Legislature:
Category:
Reset
Active:

Universita' — Psikoloġija

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk hux minnu jew le l-ilmenti ta' bosta studenti li fl-eżami li kien hemm fit-30 ta' Mejju, 2006 ta' tliet credits tal-psikoloġija fl-universita' li huma child, adolescence u adults, l-eżami li kien multiple choice kien jinkludi ħafna mistoqsijiet li ma ġewx koperti la fil-klassi u lanqas fil-kotba ta' dawn is-suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 19482, Seduta 394.

Impjiegi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu llum full-time u part-time? Kif jikkompara dan ma' ħames u għaxar snin ilu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li jaħdmu full-time u part-time hu kif ġej: Full-Time Part-Time only Nov'05 138,412 22,893 Dec'00 136,759 15,292 Dec'95 131,623 9,056 Informat ukoll li l-aħħar statistika ppublikata hi dik ta' Novembru 2005.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19189 u jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma nġabarx kollu u jrid jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Studenti li spiċċaw il-Form V

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm spiċċaw studenti mill-klassijiet tal-Form 5 din is-sena skolastika? Kemm kienu bniet u kemm kienu subien? Kemm spiċċaw mill-iskjjel ta' l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti separtament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-figuri mistennija huma : Subien Bniet Total Skejjel ta' l-Istat 1784 1875 3659 Skejjel tal-Knisja 809 665 1474 Skejjel Indipendenti 246 205 451 TOTAL 5584

Studenti fl-aħħar sena tal-primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jattendu l-aħħar sena tal-primarja fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u indipendenti separatament? Kemm huma subien u kemm huma bniet f'kull każ? Jista' jgħid f'kull każ kemm resqu għall-eżami tal-junior lyceum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Studenti fl-aħħar sena tal-primarja: Subien Bniet Total Skejjel ta' l-Istat 1921 1617 3538 Skejjel tal-Knisja 532 739 1271 Skejjel Indipendenti 429 337 766 TOTAL 5575 In-numru ta' studenti li resqu għall-eżami tal-Junior Lyceum: Skejjel ta' l-Istat 3214 Skejjel tal-Knisja 490 Skejjel Indipendenti 154 Applikanti privati 58

Malta University Services — Manager short courses

Question

Peress li xi xhur ilu kien ħareġ avviż għal post ta' manager short courses fil-Malta University Services ta' l-universita', jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw, meta saru l-interviews u jekk ġiex magħżul xi ħadd? Jekk fl-affermattiv, min?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Malta University Services Ltd irċiviet 19 applikazzjoni għall-post ta' Manager Short Courses. Informat ukoll li l-interviews ma sarux minħabba li l-vakanza li ġiet irriklamata qegħdha tiġi riveduta mill-ġdid.

Skejjel — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jelenka dawk ix-xogħlijiet li diġa' ġew approvati li jsiru fl-iskejjel ta' l-istat matul il-vaganzi tas-sajf li ġej? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu x-xogħol, lil min ingħata l-kuntratt u kemm huwa maħsub li ġej jiswa?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata hekk kif kull biċċa xogħol tkun ġiet assenjata u mibdija.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-karozzi uffiċjali huma Mercedes u Peugeot. Il-Mercedes hija mikrija u l-Peugeot nxtrat.

