Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34751 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Social Workers — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba ta' tfajla ta' 34 sena b'diżabilita' li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament u li tixieq tibda tmur xi skola biex tkun tista' titħallat man-nies tiġi milqugħa? Jista' jara li tintbagħat social worker għal każ ta' din it-tfajla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jeżisti ebda provvediment sabiex it-talba li qed jagħmilli l-Onor. Membru tkun milqugħa. L-ogħla eta` li studenti jistgħu jkollhom biex jattendu skejjel sal-livell sekondarju f'ċirkostanzi speċjali hija dik ta' għoxrin sena.
Leg 9 PQ #34044 Sitting 773 2002-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' xogħlijiet li saru u qed isiru wara sejħa għal tenders approvata lill-ministeru u/jew dipartiment u dekasteri li jaqgħu taħt il-ministeru li għadhom ma tħallsux kompletament? Kemm huwa l-ħlas pendenti u kemm huwa l-ħlas li sar f'ċifra globali?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34617 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-fondazzjoni sport li kienet twaqqfet xi snin ilu meta kien twaqqaf il-kunsill Malti sport? Jista' jgħid jekk għadhiex teżisti u jekk le meta spiċċat? Jista' jgħid ukoll jekk l-istess fondazzjoni kellhiex xi flus u x'ġara minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni Sport kienet ġiet imwaqqfa fil-bidu ta' Ottubru 1996 sabiex tamministra art tal-Gvern użata mill-għaqdiet sportivi. Il-Fondazzjoni qatt ma bdiet teżerċita l-funzjonijiet tagħha u ġiet xolta fis-7 ta' Novembru 1996 ftit wara l-ħatra ta' Gvern Laburista. Meta reġa ġie maħtur il-Kunsill Malti għall-Isport kien maħsub li dan jaqdi d-dmirijiet li għalihom kienet twaqqfet il-Fondazzjoni Sport. Peress li l-Fondazzjoni qatt ma bdiet tiffunzjona, kien għad ma kelliex flus fil-pussess tagħha.
Leg 9 PQ #34618 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Kumpless Sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent min hu l-persuna nkarigat mit-tmexxija tal-kumpless sportiv tal-Marsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kumpless Sportiv tal-Marsa jaqa' taħt ir-responsabbilta` tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Is-sur Joseph borda li huwa mpjegat mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u jaqdi dmirijiet fis-Segretarjat parlamentari bħalissa qed jieħu ħsieb id-day to day running tal-Kumpless Sportiv.
Leg 9 PQ #34620 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsascala — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fis-sitt klassi fl-iskola primarja ta' Sant'Anna f'Marsascala, fis-snin skolastiċi 2000 - 2001 u 2001 - 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għas-subien u l-bniet? Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-junior lyceum u kemm għaddew? Jista' jgħid ukoll kemm studenti tas-sitt klassi għamlu eżami sabiex jidħlu f'xi skola sekondarja tal-knisja? Kemm minnhom għaddew? Jista' jagħti din l-informazzjoni bniet għalihom u subien għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet f'dan il-Ministeru l-bieraħ, 8 ta' Lulju 2002, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34030 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34524 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Senglea Athletics

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilita' li ground C ġewwa Kordin illum użat minn Senglea athletics jingħata l-attenzjoni li jixraqlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minkejja li dan il-ground jaqa' taħt ir-responsabbilta` tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp, is-Segretarjat Parlamentari kien fassal programm ta' xogħlijiet meħtieġa wara li saret talba f'dan ir-rigward mill-Industries Soccer Association. S'issa diġa` nbidel il-wiċċ tal-pitch. Bħalissa għaddej xogħol biex jinbidel il-fence ta' madwar il-ground u jiġu rranġati / mibdula arbli tad-dawl li jinsabu fi stat perikoluż. Sar ukoll xogħol fid-dressing rooms bi sħab bejn l-I.S.A. u Senglea Athletics F.C. Hemm ippjanat ukoll li jsir xogħol ta' tindif biex jitneħħa l-ħaxix ħażin u l-iskart li akkumula f'dawn l-aħħar snin u biex jiġi rranġat it-taraġ tal-konkos ta' l-ispectators' stand. Ta' min jgħid ukoll li fl-1999 is-Segretarjat Parlamentari għamel għotja lil Kunsill Lokali ta' l-Isla biex jiġi rranġat il-ground tal-football fil-Ponta ta' l-Isla biex Senglea Anthletics ikollhom fejn jittrenjaw.
