Jista' l-Ministru jagħti lista ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, u assistenti diretturi mas-servizz pubbliku maqsumin skond is-sess u skond id-dipartimenti li għandhom taħthom jew li qegħdin fihom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija numru 28318, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom, maqsuma f'dawk li għandha anqas minn 29 sena, dawk li għandhom bejn it-30 u l-45 sena u dawk li għandhom il fuq minn 46 sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma lista li turi l-etajiet tal-membri, nisa u rġiel, tal-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu skrivani mal-Gvern wara l-aħħar sejħa? Kemm għadhom ma' daħlux minn dawk li għaddew? Meta hemm il-ħsieb li dawn jidħlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 29771 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ħidma uffiċjali barra minn Malta li saret mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2001 mill-uffiċju tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
M’għandix x’inżid mar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 29350.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti privati mqabbda sabiex jieħdu ħsieb ix-xogħolijiet li jsiru f'Kastilja?
Kemm tħallsu dawn il-periti mill-1990 sal-lum u għal liema xogħol tħallsu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-periti mqabbda sabiex jieħdu ħsieb x-xogħolijiet fil-Berġa ta’ Kastilja huma l-periti konsulenti “Architecture project”.
“Architecture Project” intagħżlu bħala esperti ewlenin fuq xogħol ta’ ristorazzjoni wara konsultazzjoni mal-“Valletta Rehabilitation Committee” f’1996. Ta’ dan ix-xogħol, li jinkludi preparazzjoni ta’ “sketches”, stima tax-xogħol, sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet lill-awtoritajiet konċernati, preparazzjoni ta’ “working drawings”, speċifikazzjonijiet u “bills of quantities”, tħejjija ta’ rapporti fuq l-offerti, twettiq ta’ superviżjoni waqt ix-xogħolijiet, tħejjija ta’ ċertifikati tax-xogħol u revijonijiet oħra “Architecture Project” jitħallsu bir-rati ekwivalenti għal dawk kurrenti tal-Gvern għal xogħol u responsabiltajiet simili.
Ix-xogħolijiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta’ “Architecure Project” huma:
(i) Xogħol ta’ Restawr
· Restawr fil-pjan terran.
· Restawr tal-fetħiet kollha li jagħtu għall-kantina u nstallazzjoni ta’ twieqi ġodda f’dawn l-aperturi.
· Restawr tal-bibien ta’ barra tal-pjan terran.
· Tħammil, tindif u restawr fil-kantina.
Dan ix-xogħol sar biex tkun restawrata l-istruttura oriġinali tal-bini.
(ii) Xogħol ta’ “Refurbishment”
· “Refurbishment” tal-pjan terran.
· “Refurbishment” u manutenzjoni ta’ uffiċini oħra fl-ewwel u tieni sular skond il-bżonn.
· “Refurbishment” tat-“toilets” prinċipali li jinsabu f’kull sular.
Dan ix-xogħol sar biex l-ispazji jiġu utilizzati b’mod aktar effiċjenti.
(iii) Installazzjoni ta’ “Lifts”
· Installazzjoni ta’ “Lifts”, tnejn fuq in-naħa tat-Triq San Pawl, u tnejn fuq in-naħa tat-Triq Merkanti.
Dawn il-“lifts” saru biex l-uffiċini fis-sulari ta’ fuq ikunu iżjed aċċessibli speċifikament għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u wkoll l-anzjani.
Għas-servizzi fuq imsemmija il-ħlas tal-periti kienu:
Sena
Ammont
1996
LM23,506.31
1997
LM20,572.04
1998
LM28,250.60
1999
LM15,587.50
2000
LM21,710.13
2001
LM15,883.08
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall-sanctioning ta' xogħolijiet li twettqu diġa' fil-Berġa ta' Kastilja lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dawn l-aħħar tnax il-xahar?
Għal liema xogħolijiet jirreferu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infżrmat li sarż sitt applikazzjonijiet għall-“sanctioning” ta’ xogħolijiet fil-Berġa ta’ Kastilja lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar f’dawn l-aħħar tnax-il xahar.
Dawn l-applikazzjonijiet kienż maqsżma kif ġej:
1. PA 4427/01 “To sanction re-paving of Internal and External corridors. To
replace existing citrżs trees with Lażrel trees.”
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fit-tneħħija tal-“cables” kollha mill-kżritżri ta’ madwar il-bitħa ċentrali tal-Berġa,
· Fl-introdżzzjoni ta’ sistema ġdida li tiġbor fiha s-servizzi kollha telekomżnikazzjoni, elettrikż,
riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ l-ilma ż dranaġġ,
· Fit-tqegħid ta’ pavimentar ġdid għall-kżritżri ta’ madwar il-bitħa prinċipali, ż
· Fit-tibdil tas-siġar taċ-ċitrż fil-bitħa prinċipali ma “Lażrel trees”.
Dan ix-xogħol beda f’Novembrż ta’ 1997 ż għadż ma ġiex konklżż kollż.
