B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15141, peress li huwa ċċarat li b'dividends tax at source hu mifhum dak l-ammont ta' taxxa li l-Gvern jirċievi b'riżultat tal-provvediment legali li jobbliga li kull pagatur ta' dividendi minn qliegħ ta' kumpanniji li jnaqqas din it-taxxa (bħalissa bir-rata ta' 35% mid-dividend li jkun ġie ddikjarat fil-mument meta dan effettivament jiġi mħallas), qabel ma l-ħlas isir lill-azzjonist, jista' l-Ministru ġentilment jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?
Fl-istess kuntest, jista' jgħid kemm kien hemm każi ta' taxpayers individwali li fir-return tagħhom tat-taxxa iddikjaraw dan it-tip ta' dħul, x'kienu l-ammonti li jirriżultaw minn dawn ir-returns, u kemm kien l-ammont ta' corresponding credit iddikjarat u miltub (ċioe' bħala tax paid at source) minn dawk li bagħtu tali returns?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15203 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid l-anzjana/armla li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħatu separatament hux se tieħu arretrati ta' taxxa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li na naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-`taxpayer` allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Ministeru tal-Finanzi — Karozza uffiċjali ministerjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-onorevoli membru għad-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f`seduta 124 fis-16 ta` Ġunju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm taxpayers li jaħdmu t-Tarzna u li tħallsu mill-1997 'l hawn wara li dehru quddiem l-Ombudsman? Kemm kienu dawk li bbenefikaw? Kemm hu n-numru totali tal-ħaddiema li qed jistennew biex jieħdu l-arretrati sal-lum? Kemm jilħaq l-ammont globali ta' flus li jrid jingħata lil dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ma tistax tingħata għax ma taqax taħt dan id-dekasteru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-ħaddiema tarznari jistennew biex jieħdu l-arretrati mill-1 ta' Jannar tal-1994 sa l-aħħar tas-sena 1996 wara li dehru quddiem l-Ombudsman?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ma tista tingħata għax ma taqax taħt dan id-dekasteru.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tad-dħul tal-VAT mill-professjoni medika ladarba t-tobba huma exempt with credit u għalhekk ma jħallsux VAT?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-VAT mill-professjoni medika minn attivitajiet taxxabbil matul l-1999 kien Lm348, maqsum hekk :
Taxxa proprja Lm245
Penali meta d-denunzja tintbagħat tard Lm100
Interessi Lm3
Jista' l-Ministru jara li jiġi korrett żball li għamlu jew id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jew dak tas-social security fir-rigward ta' kopja anzjana li żammewlha flus bi żball (taxxa) u li għadhom ma ingħataw xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-każ qed ikun mistħarreġ u se jkun eżaminat kif għandu jkun rimedjat jekk jirriżulta li kien hemm żball.
B'riferenza għall-aħħar eluf ta' multi li ntbagħtu lit-taxpayers għaliex skond id-Dipartiment tat-Taxxi Interni dawn ma kenux bagħtu l-Income tax returns, meta fil-fatt kienu bagħtuhom, jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża dan l-iżball?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux konxju minn dak li qed jiġi allegat. Forsi l-Onorevoli Membru jista` jagħtini iżjed informazzjoni dwar dan il-każ.
Jista' l-Ministru jara x'sar mit-talba li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għamlet lill-VAT office permezz ta' ittra bil-miktub?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant għamlet lid-Dipartiment tal-VAT ġiet milqugħa u li l-istess persuna ġiet mgħarrfa b`dan fis-7 ta` Marzu 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' multi li d-Dipartiment tal-VAT ħareġ matul l-1999? Kemm kienu jammontaw f'ċifra ta' flus globali dawn il-multi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` multi li d-Dipartiment tal-VAT ħareġ matul l-1999 bis-saħħa ta` l-artikolu 84 subartikolu (3) ta` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud kien 548. L-ammont ta` multi kien ta` Lm28,900.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' VAT registered matul l-1999?
Kemm ġew introdotti sistemi ta' multi ġodda mid-Dipartiment tal-VAT matul l-istess sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` persuni attivi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT sal-31 ta` Diċembru 1999 kien ta` 44,855.
