s-sejħa li saret dan l-aħħar għar-reklutaġġ ta’ messaġġiera fil-Qrati tal-Ġustizzja kienet miftuħa biss għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku.
Jista' Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministru u dipartiment/agenziji li jaqgħu taħt minn Jannar 2001 sa issa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-20 ta’ Settembru ta’ din is-sena ġew impjegati 727 ħaddiem ġdid fis-Servizz Pubbliku, li minnhom, 16 ġew impjegati f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Fl-istess perjodu spiċċaw mill-impjieg 697.
Matul l-istess perjodu ġew impjegati wkoll 33 ħaddiem ġdid fl-aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u spiċċaw 30.
Aktar informazzjoni tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kabinett iddiskutiex il-każ tal-allegazzjonijiet dwar il-Kummissarju tal-Pulizija li dwarhom għaddejja inkjesta maġisterjali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, u kif hemm ukoll fil-Kodiċi ta’ Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari, il-privatezza tad-diskussjoni fil-Kabinett hija indispensabbli.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-avukat ġenerali f' xi perjodu matul din is-sena infurmah li għaddejja investigazzjoni fil-konfront tal-Kummissarju minn Maġistrat?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għad-dewmien ta' ħlas lill-kummissjonarji li ħadmu fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta' Marzu 2001?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li minbarra li, l-Uffiċċju Elettorali kellu jingħata aktar fondi biex jitħallsu kollha f’daqqa l-“Assistant Electoral Commissioners”, “Supervisors” u dawk kollha li ħadmu fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, żviluppaw problemi fis-sistema kompjuterizzata ġdida li permezz tagħha jinħadmu l-pagamenti. Ninsab infurmat li l-pagamenti ser isiru fi ftit ġranet oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 28097?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi n-numru u grad ta’ dawk li ġew impjegati fis-Servizz Pubbliku u d-Dipartimenti li fihom bdew jaħdmu, mill-1999 sal-20 ta’ Settembru 2001, jidhru fuq it-Tabelli A sa C li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
F’dan il-perjodu n-numru totali ta’ ħaddiema li ġew impjegati, li jinkludi l- "ex-AWTS" u "l-ex-Impressed Drivers", kien 2986. Fl-istess żmien spiċċaw mill-impjieg 2876.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi il-market correctivity allowance li tħallset f'kull każ lid-Direttur tat-Tax ComplianceUnit, lid-Direttur u lill-Manager ta' Kordin u lic-Chief Information Management Officer (CIMO)
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-“market correctivity allowance” titħallas kif ser insemmi:-
Chief Information Management Officer LM3000 p.a.
Direttur, Faċilita Korrettiva, Kordin LM3000 p.a.
Direttur, Tax Compliance Unit LM2000 p.a
Manager, Faċilita Korrettiva, Kordin LM2000 p.a
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll in-numru ta’ nisa’ u rġiel li jiffurmaw dawn l-entitajiet.
Rigward bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt Ministeri oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi il-mistoqsija tagħha lill-Ministri reponsabbli.