2. PA 4428/01 “To sanction the Installation of Lifts (Phase II).
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fl-introdżzzjoni ta’ aċċess aktar faċli għal kżll sżlar fil-Berġa, kemm għal ħaddiema kif żkoll
għall-viżitatżri,
· Fit-tibdil fl-aċċessibilità tal-Berġa għall-persżni bi bżonnjiet speċjali,
· Fl-introdżzzjoni ta’ “service shafts” sabiex fihom ikżnż jistgħż jiġż organizzati is-servizzi.
Dan ix-xogħol inbeda f’Novembrż ta’ 1997 ż ġie konklżż fl-1999.
3. PA 4549/01 “To sanction minor amendments to permit No. 6337/94:
Installation of lifts (Phase I)
Ix-Xogħol kien jikkonsisti:
· Fil-bidla tal-materjal tal-faċċata tal-lifts minn ġebla franka għall-“anti-vandal stainless steel”.
Dan ix-xogħol inbeda fl-1996 ż tlesta fl-1998.
4. PA 4550/01 “To sanction Refżrbishment works at Grożnd Floor Level”.
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· F’rilokazzjoni tas-servizzi sabiex jinħoloq aktar spazjż għall-żffiċini,
· F’introdżzzjoni ta’ “Service entrance” ż proviżjoni ta’ spazji ta’ “storage” ż għan-nies li jwettqż xogħol ta’
manżtenzzjoni,
· Fl-introdżzzjoni ta’ spazji għall-“reception, cżstomer care” ż “waiting room”.
Dawn ix-xogħolijiet hżma estensjoni fżq permessi simili li kienż diġa approvati, (PA 04383/94, ż PA 0326995). Dan ix-xogħol inbeda fl-1996 ż ġie konklżż fis-sena 2001.
5. PA 4551/01 “To sanction Additional works at Basement Level”.
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fl-introdżzzjoni ta’ spazji għall-makkinarjż,
· Fl-introdżzzjoni ta’ passaġġi għan-nies ta’ manżtenzzjoni,
· Filli jiġi provdżt spazjż għas-servizzi ż b’hekk jiġż eliminati l-kwantità kbira ta’ “cables”mill-pjan terran, ż
· F’proviżjoni ta’ ventilazzjoni natżrali fis-sotterran.
Dawn ix-xogħolijiet hżma estensjoni fżq permessi simili li kienż diġà approvati, (PA 03269/95). Dan ix-xogħol inbeda fl-1996 ż tlesta fl-1998.
6. PA 5895/01 “To sanction general maintenance works to grożnd floor walls to
cożrtyard”.
L-oġġettivi wara dan ix-xogħol jikkonsistż:
· Fit-tneħħija ta’ tikħil, kisi li kien sar fil-passat bis-siment, ż tindif ieħor ġenerali tal-kżritżri ta’ madwar
il-bitħa ċentrali tal-Berġa,
· Fit-tneħħija ta’ msiemer, biċċiet tal-ħadid, “cables”, etc, li kienż msammra jew imdaħħla fil-ħitan fil-passat ż li qegħdin jagħmlż ħafna ħsara lill-ġebla,
· Fit-tiswija ta’ ġebla fejn hemm bżonn, ż
· Fil-“consolidation” tal-ħitan ż tikħil tal-fili.
Dan ix-xogħol inbeda fl-1998 ż għadż ma ġiex konklżż
Ninsab infurmat illi bejn il-1991 u Jannar 2000 kienu japplikaw ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977 li kienu jipprovdu li l-Kap tad-Dipartiment seta’ jara hu, l-każijiet inqas gravi, u fost il-pieni li seta’ jagħti kien hemm iż-żamm jew sospensjoni ta’ “increment” wieħed. Fit-Tabella A annessa ma’ din it-tweġiba hemm id-dettalji mitluba.
Ta’ min jiċċara wkoll li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kellha d-diskrezzjoni li tiddeċiedi hi x’piena tagħti fil-każijiet l-oħra gravi jew li jinvolvu proċeduri kriminali. Fit-Tabelli B u Ċ annessi ma’ din it-tweġiba hemm id-dettalji ta’ dawn il-każijiet fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ddeċidiet li tagħti piena ta’ tiżmim ta’ “increment”.
Mill-ewwel ta’ Frar 2000 daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda tad-dixxiplina li ma jipprovdux li jista’ jinżamm “increment” bħala miżura dixxiplinarja. Il-Kap ta’ Dipartiment xorta baqagħlu d-dritt li jżomm “increment” f’każijiet fejn is-servizz mhuwiex sodifaċenti.
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta’ Settembru 2001, ġew impjegati mitejn u tmienja (208) għalliema ġodda mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, u mas-Sezzjoni ta’ l-Edukazzjoni fil-Ministeru għal Għawdex.
