Fid-dawl li l-mard tal-BSE u CJD qed jinfirex, jista' l-Ministru jara li jingħata aktar tagħrif ta' informazzjoni dwar ir-riskji nvoluti fuq il-konsumaturi kemm-il darba jieklu laħam li jkun infettat bil-BSE?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22742, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk jinħoloq il-bżonn li tingħata aktar informazzjoni dwar BSE\CJD, din tingħata lil konsumatur mill-aktar fis.
Infakkar li nħarġu diversi press releases mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura kif ukoll saret press conference biex tiġi spjegata lill pubbliku s-sitwazzjoni reali.
Jista' l-Ministru jinformani għaliex illum it-Tnejn, 15 ta' Jannar, 2001 ċertu swali/wards tal-pazjenti tħallew maħmuġin? Jista' jara li dan in-nuqqas ma jerġax jirrepeti ruħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hija żbaljata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk beħsiebux d-Dipartiment tas-Saħħa jintroduċi s-sistema tal-bar coding mgħarufa bħala rasting sabiex il-konsumaturi jkollhom informazzjoni dwar kull cut tal-beef li jixtru biex jikkunsmaw u fid-dawl tal-protezzjoni li l-konsumaturi jeħtieġu sabiex ikun assigurat li l-laħam mhux infettat bil-BSE?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika (2000/1) kemm saru spezzjonijiet fit-tuck shops fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u privati?
L-ispetturi tas-saħħa jagħmlu spezzjonijiet fuq inizjattiva tagħhom jew dejjem jistennew xi talba mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul din is-sena skolastika (2000/1) saru:
55 - spezzjoni ġo skejjel ta' l-istat
3 - spezzjoni ġo skejjel tal-knisja
5 - spezzjoni ġo skejjel privati
L-Ispetturi tas-Saħħa skond l-'Education Act' huma obbligati li jispezzjonaw tali skejjel u jinfurmaw lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni b'xi nuqqasijiet li jinstabu. B'hekk, bħala proċedura jsiru mill-inqas tlett spezzjonijiet, waħda kull term mingħajr l-ebda talba speċifika mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Għaldaqstant fil-bidu tas-sena skolastika d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jagħti lista ta' l-iskejjel liċenzjati li għandhom 'tuck shop'.
Spezzjonijiet oħra mhuxippjanati jsiru kif ikun hemm bżonn matul is-sena, dan biex tiġi żgurata l-iġjene fit-'toilets' u jekk ikun hemm bżonn f'xi parti oħra ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom l-AIDS illum? X'eta' għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hawn ħames persuni li għandhom l-AIDS. Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' biex nipproteġu l-individwi, informazzjoni fuq l-eta' ma tingħatax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li d-dipartiment tas-saħħa, jista' joffri kura għalihom bħala out patient jekk tinqala' xi emerġenza jew kalamita' kbira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
F'każ ta' xi emerġenza jew kalamita kbira jiġi attivat il-'Major Disaster Plan' li, ma affarijiet oħra, jinkludi l-waqfien tas-servizz ta' l-'Out Patient', għax f'dan il-kuntest il-prioritajiet jinbidlu.
F'każ ta' katastrofi, każi li ma jkunux urġenti jiġu mgħoddija fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew f'postijiet oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-canteen tal-iSptar Monte Carmeli qed jinżamm magħluq meta jkun hemm xi ħaddiema bil-leave b'detriment għall-pazjenti li jkollhom joħorġu barra l-bini ta' l-isptar biex jixtru l-bżonnijiet tagħhom?
Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li meta xi ħadd mill-impjegati li jaħdmu ġewwa l-canteen ikun bil-leave jew bis-sick leave l-canteen ikollu jibqa` magħluq. Dan qiegħed isir għax mhux possibbli li tqabbad lil xi ħadd ieħor biex temporanjament imexxi il-canteen billi jkun hemm stocks u flus involuti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li supervisors u WTO f'Mount Carmel Hospital qed jiddaħlu bl-overtime, jagħmlu xogħol ta' fattigi, imbagħad ħaddiem b'inqas grad mhux jiddaħlu jagħmlu l-overtime huma?
Jista' l-Ministru jara li ma jħallix din l-inġustizzja ssir mal-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ewwel impjegati li jitqabbdu jagħmlu s-sahra fuq xogħol ta` tindif huma dawk l-impjegati li jagħmlu x-xogħol ta` fattiga. Meta l-fattigi jkunu daħlu kollha, warajhom jidħlu impjegati oħra skond kif imisshom.
