Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qiegħed isir bħalissa fid-dar il-ġdida ta' l-anzjani f'Bormla? Jista' jinforma lill-Kamra meta hemm il-ħsieb li din titlesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Gvern ta' Bormla, mhu qed isir l-ebda tip ta' xogħol strutturali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga s-sena l-oħra? Minn liema ċentri tas-saħħa tqassmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-total ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga fis-sena 2004 huwa kif ġej:
Floriana
73627
Qormi
26652
Gżira
78086
Paola
100300
Bormla
24059
Mosta
34519
Rabat
12464
Total
349707
Wara t-twissija ta' l-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa dwar il-possibbilta' li jkun hawn epidemija ta' influwenza magħrufa bħala bird flu, jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa hux qed jieħu xi miżuri ta' prevenzjoni għalli jista' jinqala'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa ħatar Kumitat, li fih jinkludi rappreżentanti mid-Diviżjoni tas-Saħħa u mis-Servizzi Veterinarji, biex jipprepara l-miżuri ta' prevenzjoni w azzjonijiet meħtieġa għal li jista' jinqala' dwar xi epidemija ta' influenza. Dan qed isir skond pjan li ġie mfassal fuq mudelli internazzjonali.
Dan is-suġġett ġie ittrattat ukoll b'mod estensiv f'wieħed mill-Kumitati tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' influwenza s'issa din is-sena? Kien hemm imwiet li ġraw minħabba kumplikazzjonijiet ta' influwenza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li humabiss ċerti każi ta' influwenza li hemm l-obbligu li jiġu notifikati, ma nistgħux nagħtu n-numru ta' każi ta' influwenza fil-popolazzjoni ġenerali.
Għalhekk, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika waqqaf Influenza Sentinel Surveillance sabiex tinġabar statistika dwar in-numru ta' każijiet ta' influwenza li trid tiġi notifikata.
Malta hija membru-assoċjata tad-Disease Specific Network responsabbli mis-sorveljanza ta' l-influwenza, magħrufa bħala European Influenza Surveillance Scheme (EISS). L-informazzjoni miġbura mill-ħidma tas-Sentinel Surveillance tintbagħat lil din in-Network sabiex jinqasam tagħrif fuq l-attivita' ta' influwenza fl-Ewropa.
Għal dan il-għan, minn dan l-istaġun, 22 tabib qegħdin jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju ta' sorveljanza. It-tabella ta' hawn taħt turi numri ta' każijiet ta' influwenza rraportati skond Case Definition speċifikata.
Il-Ġimgħa
Data Minn
Data Sa
Numru ta' Każijiet
1
03 Jan
09 Jan
35
2
10 Jan
16 Jan
21
3
17 Jan
23 Jan
26
4
24 Jan
30 Jan
48
5
31 Jan
06 Jan
30
6
07 Fra
13 Fra
36
7
14 Fra
20 Fra
55
8
21 Fra
27 Fra
49
L-inċidenza ta' influwenza li tagħti indikazzjoni dwar in-numru ta' każijiet fil-popolazzjoni għadha qed tinħadem.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ċerti anzjani qed jintalbu jipproduċu l-ID card kull meta jmorru għas-siringi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Siringi għall-insulina jingħataw mill-ispiżeriji tal-Gvern lill-pazjenti li qegħdin fuq l-insulina. Il-pazjent/a hu/hi mitlub/a jippreżenta/tippreżenta r-riċetta u d-dokumenti meħtieġa inkluż il-karta ta' l-identita'. Din tapplika mhux biss għall-anzjani imma għal dawk kollha li jsoffru mid-dijabete li qegħdin fuq l-insulina u huma intitolati għal 10 siringi ta' l-insulina fix-xahar.
Dipartiment tas-saħħa — Regoli tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji li d-dipartiment tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol qed iressaq il-qorti minħabba li għadhom ma rregolawx ruħhom mar-regoli tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ċentri tas-saħħa f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid f'liema ħinijiet ikunu miftuħa? Jista' jgħid kemm kien hemm nies li rrikorrew f'kull ċentru fl-2004 għall-kura f'każi ta' emerġenza? Kemm minn dawn il-każi saru matul il-lejl?
