Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28093 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċevew sussidju l-entitajiet pubbliċi, korporazzjonijiet jew kumpaniji fejn il-Gvern għandha interess, matul l-1999, 2000 u 2001, sena b'sena u entita' b'entita'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Estimi Ġenerali tas-snin indikati fil-mistoqsija fejn għandu jsib l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #28095 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda matul l-1999, 2000 u 2001 fil-ażjendi pubbliċi u/jew korporazzjonijiet, jew kumpaniji fejn l-Gvern huwa azzjonist maġġoritarju, u f'liema kategorija dawn ġew ingaġġati f'kull grada?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal diversi tweġibiet li tajt għal numru konsiderevoli ta' mistoqsijiet dwar din il-materja li jinkludu d-dettalji li qed jintalbu f'din il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #28181 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Treasury Clearance Fund

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li skond l-eurostat mhuwiex aċċettabbli li l-figuri tat-treasury clearance fund ma jiġux miżjuda mad-deficit fiskali fil-fond konsolidat tal-pajjiż? X'se isir mill-Gvern Malti f'dan ir-rigward?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #28182 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

RPI

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li f'pajjiżi oħrajn ir-rata tal-RPI tiġi mqabbla on a year to year basis aktar mill on a 12 month moving average basis?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li f'ħafna pajjiżi, ir-rata ta' l-inflazzjoni tinħadem permezz tat-"twelve month moving average" għax b'hekk ikun qed jitneħħa kwalunkwe effett ta' staġjonalita'. Madanakollu f'numru ta' pajjiżi oħra ir-rata ta' l-inflazzjoni tinħadem ukoll fuq bażi ta' "year to year" li għandha ferm aktar validita' għax tiddependi minn żewġ "observations" biss u mhux fuq tnax. Tajjeb jingħad ukoll li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ħadem u ppubblika l-inflazzjoni biż-żewġ metodi fin-News Releases numri 51 u 79 ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #27904 Sitting 601 2001-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li tiġi milqugħa mill-aktar fis possibli t-talba li qed nibgħat separatament peress li dawn jinsabu fil-pik tax-xogħol tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għal servizz ġdid ta' l-elettriku qiegħda tiġi pproċessata skond il-proċeduri normali.
Leg 9 PQ #27898 Sitting 600 2001-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C.

Question

Jista' l-Ministru jirrimedja għall-ilment li qed nibgħat separatament, peress li l-persuna qed tiġi mitluba tħallas flus għas-servizz ġdid ta' l-ilma meta kienet applikat qabel l-iskema li indroduċiet il-W.S.C.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ imsemmi u rriżulta li l-kont inħareġ skond l-Avviż Legali numru 58 ta' l-1999.
Leg 9 PQ #27986 Sitting 599 2001-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Economy Class Syndrome

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi tagħmel l-Air Malta biex tipproteġi u tħares il-passiġieri tagħha minn dak magħruf bħala economy class syndrome? X'tagħrif qed jingħata lill-passiġieri dwar din il-ħaġa li tista' twassal għall-mard serju fil-vini tas-saqajn (trombosi)? Jaf li Kumpaniji ferm akbar mill-Air Malta qed jiffaċċjaw talbiet għall-mijiet ta' eluf ta' liri mill-qraba li mietu minnħabba din il-kundizzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li kemm ilha topera l-Air Malta, l-ebda każ ta' din il-kundizzjoni ma ġie rrapurtat, peress li l-Air Malta topera fuq "short haul flights", filwaqt li din il-kundizzjoni ġiet irrapurtata li tista' taffetwa passiġġieri li jkunu predisposti meta jivvjaġġaw fuq "long haul flights". B'danakollu, s'issa l-agenziji internazzjonali tal-mediċina fl-avvjazzjoni li qed jistudjaw din il-problema għadhom ma waslu għal ebda konklużjoni. Iċ-Chief Medical Officer ta' l-Air Malta qiegħed f'kuntatt ma' dawn l-agenziji internazzjonali u meta joħorġu xi direttivi, dawn jiġu applikati.
Leg 9 PQ #27880 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jsiru l-manutenzjoni meħtieġa u t-tindif tal-filtri tas-sistema ta' l-arja kkundizzjonata fl-ajruport internazzjonali ta' Malta peress li nies li jaħdmu f'dak il-post qed jilmentaw minn uġiegħ fil-griżmejn li jaħsbu li ġej mill-ħmieġ tas-sistema msemmija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa u t-tindif tal-filtri tas-sistemi ta' arja kundizzjonata fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jsiru fuq bażi regolari kif titlob is-sengħa. Dan ilu jsir minn meta infetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fl-1992 u baqa' jsir fuq bażi regolari sa llum, mill-anqas darba fix-xahar. Iżjed minn hekk, ta' min wieħed jgħid li, kif titlob is-sengħa, il-Kumpanija għandha r-rekords kompluti ta' kull meta jsir dan ix-xogħol, kif ukoll xi jsir u tiżgura li x-xogħol li jsir ikun ta' l-aħjar kwalita'.
Leg 9 PQ #27934 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Impjegati

