Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dħul li jifdal wara l-ħlas tat-taxxa hux ser jiġi kkalkolat bħala dħul ieħor għall-pensjonanti li jżommu studenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż?
B'liema mod se jaffettwa l-benefiċċji soċjali tal-pensjonanti dan id-dħul mill-istudenti barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Persuni bejn l-eta’ tal-pensjoni (60 sena fil-każ ta’ mara u 61 fil-każ ta’ raġel) u 65 sena, ma jkollomx dritt għall-pensjoni kontributorja jekk ikollhom dħul minn attivita ekonomika, kemm jekk bħala mpjegati kif ukoll bħala persuni li jaħdmu għal rashom, li d-dħul nett minnha jeċċedi l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali.
Fil-każ ta’ pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji, kull dħul jew privileġġ tal-persuna, ġej minn fejn ġej, jiġi kkalkulat għat-test tal-mezzi biex jiġi determinat jekk il-persuna konċernata jkolliex dritt għal din il-kategorija ta’ pensjonijiet u benefiċċji.
Tista' il-Ministru tgħid jekk mara Maltija li jkollha partner barrani tikkwalifikax għal xiri ta' appartamenti maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li jekk mara Maltija tkun miżżewġa ma' raġel barrani, dawn jistgħu jikkwalifikaw għax-xiri ta’ post ta’ l-Awtorita’ tad-Djar bħala koppja. Il-post jista' jinxtara wkoll f'isem koppja mhux miżżewġa jekk il-partner tal-mara Maltija jkun ċittadin ta' pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea. Mara Maltija li ma tkunx miżżewġa tista' tikkwalifika biex tixtri l-post f'isimha biss u kemm il-darba jkollha aktar minn tletin sena.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem l-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fil-15 ta’ Marzu 2006, saret spezzjoni mill-Awtorita’ tad-Djar fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li preżentement qed isiru l-pjanti meħtieġa biex tkun tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni lill-MEPA.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tat-tiswija u bini ta' postijiet tal-gvern biex tissolva l-problema li għandu l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, il-ġimgħa l-oħra, d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar investiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u fil-ġranet li ġejjin għandha ssir stima tax-xogħlijiet meħtieġa.
Tista' il-Ministru tara li persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li huwa anzjan u marid, jibbenefika mis-servizz tal-care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u ser tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk hux il-każ li din il-persuna tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Meta koppja li jkunu jgħixu flimkien u qed jieħdu pensjoni tax-xjuħ jew invalidita' jkunu jridu jaqsmu din il-pensjoni peress li ma jkunux sejrin tajjeb flimkien, x'mezzi għandhom skond il-liġi biex jaqsmu din il-pensjoni meta ma jkunux iridu jmorru fi qrati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jipprovdi għal qsim ta’ pensjoni bejn il-mara u żewġha, fil-każ ta’ Pensjoni mhux Kontributorja ta’ l-Eta’ jew ta’ Diżabilita’ biss.
F’każ ta’ pensjonijiet kontributorji u fin-nuqqas ta’ ftehim legali, anki bonarju, jekk il-persuna li hi ntitolata għall-pensjoni tkun trid, tista’ titlob lid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex jgħaddi l-ammont indikat mill-pensjoni direttament lill-konjugi l-oħra jew l-ieħor skond il-każ. Tali arranġament hu dejjem suġġett għall-istruzzjonijiet li min ikollu d-dritt għall-pensjoni jista’ jagħti minn żmien għal żmien.
Tista' il-Ministru tara għaliex il-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn l-omm hija separata u t-tfal ma jaħdmux, ma ġietx aċċettata it-talba tagħha għas-sussidju fuq dawl u ilma? Tista' din il-familja tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li qed jgħidulha li m'għandhiex bolol biżżejjed? Tista' din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li skond sentenza tal-qorti se jkollha toħroġ mid-dar li qiegħda b'kera mill-fond f'Ħal Balzan, u li diġa' kitbet lilek fis-16 ta' Marzu 2006 tingħata akkomodazzjoni alternattiva biex ma tispiċċax homeless?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kopja ta' l-ittra mingħand il-persuna konċernata, indirizzata lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, flimkien ma' kopja tad-dokumenti mitluba mill-istess Dipartiment xhur ilu, waslu l-Ministeru fis-27 ta' Marzu 2006.
Ninsab infurmata li issa l-każ ta' din il-persuna qed jiġi kkunsidrat mill-imsemmi Dipartiment flimkien ma oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li applikazzjoni HAA81/2005 tiġi pproċessata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, li tirrigwarda Skema ġdida ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li ġiet varata nhar l-Erbgħa li għaddew, ser tiġi proċessata kif meħtieġ.
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għat-tiswija tal-bini tal-gvern jagħmel upgrading tal-parti komuni u tal-faċċata għaliex hemm fili mikxufin u l-opramorta mhux fi stat tajjeb, ta' binja tal-gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tibjid tat-tromba tat-taraġ fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant ġie approvat u x-xogħol mistenni jsir aktar tard din is-sena.
Rigward it-tikħil tal-faċċati, ninsab infurmata li dan kien sar l-aħħar fl-2000 u għalhekk id-Dipartiment konċernat ser jispezzjona l-post biex jivverifika l-ilment.
Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kienet tirċievi pensjoni ta' Lm260 kull erba' ġimgħat u wara li għalqet 61 sena bdiet tirċievi Lm232?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament m'għadhiex tirċievi sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma? Min hu intitolat għal dan is-sussidju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16433, f’Seduta Numru 340.
Tista' il-Ministru tgħid x'se tkun il-funzjoni eżatta (x'inhuma t-terms of reference) tal-proġett Home-Start Malta? Min huma l-persuni assenjati biex jaħdmu fuq dan il-proġett? X'inhi s-somma vvotata għal dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proġett Homestart hu ntiż biex jipprovdi sapport lill-familji bi tfal taħt il-5 snin u li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet jew xi tip ta' kriżi. Dan is-sapport se jkun mogħti minn grupp ta' ġenituri voluntiera mħarrġa għal dan ix-xogħol u mmexxija minn persuna professjonali.
Ninsab infurmata wkoll li l-Aġenzija Appoġġ qed toffri l-għajnuna meħtieġa biex jitmexxa dan il-proġett, li hu sponsorjat mill-HSBC u l-Vodafone Foundation Maltali qed joffru Lm6,500 fis-sena għal sentejn.
Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex intitolata għall-pensjoni tal-wens jew le, minħabba li din tieħu sħieb ommha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista’ il-Ministru tgħid kemm ġew derekwiżizzjonati postijiet u f'liema lokalitajiet kienu fis-snin 2003, 2004 u 2005? X'inhu bħalissa n-numru ta' djar rekwiżizzjonati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li preżentement hemm 8151 post kopert b'rekwiżizzjoni.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnha jew mill-istaff privat tagħha, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Tista' tgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Tista' tgħid x'rigal ingħatat hi bħalha Ministru b'reċiproċita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien id-dħul mill-NI, bolla tas-sigurta' soċjali, matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara li jittieħdu passi dwar il-fatt li fil-garages il-ġodda li hemm fil-housing estate il-ġdid ta' l-Imsida - b'mod partikolari numru 70, Conception Street, Imsida - il-mod kif sar ix-xogħol fuq il-bankini l-ġodda qed iwassal biex l-ilma jaqleb għall-ġol garages infushom b'konsegwenza li fil-maltemp ir-residenti lanqas ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-garages?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-toroq u l-bankini madwar il-binja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma sarux minn xi Dipartiment jew entita' li taqa taħt id-dekasteru tiegħi u għalekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.