Response (DEGUARA, LOUIS)
F'Malta hawn tmien ċentri tas-saħħa u f'Għawdex hemm ċentru wieħed. Il-ħinijiet ta' ftuħ ta' dawn iċ-ċentri huma kif ġej:
Ċentru tas-Saħħa
Ġranet meta ċ-Ċentru ikun miftuħ
Ħinijiet ta' ftuħ
Bormla
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Is-Sibt
7.00a.m.- 8.00p.m.
7.00a.m.- 1.00p.m.
Rabat
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Is-Sibt
7.00a.m.- 8.00p.m.
7.00a.m.- 1.00p.m.
Qormi
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Is-Sibt
7.00a.m.- 8.00p.m.
7.00a.m.- 1.00p.m.
B'Kara
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Is-Sibt
7.30a.m.- 3.00p.m.
7.30a.m.- 1.30p.m.
Mosta
Mit-Tnejn sal-Ħadd
24 siegħa kuljum
Floriana
Mit-Tnejn sal-Ħadd
24 siegħa kuljum
Gżira
Mit-Tnejn sal-Ħadd
24 siegħa kuljum
Paola
Mit-Tnejn sal-Ħadd
24 siegħa kuljum
Rabat, Għawdex
Mit-Tnejn sal-Ħadd
7.00a.m.- 8.00p.m.
It-total ta' pazjenti li rrikorrew fiċ-ċentri tas-saħħa matul is-sena 2004 għall-kura f'każi ta' emerġenza matul il-ġurnat u matul il-lejl huwa kif ġej:
Ċentru tas-Saħħa (2004)
7.00a.m-8.00p.m.
8.00p.m.-7.00a.m.
Bormla
10165
nil
Rabat
13464
nil
Qormi
34583
nil
Mosta
27525
6671
Floriana
26770
4329
Gżira
15019
2496
Paola
40436
9769
Rabat, Għawdex
15729
nil
Din l-istatistika ma tinkludix visti ta' emerġenza fid-djar tan-nies.
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara ma jipprovdix servizz ta' emerġenza.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, irġiel u nisa separatament, li attendew il-korsijiet biex jieqfu mit-tipjip? Kemm fil-fatt waqfu milli jattendu l-kors qabel ma spiċċa? Jista' jagħti l-figuri għas-sena 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Health Promotion Department fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa, li jservi bħala riżors ta' informazzjoni u edukazzjoni dwar it-tipjip, jorganiżża wkoll korsijiet biex persuni jieqfu jpejjpu.
Il-figuri mitluba għas-sena 2004 huma kif ġej:
Numru ta' korsijiet organiżżati mid-Dipartiment 25 Numru ta' applikazzjonijiet 448 Numru ta' nisa li applikaw 200
Numru ta' rġiel li applikaw 248 Numru ta' persuni li waqqfu jpejjpu 117 Numru ta' persuni li waqfu milli jattendu l-kors qabel ma spiċċa 110
Numru ta' persuni li ċemplu fuq il-Quitline u one to one counselling: Irġiel 750
Nisa 699
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-għotjiet li ngħataw mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-għaqdiet non-governattivi bejn l-2000 u l-2004 u x'hemm ippjanat għal din is-sena? X'inhuma l-kriterji li jingħataw l-għotjiet? X'verifiki jsiru dwar kif jintnefqu dawn il-flus?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn l-2000 u l-2004 ma ngħatat l-ebda għotja lil għaqdiet non-governattivi mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'.
Għal din is-sena, m'hemm xejn ippjanat dwar għotjiet simili.
L-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija ma japplikawx.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10353, jista' il-Ministru jinformana għaliex fil-leġislatura li għaddiet ma tax l-istess figura għas-snin 1998, 1999 u 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkwota n-numru tal-Mistoqsija Parlamentari li saret fil-leġislatura li għaddiet.
Jista' il-Ministru jara għaliex għadd ta' pazjenti li b'mod regolari jieħdu t-test tad-demm fl-isptar San Luqa in konnessjoni ma dożi ta' Warfarina li huma meħtieħa li jieħdu, m'għadhomx qed jirċievu bil-posta kif kienu jagħmlu qabel ir-rapport li jindika d-doża li għandha tittieħed?