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 5351, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li ngħatat dakinhar għal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #27939 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jgħid f'Mejju 2001 kemm għandna żgħażagħ fl-eta' ta' 15, 16, 17, 18 and 19 sena b' sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-istatistika għall-popolazzjoni imqassma skond l-eta' teżisti biss għall-aħħar ta' kull sena u mhux xahar b'xahar. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba tirreferi għall-aħħar ta' Diċembru 2000. ETA' IRĠIEL NISA TOTAL 15 2,871 2,696 5,567 16 2,929 2,727 5,656 17 3,001 2,805 5,806 18 3,039 2,955 5,994 19 2,895 2,793 5,688 Tajjeb jingħad ukoll li l-popolazzjoni Maltija fl-aħħar ta' Diċembru 2000 kienet tikkonsisti f'189,720 irġiel u 192,805 nisa - total ta' 382,525.
Leg 9 PQ #27847 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Protezzjoni fuq il-Levies

Question

Jista' l-Ministru jinformana liema huma l-industriji ta' l-ikel u l-biedja li huma favur it-tneħħija tal-protezzjoni tal-levy tal-biedja mis-sena d-dieħla? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn id-dikjarazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi kellu diversi laqgħat ma l-operaturi fis-settur agro-industrijali, kemm individwalment kif ukoll bħala imsieħba fil-Korpi Kostitwiti, qatt ma talab lilhom jagħmlu l-ebda forma ta' dikjarazzjoni. Il-Gvern dejjem sostna li 'l-levies bilfors iridu jispiċċaw tant li dan kien ukol previst li jiġri anki taħt l-opzjoni tal-Free Trade Area proposta minn Gvern Laburista. Għalhekk il-kwistjoni mhux jekk il-levies humiex ser jispiċċaw, u lanqas daqstant minn meta ser jitneħħew, iżda fuq liema perjodu ta' żmien ser jitneħħew u dwar liema miżuri oħra ser jieħu il-Gvern sabiex jgħin lis-setturi effettwati, fir-ristrutturar tal-operazjoni tagħhom. Kontra dak li deher fil-ħarġa tal-gurnal 'Il-Kullhadd' tad-29 ta' Lulju 2001, il-Gvern għadu għaddej bil-kuntatti ma' l-operaturi konċernati sabiex jiġi ifformulat pjan għat-tneħħija tal-levies, liema pjan għadu, fil-preżent, qed jitfassal. Kif diġa kelli l-opportunita nwieġeb f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti, il-materja tal-levies fuq il-prodotti agro-industrijali taqa' taħt il-kapitlu tal-Agrikoltura, fuq liema kapitlu lanqas għadhom ma infetħu n-negozjati mal-Unjoni Ewropeja u fuq liema suġġett il-Gvern għadu f'diskussjonijiet mal-partijiet konċernati. Għalhekk għadu prematur li wieħed jagħti iktar dettalji.
Leg 9 PQ #27849 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija ta' l-Ikel u l-Biedja — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-industriji ta' l-ikel u l-biedja li matul is-sena 2002 se titneħħilhom il-levy gradwalment? Jista' jgħid meta saru l-konsultazzjonijiet ma' dawn l-industriji matul l-1999, 2000 u l-2001 u x'kienet il-pożizzjoni ta' dawn l-industriji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha ma ġietx stabbilita skeda definittiva għat-tneħħija tal-levies fuq il-prodotti agro-industrijali. Fil-fatt, bħalissa għadhom għaddejjin il-kuntatti ma' l-operaturi fis-settur konċernati sabiex jiġi mfassal pakkett li jorbot it-tneħħija gradwali ta' dawn il-levies ma' provvedimenti oħra intiżi biex jagħtu għajnuna lis-settur agrikolu f'pajjizna sabiex jimmodernizza l-operat tiegħu.
Leg 9 PQ #27850 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti ta' l-ikel — Dazji

