Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xemxija — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l-garanzija li kienet ngħatat lis-settur turistiku, li ma jsirux road works f'żoni prominenti turistiċi fix-xhur tas-sajf, kif fil-fatt qed jiġri bħalissa fl-inħawi tax-Xemxija b'inkonvenjent kemm għat-turisti kif ukoll għal Maltin li joqogħdu fl-inħawi kemm bħala residenti kif ukoll f'villeġġjatura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħlijiet li għamlet l-Awtorita' dwar it-Trasport fl-inħawi tax-Xemxija kienu jikkonsistu f'trinek li jaqsmu t-triq sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-cable tal-pelican crossing u surfacing ta' parti mit-triq. Ix-xogħlijiet setgħu jsiru biss wara li x-xogħol fuq il -promenade tlesta. L-ADT kienet ta' l-opinjoni li bl-iskop li jiġi evitat l-inkonvenjent għas-sewwieqa, ix-xogħlijiet ta' tiswijiet ma setgħux jistennew sa wara s-sajf. Madankollu ittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex dawn ix-xogħlijiet jitlestew fl-iqsar żmien possibli.

ADT — CEO

Question

Jikkonferma l-Ministru li s-CEO ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport għandu l-permess jopera aġenzija ta' l-ivjaġġar, u fil-fatt jopera din l-aġenzija? Ma jaħsibx il-Ministru li dan jista' joħloq konflitt peress li l-ħidma ta' l-awtorita' tista' tispiċċa mmirata aktar lejn it-turisti milli lejn il-poplu Malti, kif fil-fatt qed jiġri?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li meta ġie appuntat is-CEO kien hemm ftehim li dan jista' jżomm l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar. Dan il-ftehim huwa rifless fil-kuntratt tas-CEO fejn hemm speċifikat li m' hemm l-ebda konflitt ta' interess.

ADT — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19762 u jgħid, b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19600, min kienu dawk l-uffiċjali/impjegati (il-pożizzjoni tagħhom), inklużi membri tal-bord, li kellhom ċitazzjonijiet imħallsa mill-awtorita'? Kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ u x'kien ir-reat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

It-Tieni Distrett — Toroq Residenzjali

Question

Peress li meta jsiru mistoqsijiet parlamentari fuq toroq il-Ministru jirrispsondi li "qed isir programm ta' xogħlijiet ta' toroq residenzjali", jista' il-Ministru jgħid jekk din saritx għal lokalitajiet tat-Tieni Distrett u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT bdiet bil-bini mill-ġdid ta' diversi toroq residenzjali skond il-program ta' xogħlijiet ta' toroq. Triq Patri Taddew Schembri, parti minn Triq il-Magħsar u parti minn Triq il-Ħofra ġewwa Haż Żabbar ġew mibnija mill-ġdid u tlestew dan l-aħħar. L-ADT bħalissa qed tagħmel xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq f'parti minn Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq A Falzon u parti minn Triq il-Ħbit mill-Ajru fil-Kalkara. L-ADT fil-ġranet li għaddew ħarġet tender għall-bini mill-ġdid ta' Triq San Lawrenz ġewwa il-Birgu.

It-Tieni Distrett — Toroq Residenzjali

Question

Peress li meta jsiru mistoqsijiet parlamentari fuq toroq il-Ministru jirrispsondi li "qed isir programm ta' xogħlijiet ta' toroq residenzjali", jista' il-Ministru jgħid jekk din saritx għal lokalitajiet tat-Tieni Distrett u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT bdiet bil-bini mill-ġdid ta' diversi toroq residenzjali skond il-program ta' xogħlijiet ta' toroq. Triq Patri Taddew Schembri, parti minn Triq il-Magħsar u parti minn Triq il-Ħofra ġewwa Haż Żabbar ġew mibnija mill-ġdid u tlestew dan l-aħħar. L-ADT bħalissa qed tagħmel xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq f'parti minn Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq A Falzon u parti minn Triq il-Ħbit mill-Ajru fil-Kalkara. L-ADT fil-ġranet li għaddew ħarġet tender għall-bini mill-ġdid ta' Triq San Lawrenz ġewwa il-Birgu.
Leg 10 PQ #19853 Sitting 406 2006-07-03 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT — Biljetti ta' l-Ivjaġġar

Question

Jikkonferma l-Ministru li membru tal-bord ta' l-ADT kien ġie investigat dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar fi ħdan l-istess awtortia'? Jista' jgħid x'kien irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

ADT — Ċitazzjonijiet permezz ta' Speed Cameras

Question

Peress li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 19598 il-Ministru qal minkejja li l-ADT m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni ta' speed cameras fl-istess nifs qal li madankollu kien hemm ċirkostanzi fejn kellha tħallas xi ċitazzjonijiet, jista' il-Ministru jgħid lil min inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u x'kien l-ammont f'kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

ADT — Servizz ta' l-Internet

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19599, jista' il-Ministru jgħid min qed jagħmel użu mis-servizzi ta' l-internet li għalihom saru l-ħlasijiet imsemmija lill-Onvol u lill-Maltanet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-servizzi ta' l-internet li għalihom saru l-ħlasijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 19599, jagħmlu użu minnhom :- Id-Direttur Licensing & Testing Dept Ic- Chief Executive Officer Id- Deputy Chairman F-uffiċini ta’ l-ADT stess

ADT — CEO

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19601, jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord li ddeċidew fuq il-pakkett offrut lis-CEO? Jista' iwieġeb, jekk m'għandu xejn x'jaħbi, għall-kumplament ta' mistoqsija 19601 billi jgħid x'salarju u perks oħra għandu s-CEO, x'performance bonus ingħata għas-sena li għaddiet u min approvahulu u fuq liema kriterju u kemm tħallsulu għas-servizz tat-telefon fid-dar u għas-servizz tal-mobile matul l-2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-appuntament tas-CEO ta' ADT ġie kkonfermat wara li saru żewġ interviews, l-ewwel wieħed maċ-Chairman u d-Deputy Chairman u mbagħad mal-membri kollha tal-Bord minbarra waħda li kienet imsiefra. Is-salarju gross ta' Lm 20,000 fis-sena li għandu s-CEO kien ġie negozjat maċ-Chairman. Il-perks jinkludu car allowance (minflok karozza mħallsa mill-kumpanija), petrol, u kontijiet tal-mobile, telefone u internet. Il-performance bonus ivarja bejn 0-15% skond id-diskrezzjoni tal-Bord.