Peress li dan qed joħloq diffikultajiet kbar fost dawn il-pazjenti għaliex mhumiex f'qagħda li jkunu jafu l-ammont ta' doża preskritta lilhom, jista' il-Minsitru jgħid x'se jagħmel il-ministeru biex isolvi din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġejt infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-proċedura.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10353, jista' il-Ministru jinformana kemm-il sejħa għal tabib barra l-klinika saret matul l-istess perjodu ta' snin separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-total ta' sejħiet għat-tabib barra l-klinika tar-Rabat huma kif ġej:
Sena
Numru ta' sejħiet
2004
753
2003
772
2002
717
2001
803
2000
1533
1999
2039
1998
1766
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew kanċellati operazzjonijiet din is-sena minħabba over crowding fl-isptarijiet? X'tip ta' operazzjonijiet kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba l-foward planning li kien sar ftit kienu dawk il-pazjenti li l-operazzjoni ma kienitx saret fil-ġurnata prevista.
Wieħed ħa ħsieb illi waqt dan il-perjodu pazjenti illi huma elective u kien ser ikollhom bżonn jużaw is-swali normali ma jitqegħdux fuq it-theatre list. Dawk il-pazjenti li kienu fuq din il-lista u ma saritx l-operazzjoni (kienu ftit) ser ikollhom data mogħtija lilhom minnufih malli l-overcrowding jispiċċa u s-swali tal-kirurġija li kienu mittieħda jerġgħu jiġu lura lid-dipartiment tal-kirurġija.
Peress illi familjari ta' pazjenti Għawdxin rikoverati fl-isptar Sir Paul Boffa qed ibatu minn inkonvenjent minħabba li l-visiting hours ikunu filgħaxija u jkunu jridu jirritornaw lura lejn Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li Għawdxin li jmorru jżuru lill-familjari tagħhom jingħataw permess illi jidħlu qabel il-ħin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kas ta' l-Isptar Boffa, l-ħinijiet tal-viżti huma mill-10:00a.m. sa nofs in-nhar u mit-3:30p.m. sat-8:00p.m.
Jidhrilna li dan huwa ħin biżżejjed għal kulħadd ħlief għal dawk li jkunu moribondi. Il-pazjenti għandhom dritt għal privacy waqt ħinijiet ta' ħasil, viżti tat-tabib etc., u għalhekk mhux possibbli li jkun hemm viżti l-ħin kollu.
Jista' il-Ministru jgħid min se jkun responsabbli mix-xiri ta' l-inċineratur li se jiġi stallat minfok il-qadim li hemm bħalissa fl-isptar San Luqa? L-inċineratur li se jitwaħħal huwa ġdid jew second hand? Jekk dan se jkun second hand, eventwalment se jerġa' jinbidel ma' wieħed ġdid fjamant? Kemm se jiswa dan l-inċineratur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tinsab fil-proċess li takkwista apparat ġdid li jiddekontamina u jipproċessa skart kliniku u dan sejjer jiġi nstallat fl-Isptar Mater Dei. F'dan l-istadju ma hemm l-ebda pjan minn naħa tad-Diviżjoni sabiex jinxtara inċineratur, ġdid jew second hand, għall-Isptar San Luqa. Madankollu d-Diviżjoni qegħda tara kif l-emissjonijiet u d-dħaħen tal-inċineratur preżenti jistgħu jiġu mnaqqsa u kkontrollati sakemm jinxtara l-apparat il-ġdid. Meta jiġi nstallat dan l-apparat fl-Isptar Mater Dei, għandu jippermetti li l-inċineratur fl-Isptar San Luqa jkun jista' jingħalaq. Nfakkar lill-Onor. Membru li dan ma setax isir s'issa minħabba ċirkustanzi barra mill-kontroll tad-Diviżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi għad-dispożizzjoni ta' l-isptar San Luqa? Jista' jgħid kemm għandha żmien kull waħda? Hemm xi pjan biex jinxtraw ambulanzi ġodda mgħammra aħjar għall-kumdita' u l-kura tal-pazjenti? Kemm hemm ambulanzi f'Għawdex? Meta kienu nxtraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10354. Ninfurmaħ li hemm 5 ambulanzi ordnati. Nitolbu li għar-rigward tas-sitwazzjoni f'Għawdex, jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm mietu nies direttament jew indirettament minħabba t-tipjip? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista' jagħti l-istess figuri għal Jannar ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet matul is-sena 2004 u li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 345 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 246 raġel u 99 mara. Il-figuri għall-Jannar għadhom qed jinġabru.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se joħorġu applikazzjonijiet għall-permanent posts għal speech and language pathologists fis-sajf li ġej jew inkella wara Awissu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa qed jevalwa l-possibilta' li joħorġu xi postijiet fid-dawl tal-prijoritajiet ta' l-istess dipartiment.