Matul l-1999, id-Dipartiment tal-VAT beda jħaddem sistema ta` multi mnaqqsa f`każ ta` kompromess kif provdut fl-Artikolu 84 subartikolu (3) ta` l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud.
Id-dispożizzjonijiet ta` dan is-subartikolu japplikaw biss f`każ ta` reat minn xi persuna kontra id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (e) tal-artikolu 77 ta` l-Att li jirrigwardja l-għoti ta` fatturi jew irċevuti ta` taxxa.
Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
L-Assistent Personali u s-Segretarju Privat tiegħi għandhom aċċess u permess isuqu u jużaw il-karozza uffiċjali skond il-kuntratt ta` l-ingaġġ tagħhom.
Żewġ karozzi oħra għall-użu ġenerali tas-segretarjat privat tal-Ministeru tiegħi jinstaqu minn membri oħra fl-istess segretarjat.
Jista' l-Ministru jgħid meta persuna tiġi awarded kuntratt għal xogħol mitlub mill-gvern, jiġi ċċertifikat li din il-persuna hija: (a) reġistrati mal-VAT; (b) ma ġietx boarded out bħala invalid; u (ċ) ma tkunx qegħda tirreġistra għax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li safejn għandhom x`jaqsmu sejħiet għall-offerti maħruġa mid-Direttur tal-Kuntratti, jiġifieri dawk ta` valur stmat li jaqbeż l-Lm20,000 min jitfa` offerta irid jagħti dejjem in-numru tal-VAT tiegħu personali jew tal-kumpanija, irid jissuplixxi ċertifikat maħruġ mill-ETC dwar registrazzjoni tal-ħaddiema li jkunu ser jaħdmu waqt il-kuntratt u jintrabat ukoll li josserva l-liġijiet tax-xogħol (Employment Regulations).
Pero sakemm ma jkunx hemm xi suspett għaliex dan għandu jsir, l-offerent ma jiġix mitlub uffiċjalment biex jagħmel dikjarazzjoni dwar il-punti (b) u (ċ) tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret final withholding tax sena b'sena minn kemm ilha li ġiet introdotta? Kemm daħħal dividends tax at source il-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin? X'persentaġġ tat-total tat-tassazzjoni diretta jirrappreżentaw dawn l-għejun ta' dħul għall-gvern? X'persentaġġ tal-GDP jirrappreżentaw dawn it-taxxi fil-perijodi indikati? X'persentaġġ jirrappreżentaw tad-depożiti bankarji totali kif ukoll ta' l-imgħaxijiet totali mħallsa fuq depożiti fis-snin indikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali ta` Final Withholding Tax u Tassazzjoni diretta li nġabret mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-sena 1995 sas-sena 1999 huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. L-aħħar kolonna turi l-persentaġġ tal-Final Withholding Tax meta mqabbel mad-dħul totali. L-informazzjoni mitluba hija din :-
Sena Final Withhoding Tax Total Tax Persentaġġ
1995 Lm5,413,477 Lm99,757, 557 5.4%
1996 Lm6,256,841 Lm93,307,549 6.7% 1997 Lm5,730,532 Lm110,539,335 5.2%
1998 L m9,770,876 Lm110,562,265 8.8%
1999 Lm8,846,6 61 Lm128,355,807 6.9%
Ma hux mifhum xi jrid ifiser eżatt l-onorevoli interpellant bit-terminu `dividends tax at source`. Il-final Withholding Tax tinkludi taxxa finali ta` 15% kemm fuq depositi bankarji u dividends mħallsa kemm fuq stocks tal-Gvern u bills tat-Teżor.
Lm 1 miljun li kellhom jitħallsu mill-banek f`Jannar 1999 fil-fatt tħallsu f`Diċembru 1998. Għalhekk biex isir paragun sewwa, dan l-ammont għandu jiżdied mad-dħul fl-1999.
Il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija jistgħu jinħaddmu mill-Onorevoli Interpellant billi juża nformazjoni publikata.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jintervjeni sabiex il-persuna minn Ħal Tarxien, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jieħu l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u li ilhom pendenti għal tliet snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-persuna mill-Fgura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jirċievi l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, liema arretrati ilhom dovuti mill-1993 u jammontaw għal kważi Lm1,700?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.