Birkirkara — Triq Mannarino

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir il-kisi tat-tarmac meħtieġ fejn saru t-tiswijiet fi Triq Mannarino, Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħlijiet imsemmija saru minn kuntrattur privat f’isem il-Water Services Corporation. Dan il-kuntrattur ġie nfurmat biex jiffinalizza x-xogħol ta' reinstatement mill-aktar fis possibli skond il-kundizzjonijiet tal-permess.

Double decker buses

Question

Peress li kien hawn operaturi barranin li operaw double deckers hawn Malta u peress li dawn jistgħu, meta jridu, joperaw hawn Malta, ma jidhirlux il-Ministru li din hija inġustizzja ma' l-operaturi Maltin u abbuż mill-ADT li dawn l-operaturi Maltin m'humiex permessi joperaw? Jekk dan mhux inġustizzja u abbuż, jista' il-Ministru jispjega dan l-aġir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Open top double deckers

Question

Jista' il-Ministru jagħti spjega għaliex l-ADT ma weġbitx għall-protest ġudizzjarju tal-4 ta' Mejju 2006 rigward l-open top double deckers li sar mid-diretturi tal-kumpannija Garden of Eden?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-ADT ma weġbitx għall-protest ġudizzjarju ta' l-4 ta' Mejju 2006 rigward l-open top buses, li sar mid-diretturi tal-Garden of Eden, peress li dak iż-żmien ma kienx opportun minħabba li kienu qed jiġu aġġudikati żewġ tenders ta' Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service using open-top buses - Tour A u Tour B.

Open top double deckers

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex issa li hawn is-suq miftuħ, għadu ma ħariġx il-permess għall-open top double deckers?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz b'open top buses jista' jingħata biss fuq żewġ rotot stabbiliti mill-Awtorita' dwar it-Trasport, u li għalihom l-ADT ħarġet sejħa għal proposti fil-21 ta' Marzu 2006. Din is-sejħa għal proposti għalqet fl-4 ta' Mejju 2006.

Double decker buses

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx diskrepanza bejn id-drittijiet ta' operaturi barranin ta' double deckers u d-drittijiet ta' operaturi Maltin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Żabbar — Girdle Road

Question

Peress li saret parti minn Girdle Road Zabbar, jista' il-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-partijiet l-oħra jsiru u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Novembru tas-sena l-oħra l-ADT organizzat Training Seminar għall-kuntratturi lokali, bl-iskop li jsir taħriġ fuq bini ta’ toroq. Għal dan it-taħriġ intagħżlet sezzjoni ta’ madwar 160m fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan it-taħriġ tlesta fi Frar. Il-parti tat-triq li ma ġietx irranġata hija inkluża fil-program ta’ toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji programm għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Lines Sofor (No Parking)

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura tittieħed sabiex isir line isfar (no parking) quddiem residenzi jew ħwienet? X'jiġġustifika li f'lok isir u ieħor le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-approvazzjonijiet għal single yellow lines huma ġeneralment assoċjati ma’ problemi fejn il-wesgħa tat-triq ma tkunx tippermetti li jsir parking għal diversi raġunijiet.

ADT — Liċenzji tal-coaches

Question

Jista' il-Ministru jgħid taħt liema regolament jew proċedura persuni li jidditjenu liċenzja special u cioe' dik li permezz tagħha jsuqu coaches issa li qegħda tiġi mġedda l-liċenzja tagħhom qegħdin jiġu sprovisti/imċaħħda (ossia din il-liċenzja mhix tiġġedded) mit-tiġdid ta' din il-liċenzja? Jista' jagħti spjega għal din l-azzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li ma teżisti l-ebda problema fit-tiġdid tal-liċenzja biex persuna tkun tista’ ssuq coach.

Xgħara — Trasport Pubbliku

Question

Peress li fir-raħal tax-Xagħra hemm l-MCAST u l-istudenti qed jilmentaw li ma hemmx trasport pubbliku adegwat, jista' il-Ministru jara jekk huwiex possibbli li s-servizz jopera aktar frekwenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fuq il-linja tax-Xagħra bejn is- 07.00 u 19.00 jeżistu tlettax il-vjaġġ li huma fil-ħinijiet segwenti :- 07.00 10.30 14.15 19.00 08.15 11.15 16.00 09.00 12.00 17.00 09.45 13.15 18.00 Jien infurmat ukoll li barra din ir-rotta jeżisti servizz ieħor li hu organizzat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li qiegħed speċifikament għall-ġarr ta’ l-istudenti.

ADT — Despatchers

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jirrispondi mistoqsija parlamentari 19626 u jgħid għal liema raġuni l-ADT ġabret l-ispecial licence tad-despatchers li jaħdmu magħha? Possibbli l-Ministru jivverifika jekk l-ADT kellhiex id-dritt li tagħmel dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 19808.