Eżami tal-Psikoloġija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19482, jidher li l-ebda wieħed mit-tlett lecturers responsabbli ma resqu lejn uħud mill-kmamar ta' l-eżami waqt il-ħin ta' l-eżami tal-Psikoloġija nhar it-Tlieta 30 ta' Mejju. Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tat-tlett lecturers involuti? B'liema mod ġew poġġuti mistoqsijiet li ma kenux koperti fuq il-kotba jew waqt il-lectures, fosthom domanda dwar Ljung u oħra dwar Pule'. Minħabba l-ħin qasir li kien hemm allokat biex jitwieġbu 100 domanda, ma jaħsibx il-Ministru li mhux prattikabbli li jkunu mgħajjta l-lecturers għal kull problema? F'każ li saru l-iżbalji min-naħa tal-lecturers, se jkunu l-istudenti li jġorru l-piż ta' żbalji li m'għamlux huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasal tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Our Lady Immaculate — Facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskola Our Lady Immaculate tal-Hamrun għandhiex faċilita' jew possibbilta' li f'każ li facilitator ma tiġix, l-istudent/a ma tiġix mġiegħla tmur id-dar bħalma ġara fil-każ riċenti ta' studenta li tinsab fil-Form 4?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemmx faċilita' fl-iskejjel tal-Knisja li, f'każ li facilitator tfalli mill-iskola, li tintbagħat facilitator oħra minflokha. F'każ bħal dan hi l-Kap ta' l-iskola li tieħu d-deċiżjoni skond in-natura tal-każ individwali, jekk iżżommx it-tifla l-iskola jew titlobha tibqa' d-dar.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru ta' l-unemployment is-sena l-oħra u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Diċembru 2005 inqatgħu 2,267 persuna minn fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-Reġistru b'deċiżjoni ta' l-ETC. Minn dawn l-2,267 persuna, 323 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 1440 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 504 persuna rriffjutaw opportunita' ta' taħriġ. F'dan l-istess perjodu kien hemm 20,188 (fl-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru) persuna li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru. Din il-figura tinkludi nies li daħlu u ħarġu mir-reġistru aktar minn darba.

Skejjel — Tuck shops

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li mis-sena skolastika li jmiss kull tip ta' ċikkulata u xorb minerali (fizzy drinks) jiġu mneħħija mill-prodotti mibjugħa fil-canteens/tuck shops ta' l-iskejjel biex b'hekk it-tfal tagħna jiġu protetti minn dawk l-affarijiet li jħaxxnu? X'inhuma eżattament dawk il-prodotti li llum ma jistgħux jinbigħu minħabba l-obesita' u li jagħmlu ħsara lil min jikkunsmahom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Kurrikulu, fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, għadu kif ħareġ lista-gwida ta' ikel u xorb li jiġbor tagħrif fuq l-għazliet ta' ikel u xorb għat-tfal ta' l-iskejjel. Din il-lista ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u tagħti direzzjoni kontra l-konsum ta' zokkor u ħelu. Informat ukoll li għal dawn l-aħħar xhur, sar xogħol intensiv minn Task Force for Appropriate School Nutrition Environments li ġie kkommissjonat mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Fil-futur qrib, din it-Task Force ser tressaq dokument komprensiv fuq l-istess suġġett u li ser jinkludi Draft Food Policy, bil-għan li tkompli tħares fis-sod saħħet it-tfal fl-iskejjel, inkluż li tqanqal kuxjenza u tagħlim dwar il-ħidma li kull persuna trid tagħmel biex tnaqqas u tipprevjeni l-obesita'.

Film bl-isem The Da Vinci Code

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienet l-iskola li minnha marru tfal biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film The Da Vinci Code? Kemm kienu dawn it-tfal u kemm tul ta' ħin ħadu fil-parti li taw? Il-kap ta' l-iskola konċernata kellu xi permessi mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni rigward dan il-każ? Ingħata xi kumpens lit-tfal konċernati minn dawk responsabbli għall-ġbid tal-film? X'kienet ir-raġuni li fil-formola tal-kunsens mill-ġentiuri, kif ukoll fi proċeduri oħrajn, qatt ma ssemma' l-isem The Da Vinci Code? Peress li qed jinkiteb li l-film kellu l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet biex jinġibed hawn Malta, min kienu dawn l-awtoritajiet imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm l-ebda skola li minnha marru tfal biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film imsemmi.

Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra u din is-sena talli ħaddmu persuni illegalment u x'weħlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul l-2005 u din is-sena l-ETC tellgħet il-Qorti 120 każ ta' persuni li ħaddmu persuni oħra illegalment. Minn dawn 76 każ għadu pendenti. Fejn instabet ħtija l-Qorti imponiet multi.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa Sports Ground

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu nhar it-Tnejn 22 ta' Mejju, 2006 meta ġiet organizzata Sports Day fil-Marsa sports ground għall-klassijiet tal-year 5 u year 6 ta' l-iskejjel primarji tal-gvern, minħabba s-sħana kbira li għamlet? X'għajnuna ngħataw dawk li kellhom bżonn? Jista' jgħid ukoll min kien preżenti mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għal din l-attivita'? Minn min kienet organizzata din l-attivita'? Filwaqt li wieħed iħeġġeġ li jsiru aktar attivitajiet marbuta ma' l-isports, jista' wieħed jikkonsidra li f'ċirkostanzi bħal dawn, dawn l-attivitajiet isiru f'xi kumpless sportiv ġewwa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħala prekawzjoni, l-għalliema u t-tfal ġew mitluba minn qabel biex għall-iSports Day li saret it-Tnejn 22 ta' Mejju l-Marsa Sports Ground jiġu bi kpiepel/brieret għax-xemx, nuċċalijiet tax-xemx u ilma biex jixorbu. Bħal ma jsir drabi oħra ambulanza kienet preżenti, mgħammra b'nies kwalifikati. Dakinhar ma kienx hemm każi fejn kien meħtieġ l-użu tagħha. Kien hemm ukoll żewġ pulizija tat-traffiku kif ukoll żewġ pulizija tad-distrett biex jissorveljaw. Preżenti għal din l-attivita' kien hemm għalliema organizzaturi ta' l-Isports u l-Education Officer tad-Diviżjoni Din l-attivita' kienet organizzata mis-Sezzjoni Sportiva tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Ta' min ifakkar illi dan il-jum partikolari nzerta wieħed mill-aktar sħan f'Mejju għal dan l-aħħar snin.

Studenti Barranin — Tgħalim ta' l-Ingliż

Question

Peress li ta' kuljum fil-gazzetti qed jidhru reklami magħmula mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin li qed jorganizzaw korsijiet għal dawk li jixtiequ jsiru għalliema ta' l-Ingliż, jista' il-Ministru jgħid x'kontroll hemm mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex ikun żgurat li l-lecturers huma ta' livell għoli u li dawk li applikaw għandhom il-kwalifiki meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta skola liċenzjata tapplika, lill-Bord ta' Sorveljanza għat-Tagħlim tal-Lingwa Barranija, ħalli tagħmel kors għall-għalliema prospettivi, trid tibgħat kopja ta' programm, dwar il-kors, li fih tinkludi lil min ikun sejjer imexxi u jgħallem dak il-kors. Kull Lecturer irid ikollu l-kwalifiki meħtieġa. Il-Bord iħalli f'idejn l-iskejjel liċenzjati sabiex jagħżlu lil min jidhrilhom ħalli jsegwi l-kors.

Studenti Barranin — Għalliema ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Ministru jgħid s'issa matul din is-sena kemm-il skola li tgħallem l-Ingliż lill-barranin organizzaw xi kors għall-għalliema? Kemm qgħadu u kemm għaddew għall-kors? Dawn jingħataw xi forma ta' rikonoxximent mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex b'hekk ikunu jistgħu jgħallmu l-Ingliż lill-barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li seba' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin organizzaw xi kors għall-għalliema prospettivi matul din is-sena. 93 qagħdu għal kors li minnu għaddew 79. Fi tmiem kull kors, l-iskola liċenzjata li torganizzah toħroġ ċertifikat lil kull għalliem prospettiv li jirnexxilu jtemm b'suċċess il-kors. Dan iċ-ċertifikat jiġi riferut għall-konsiderazzjoni tal-Bord ta' Sorveljanza għat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija mill-għalliem prospettiv meta dan japplika għall-EFL Teaching Permit.