Fid-dawl tal-fatt li l-marda tal-BSE u CJD qed tinfirex, jista' l-Ministru jara li jiddaħħlu miżuri immedjati ta' kontrolli fuq il-beef importat, bħal barcoding fuq kull qatgħa tal-beef, sabiex ikunu provduti d-dettalji ta' l-istorja tal-prodott sa mit-twelid u l-qatla għall-assigurazzjoni tal-konsumaturi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin għal dak li jirrigwarda: (i) mediċini u affarijiet anċillari li jintużaw għal operazzjonijiet u in-patients; (ii) investigazzjonijiet radjoloġiċi; u (iii) tagħmir mediku f'depreciation?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ftuħ ta' spiżeriji privati, f'liema lokalita u kemm ilhom li applikaw?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenji f'dan l-aħħar sentejn? Fejn hija l-lokalita' u kemm kien ilhom li applikaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li hemm 297-il talba għal ftuħ ta' spiżeriji privati pendenti. Dwar kemm ilhom li applikaw u f'liema lokalita', tista' tirreferi għal Dok. A. li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Matul is-snin 1999 u 2000 infetħu tliet spiżeriji ġodda -
Ġewwa l-Imtarfa - l-applikazzjonijiet kienet saret fl-1993
Spiżerija Veterinarja ġewwa l-Gżira - l-applikazzjonijiet kienet saret fl-1997
Ġewwa l-Qala, Għawdex - l-applikazzjoni kienet saret fl-1998.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 18948, jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq saru l-applikazjonijiet fejn jirrigwarda il-lokal ta' Raħal Ġdid, Pembroke, San Ġiljan, Sliema u Swieqi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22980, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tali nformazzjoni rikjesta ma tistax tingħata, peress li hija ta` natura kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-servizz fil-berġa tas-saħħa tal-gvern f'Tas-Sliema jitjieb peress li qed jasluli ħafna lmenti minn residenti Slimiżi, speċjalment fejn jirrigwarda s-servizz tat-tqassim tal-pilloli kif wkoll il-visti dwar il-pressjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dettalji u informazzjoni fuq din il-mistoqsija parlamentari għadhomqed jinġabru għalhekk it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-grupp ta' inspectors li qed jagħmlu spot checks fuq diversi impjegati humiex qed jagħmlu spot checks fuq tobba?
Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm-il spot check għamlu fuq tobba kemm ilhom li bdew il-ħidma tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-inspectors qed jagħmlu 'spot checks' fuq il-postijiet tax-xogħol u mhux fuq klassijiet ta` impjegati. Barra dan isiru anke 'spot checks' mill-amministraturi tad-diversi oqsma.
Matul is-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet tad-demm HIV positive fil-laboratorju tad-Dipartiment tal-Patoloġija?
Kemm irriżulta lid-Dipartiment tas-Saħħa persuni b'HIV positive b'avviż dwar notifiable diseases fl-istess perijodu?
Kemm kien hemm każijiet differenti ta' l-AIDS, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-HIV mhiex notifikabbli bil-liġi. Matul is-sena 2000 kien hemm 14 test pożittiv. Dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba.
Skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kien hawn 37 persuni li ġew notifikati bl-AIDS mill-1990 sa l-aħħar tas-sena 2000 kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta' Notifiki
1990
1
1991
7
1992
4
1993
3
1994
5
1995
3
1996
4
1997
2
1998
4
1999
1
2000
3
Total
37
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-dipartiment tas-saħħa ilu bla reġistrar mil-31 ta' Diċembru 2000? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li din il-kariga għadha vojta? Huwa minnu li x-xogħol li suppost isir mir-reġistrar mhux qed jinħadem? Jekk fl-affernattiv, x'inhi r-raġuni li ma ġietx appuntata persuna biex tagħmel dan ix-xogħol sakemm timtela din il-kariga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema Registrar qed jirreferi.
Peress li l-Ministru kien qal li s-security guards ta' l-isptarijiet u l-polikliniċi kellhom iduru minn post għal ieħor, u peress li hemm ħafna li ilhom ma jduru għal sentejn sħaħ, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux se jduru jew le?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Wara li d-Diviżjoni kienet ħarġet ir-rotation, il-GWU kienet ħarġet direttiva lis-Security Guards biex ħadd ma jiċċaqlaq minn postu u għalhekk ir-rotation ma setgħetx tiġi attwata.
Id-Diviżjoni qed taħdem fuq kriterji oġġettivi li a bażi tagħhom ghandha ssir ir-rotation.