Dawn il-figuri ġew miżjuda ma’ dawk tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku matul Settembru u Ottubru 2001.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament ma ġiex mogħti lura x-xogħol tiegħu, wara li f'Awissu 2000 ġie ċċertifikat li jista' jagħmel ix-xogħol normali tiegħu fil-Forzi Armata u b'hekk ma jibqax fuq light duties?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-individwu msemmi fid-domanda huwa mpjegat bħala “General Hand Group I”.
Huwa kien tilef l-opportunita` li jiġi assimilat minn “Group” ‘A’għal “General Hand Group II” fl-1994 minħabba raġunijiet mediċi.
Peress li din kienet opportunita` ta’ darba huwa ma jistgħax jiġi assimilat issa bħala “General Hand Group II”.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal-kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is-servizz kollu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi l-persuna msemmija diġa` bdiet titħallas pensjoni taħt l-Att tas-Sigurta` Soċjali.
Dettalji dwar il-pożizzjoni finali jkunu jistgħu jingħataw ’il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li terġa ssir sejħa għal applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta' gunners fl-AFM?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li l-proċess tal-għażla għal numru ta’ rekluti ġodda issa wasal biex jintemm u r-rekluti huma mistennija jingaġġaw fil-Forzi Armati fi żmien qasir. Ma ġiet iffissata l-ebda data għal sejħa oħra.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari nru. 29867 jinforma l-kamra x'kriterji ġew użati għal ħatra ta' Direttur (Qrati u Tribunali ta' Għawdex) fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern lokali u jistax jiġi kkonfermat li l-persuna li ġiet magħżula hija bl-esperjenza ta' ħidma kif mitlub fl-istess?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-kriterji użati fl-għażla ta’ Diretturi huma dawk stabbiliti mis-“Senior Appointments Advisory Committee”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tar-Revenue Security Corps li jkun għassa mal-banek humiex koperti b'polza ta' sigurta' f'każ li jkunu nvoluti f'xi diżgrazzja simili tal-kuntistabbli Debattista l-ġimgħa l-oħra? Jekk le, x'ikun il-kumpens li tieħu l-familja tiegħu?
Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tan-numru tal-impjegati kollha fis-settur pubbliku dipartiment dipartiment u jinkludi l-entitajiet kollha li fihom il-Gvern għandu sehem?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29524 f’Seduta 639 ta’ Nhar it-13 ta’ Novembru 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kif jinħadem il-leave pro-rata ta' impjegati li jkunu reduced hours kemm f'każijiet fejn jaħdmu fuq ġimgħa ta' 5 ijiem u kemm f'każi fejn jidħlu inqas?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-“leave” ta’ impjegati li jaħdmu bir-“reduced hours” (sigħat imnaqqsa) jinħadem fuq l-istess bażi ta’ dawk li jaħdmu “part-time/casual”. Il-metodu huwa spjegat fiċ-ċirkolari MPO 50/96 li tagħha qed inqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma tagħmilx differenza jekk dawn l-impjegati jaħdmux ħamest ijiem jew inqas fil-ġimgħa. Il-kalkoli huma bbażati fuq jekk jaħdmux is-sigħat kollha, tlett kwarti, jew nofs, is-sigħat ta’ impjegati “full-time”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-aċċess għall-website http://eswtc.com mis-server tal-MITTS mhux qed ikun permess meta din il-website hija sempliċiment site sportiva u bl-ebda mod ma' tmur kontra il-liġi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-“website” http://eswtc.com ma teżistix. Madankollu nassumi li l-Onorevoli Nterpellant qed jirreferi għall-website http://www.eswfc.com li hija l-“website” ta’ klabb tal-futbol lokali. Effettivament, l-aċċess għal din il-“website” kien qed jiġi restritt b’mod awtomatiku mis-“server” tal-MITTS minħabba li din kienet ikklassifikata bħala “Adult/Sexually Explicit” “website” mis-“surf control” internazzjonali.
Fejn ċirkustanzi simili jiġu rraportati lis-Service Call Centre tal-MITTS, dawn ir-rapporti jiġu analizzati, u konsegwetament l-aċċess jiġi miftuħ wara li ssir sottomissjoni lis-“surf control centre” biex il-“website” tiġi riklassifikata.
Jista' l-Ministru jinvestiga każ ta' membru tal-Forzi Armati, li ismu qed jingħata b'mod separat, fejn skond inkjesta li saret apposta madwar sentejn ilu kienu instab li kien involut direttament f'taħwid fil-pompa tal-fuel tal-Forzi Armati u li minkejja dan, xorta waħda riċentament ħa promozzjoni qisu qatt ma kien ġara xejn?
Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan l-istess individwu għadu qiegħed jitħallas tat-trade bħala storeman minkejja li ilu li waqaf minn dan ix-xogħol aktar minn sentejn?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex, filwaqt li dan l-individwu qiegħed jitħallas ta' storeman mingħajr ma jagħmel dan ix-xogħol hemm individwi oħrajn li qegħdin jaħdmu ta' storeman iżda ma jitħalsux ta' hekk?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.