Leg 9 PQ #34576 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li matul il-vaganzi tas-sajf ser isirilhom xogħol speċifiku f’dan iż-żmien? X’tip ta’ xogħol ser isir? Kemm ser jiswa f’kull każ? Minn qed jagħmel ix-xogħol f’kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34581 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Uniformi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammonta u bħala average l-ispejjeż tal-ġenituri li jkollhom iħallsu privatament (minkejja li jixtru l-uniformi mill-istess skejjel fejn jattendu uliedhom) biex jixtru l-uniformi għal uliedhom fl-iskejjel statali primarji u sekondarji rispettivatment? Jista’ jivverifika jekk hux minnu jew le, li tifla ta’ 8 snin li tattendi fl-iskola primarja statali ta’ Raħal Ġdid ingħatat lista ta’ items tal-uniformi li trid tixtrihom bilfors u li jammontaw (dawk li jkollha bżonn) għal xi Lm55? Peress li għal ġenituri bla xogħol jew single parents dan huwa ammont li jikkawża ċertu tbatija, ma teżisti l-ebda għajnuna għal dawn it-tip ta’ nies?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet f'dan il-Ministeru l-bieraħ, 8 ta' Lulju 2002, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34582 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun Spartans FC — Clubhouse - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-gvern intrabat li jagħti s-somma ta’ Lm25,000 lill-Ħamrun Spartans FC għall-bini tal-clubhouse? Huwa minnu li diġa tħallset is-somma ta’ Lm5,000 li suppost marret għal dan ix-xogħol u minflok tħallset bil-quddiem, intużat biex tħallsu l-players? Jista’ l-Ministru jinvestiga dan il-każ u jagħti rendikont lill-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34619 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biology Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta' kemm għandna biology teachers fil-livell sekondarju fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u tal-privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet f'dan il-Ministeru l-bieraħ, 8 ta' Lulju 2002, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34542 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat saru s'issa bejn il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada u l-kunsill lokali ta' Pembroke biex jiddiskutu bini adekwat għal edukazzjoni primarja għat-tfal tal-komunita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma nħassitx ħtieġa li jsiru laqgħat f'dan l-istadju bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke. Bħalissa qed isir xogħol biex jiġi determinat is-sit li fuqu ser issir l-iskola l-ġdida.
Leg 9 PQ #34543 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ippjanat li se jsir fil-bini ċentrali ta' l-iskola Sir Adrian Dingli sa Ottubru li ġej?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat li l-ewwel sular tal-bini ċentrali (is-'Central Core") ta' l-iskola Sir Adrian Dingli ikun lest għall-użu ta' l-istess skola sa Ottubru ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #34544 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ippjanat li jsir fil-bini ta' l-iskola primarja ta' Sliema sa Ottubru li ġej?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu ppjanat li sa Ottubru li ġej isir xogħol ta' riabilitazzjoni tal-blokka tat-toilets ta' l-iskola primarja ta' tas-Sliema.
Leg 9 PQ #34559 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm inxtara fuel (f'litri) biex tissaħħaħ il-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq? Kif jikkompara ma' l-ammont tas-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm sewa f'kull każ? Minn fejn jinxtara dan il-fuel? X'tip ta' fuel hu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena inxtraw 315,914 litri fuel li jiswew Lm37.594. Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet kienu nxtraw 295,415 litri ta' fuel li kienu jiswew Lm36,927. Il-fuel (kerosene) jinxtara minn għand Mark Cassar.
Leg 9 PQ #34560 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swimming Association

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas isir mis-swimming association ta' Malta biex torganizza l-leagues differenti tal-waterpolo fil-Pixxina Nazzjonali? Kemm iħallsu kull wieħed it-timijiet tal-waterpolo li jużaw il-Pixxina Nazzjonali għat-taħriġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Aquatic Swimming Assiciation (A.S.A.), tħallas is-somma ta' Lm4,400 fis-sena li jsir f'pagament wieħed. Dan il-ħlas ikopri l-organizzazzjoni tal-leagues differenti tal-waterpolo, kompetizzjonijeit u organizzazzjoni ta' Swimming Meetings u attivitajiet oħra, kemm lokali kif ukoll internazzjoniali, kif ukoll l-użu tal-faċilitajiet għal sessjonijiet ta' taħriġ ta' l-għawm mit-team Nazzjonali. Dan il-ħlas ikopri wkoll numru ta' advertising concessions. It-timijiet tal-waterpolo li jużaw il-Pixxina Nazzjonali għat-taħriġ iħallsu s-somma ta' Lm108 fix-xahar. Dan il-ħlas ikopri l-użu tal-faċilitajiet għal 4 sessjonijiet ta' taħriġ fil-ġimgħa.
Leg 9 PQ #34561 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'titjib sar fil-Pixxina Nazzjonali fejn jirrigwarda l-użu tad-diving boards? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol u kemm qam?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34562 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 2001/2, irriżenjaw, spiċċaw bil-pensjoni u mietu għalliema li kienu jaħdmu ma' l-istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena skolastika 2001-2002 kien hemm 42 għalliem u 5 instructors li rriżenjaw, 49 għalliem u 10 instructors li spiċċaw bl-eta` ta' l-irtirar, 29 għalliem ġew boarded out filwaqt li 2 għalliema u instructor mietu fis-servizz.
Leg 9 PQ #34563 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li bħalissa flok qed jgħallmu huma sekondati x'imkien ieħor? Jista' jgħid min huma dawn l-għalliema u ma min qegħdin jaħdmu fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34564 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema/Kindergarten Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali bħalissa ta' għalliema mal-gvern? Kemm huma rġiel u kemm nisa? Kemm hemm kindergarten assistants?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.