Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqgħatitilhom il-karta roża matul l-2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Karta Roża tingħata biss wara li wieħed japplika għaliha u jissodisfa test tal-meżżi. Din il-Karta Roża tingħata għal żmien stipulat. Biex tiġġedded irid ikun hemm talba oħra mill-ġdid.
Minħabba dan, Karta Roża li tingħata, sakemm ma jiġix pruvat li ngħatat fuq dikjarazzjoni falza, ma tinqatgħax u tibqa' valida għaż-żmien stipulat li għalih tkun inħarġet.
Ġejt infurmat li minn Jannar sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena saru 3,631 talba għal Karta Roża li minnhom 102 biss ġew rifjutati minħabba li ma ssodisfawx it-Test tal-Meżżi.
PQ Text:
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-
handyman
u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' għandu 9 applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-handyman.
Tlieta huma mill-Ħamrun u l-oħrajn huma minn Attard, Mosta, Sliema, Valletta, Xemxija u Zabbar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal home help u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' għandu 101 applikazzjoni pendenti għas-servizz tal-Home Help.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-lokalitajiet minn fejn ġejjin dawn l-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid in vista tad-domanda 33565 u b'referenza għar-rapport presentat mill-ombudsman fis-seduta tal-14 ta' Jannar 2002 jinforma lill-kamra jekk ttieħdux xi passi amministrattivi fuq il-każijiet hemm imsemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid in vista tad-domanda 33566 jinforma lill-Kamra f'liema appartamenti ġewwa Bormla hemm talba għall-installazzjoni tal-lifts u jistax jiġi indikat f'liema stadju kull talba waslet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjonijiet pendenti għall-installazzjoni ta' lifts f'Bormla huma f'dawn il-blokki:
1. 7A, San Ġwann t'Għuxa
2. Bini tal-Gvern, Triq il-Mitħna
3. 7, Hubbard Flats, Triq Alessandra
4. 7B, San Ġwann t'Għuxa
5. 12A, Triq il-Pellegrinaġġ
L-Awtorita' tad-Djar għamlet l-applikazzjonijiet neċessarji ma' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-ewwel żewġ appartamenti msemmija.
Minn spezzjoni preliminari li saret minn uffiċċjali ta' l-Awtorita' tad-Djar jidher li fit-tlett każijiet l-oħra ma jistax jiġi nstallat lift. Mistennija ssir spezzjoni mill-inġinier biex jiġi konfermat jew le jekk dan hux il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid in vista tad-domanda 33566 jinforma l-Kamra f'liema appartamenti ġewwa l-bliet u rħula indikati ġew mgħarfa r-residenti li jistgħu jagħmlu applikazzjoni għal dan il-għan ta' istallar ta' lift u jekk ma sarietx jistgħax jiġi suġġerit li jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar qatt ma għarrfet individwalment lill-inkwilini f'appartamenti tal-Gvern li jistgħu japplikaw għal installazzjoni ta' lift. L-iskema relattiva ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Ġunju 1999 u kienet miftuħa għall inkwilini fi blokki tal-Gvern fil-Kottonera, il-Belt u l-Floriana. Din l-iskema damet miftuħa sat-30 ta' Diċembru 1999.
Iżda sallum l-Awtorita' għadha tilqa' applikazzjonijiet għal installar ta' lifts minn persuni b'diżabilita' ta' mobilta' mill-lokalitajiet kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien m'hiniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-Mistoqsija Nru. 31808 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar.
Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni l' għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single parents fuq ir-relief illum u x'eta għandhom?
Minn liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 33360 f'Seduta Numru 740.
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, 2000 u 2001 sar xi xogħol mill-kumpaniji KPMG u Misco għall-oqsma li jaqgħu taħtek? X'kien dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li matul il-perijodu li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, il-kumpanija KPMG għamlet dan ix-xogħol għall-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi:
Parir in konnessjoni ma' proposta dwar l-involviment tas-settur private fit-tmexxija tad-djar għall-anzjani.
Konsulenza dwar is-sistemi ta' l-informatika u titjib fis-sezzjoni relattiva fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Il-kumpanija MISCO għamlet dan ix-xogħol:
Rapport dwar l-istruttura organiżżattiva għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi.
Riċerka in konnessjoni ma' studju dwar
'Social welfare structures for women in
the Maltese Islands with special regard to women in difficult circumstances'.
Numru ta' mpjegati attendew għal diversi korsijiet organiżżati minn din il-kumpanija.
Il-kumpaniji KPMG u MISCO, bi sħab ma' kumpanija oħra, għamlu studju dwar l-impatt tad-Direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja li jikkonċernaw ix-xogħol u s-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll assistew fil-preparazzjoni tad-dokumenti relatati mat-talbiet ta' Malta lill-Unjoni Ewropeja għal perijodi ta' tranżizzjoni dwar erba' direttivi li jaqgħu taħt iż-żewġ oqsma msemmija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nisa separati inqatalgħhom ir-relief fis-sena 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ġejt infurmat li kien hemm 101 persuni separati li, għal xi raġuni jew oħra, kellhom l-Għajnuna Soċjali tagħhom imwaqqfa mill-bidu ta' din is-sena 'l hawn. Dawn kienu maqsumin hekk:
Defacto Separati 18
Legalment Separati 82
Divorzjati 1
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu transfers fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern mill-ewwel tas-sena sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-ewwel tas-sena sallum inħarġu erba' transfers kif spjegat hawn taħt:
1 transferred mill-Home għall-Ministeru ta' Għawdex (fuq talba tal-persuna)
1 transferred minn San Vinċenz għall-Home (fuq talba tal-persuna)
1 transferred mill-Home għall-San Vinċenz (fuq talba tal-persuna)
1 transferred mill-Ministeru tas-Saħħa (bl-appointment)
PQ Text:
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33326, jista' jgħid jistax jikkonferma jekk hux minnu li fid-Dragonara Casino hemm ħaddiema li ilhom jaħdmu għall-sena sħiħa mal-kumpanija li issa nqalbu għall-kuntratti ta' ġimgħa, ġimgħa? Tikkonferma li qegħdin jiġu ngaġġati bosta barranin minflok ħaddiema Maltin fuq xogħol ta'
security
u
serveillance
?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg li fid-Dragonara Casino xi ħaddiema jingħatalhom kuntratt definit ta' sena marbut bi klawsola li jista' jiġġedded ġimgħa ġimgħa għal perjodu ta' mhux aktar minn xahar biex il-Kumpanija jkollha żmien tevalwa d-deċiżjoni tagħha fil-każ li trid iġġedded il-kuntratt tax-xogħol għal sena oħra.
Rigward l-ingaġġ ta' ħaddiema barranin minflok ħaddiema Maltin fuq ix-xogħol ta' Security u Surveillance, jirriżulta li hemm erba' ħaddiema barranin, 2 minnhom miżżewġin Maltin u għalhekk għandhom dritt jaħdmu Malta, u t-tnejn l-oħra qed jagħmlu xogħol ta' trainers fuq kuntratt definit.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta' nursing aides f'SVPR u li ħadu l-appointment fl-1993 u daħlu qabel l-1987 pero` mhux jitħallsu daqs nursing aides oħra iżda qed jitħallsu fi skala 14 flok skala 13? X'inhi r-raġuni wara din id-differenza? Meta jaħseb li din l-inġustizzja ma' dan in-numru żgħir ta' nursing aides tkun irranġata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.