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministru li filwaqt li l-gvern se jneħħi l-protezzjoni tal-biedja lokali sabiex skond huwa jbaxxi l-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel, fl-istess waqt beda jgħolli d-dazji fuq l-ikel importat mill-pajjiżi non EU members meta lanqas nipproduċu fl-industrija lokali ta' l-ikel tagħna dawn il-prodotti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kull proċess ta' bidla għandu implikazzjonijiet diversi li jistgħu anke jkunu konfliġġenti. L-importanti huwa l-effett globali ta' dawn l-implikazzjoni. Ma hemmx dubju li t-tneħħija tal-levies ser iġġib magħha roħs sostanzjali għall-konsumatur Malti minkejja xi aġġustamenti li jistgħu jiġu attwati fl-istess żmien fuq id-dazju applikat fuq xi prodotti oħra.
Leg 9 PQ #27924 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding — Ħaddiema

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 6181, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija dak inhar sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #27925 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien u liema huma t-toroq fejn qed jintalab li ssir bozza?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni Enemalta għandha talbiet biex jitwaħħlu lampi ġodda fi tlieta u erbgħin triq u sqaq f'Ħal Tarxien.
Leg 9 PQ #27979 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27556, jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu u x'inhuma l-kunsiderazzjonijiet li għamlet jew qed tagħmel il-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li għamlet il-Maltacom, jirriżulta li meta twaqqfet il-Korporazzjoni Telemalta fl-1975, għadd ta' impjegati li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Posta u Telephones ġew trasferiti mal-Korporazzjoni. Għal dan il-għan kienet intbagħtet lista bl-ismijiet ta' dawn il-ħaddiema trasferiti mal-Korporazzjoni u li, permezz ta' l-Att XVI ta' l-1975 (Telemalta), kellhom iżommu l-benefiċċji li kienu jgawdu bħala mpjegati tal-Gvern. Fost dawn il-benefiċċji kien hemm id-dritt tat-Treasury Commuted Pension Sum kif jirriżulta mit-Taqsimiet 30 u 33 ta' l-imsemmi Att. Madanakollu l-isem tal-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant mhux inkluż fil-lista msemmija aktar 'l fuq. Id-data ta' l-impjieg tiegħu mal-Korporazzjoni kienet il-25 ta' Ġunju 1979 u għalhekk ma huwiex intitolat għal dan il-benefiċċju.
Leg 9 PQ #27993 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

New Street Lightning

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir in-new street lightning fi Triq il-Ġojjin fil-Fgura, peress li issa għadda żmien mhux ħażin min meta saru l-applikazzjonijiet meħtieġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Naturalment dwar data wieħed irid jikkunsidra l-fatt li l-Korporazzjoni Enemalta għandha diversi talbiet simili pendenti.
Leg 9 PQ #27996 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħadd interessat li jkollu parti mill-Maltapost meta din tiġi privatizzata? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru ta' dawk interessati? Min huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju għadu kmieni u għaldaqstant ma jkunx prudenti li tingħata nformazzjoni dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #28013 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Insurance Brokers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MIMCOL dwar użu tas-servizzi ta' l-insurance brokers mill-kumpaniji parastatali? Huwa minnu li qed jingħata unfair advantage lill-kumpanija tal-insurance brokers, sussidjarja tas-Sea Malta, tant li saħansitra kien hemm ażjendi parastatali li ġew inkoraġġuti jaħtruha bħala sole insurance brokers tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #230 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati fl-Uffiċju tac-Chairman tal-Kumpanija Maltacom li ġew mogħtija żieda fis-salarju tagħhom minn kemm ilu f'din il-ħatra? Kemm żdiedu kull wieħed? X'kienu l-kriterji għal din iż-żieda? Kif ittieħdet id-deċizjoni u minn min?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li llum erbgħin fil-mija tal-Maltacom hija privatizzata u l-istess azjenda hija kkwotata fil-Borża ta' Malta. Hija l-fehma tal-Bord tad-Diretturi ta' ċerta nformazzjoni, bħal dik li qed tintalab f'din il-mistoqsija, hija ta' natura kummerċjali u jekk din tiġi pubblikata tista' tkun ta' dannu għall-istess azjenda fid-dawl tal-fatt li llum il-Maltacom qed topera f'qasam fejn hemm kompetizzjoni. Għaldaqstant ma nħossx li jkun fl-interess ta l-istess Maltacom li l-informazzjoni mitluba għandha tingħata. Fl-aħħarnett, ta' min josserva, li kull informazzjoni pubblika dwar il-Maltacom tinstab fir-Rapport Annwali ta' l-azjenda, liema nformazzjoni tiġi mgħoddija lill-Borża ta' Malta.