Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Ħamrun – Night Shelter

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20796, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun dwar il-ftuħ ta’ dan in-night shelter? Jista’ jgħid x’kien is-sehem tal-kunsill f’dawn id-diskussjonijiet u jekk il-kunsill intalabx jikkontribwixxi fl-operat ta’ dan in-night shelter?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fejn jidħlu servizzi fil-komunità, tista’ ssir kollaborazzjoni ma’ entitajiet diversi, inkluż Kunsilli Lokali. In-Night Shelter fil-Ħamrun sar f’kollaborazzjoni mas-settur privat u mhux mal-kunsill lokali.

Kunsill Lokali Ħamrun – night shelter

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15172, 11259 u 8856, jista’ l-Ministru jgħid x’ġara mill-proposta tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun sabiex isir night shelter fi Triq Villambrosa fil-Ħamrun? Peress li din il-proposta kienet qed tiġi evalwata mill-Gvern, jista’ jgħid x’wassal sabiex din il-proposta tiġi skartata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-residenti tal-Ħamrun għandhom night shelter ġdid fil-Ħamrun stess. Is-servizz jista’ jikber skont id-domanda li jkun hemm.

Il-Ħamrun – Night Shelter

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20797, jista’ l-Ministur jgħid jekk hemmx anzjani li diġà qegħdin jagħmlu użu minn dan in-night shelter? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm u mil-liema lokalità ġejjin? Jista’ jgħid jekk hijiex qed tingħata preċedenza lill-anzjani li jkunu joqogħdu l-Ħamrun jew fil-biswit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qegħdin isiru sessjonijiet ta’ orjentazzjoni għall-persuni li huma interessati li jużaw is-servizz ta’ dan in-night shelter. Normalment, dawn iċ-ċentri jintużaw minn nies li jkunu residenti fil-lokalita’ jew inkella jkunu jgħixu fil-qrib. Madanakollu mhix prassi li tingħata preċedenza abbażi ta’ lokalità.

Applikazzjoni għal dħul f’home – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni sabiex tidħol f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ imsemmi qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

San Vinċenz de Paule – care assistant course

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kkreditat is-servizz tal-Care Assistant Course ta’ San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-kors tal-Care Assistant huwa akkreditat mill-Universita ta’ Malta, bit-titolu ‘Care of the Elderly: Theory and Practice (LAS1101)’, u jġorr miegħu 14-il ECTS credits, filwaqt li man-National Commission for Further and Higher Education, il-kors huwa kkreditat bit-titolu ta’ ‘Award in Care of the Elderly for Care Assistant’ bi 17-il ECTS credits.

Anzjani — servizzi fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex anzjani jiġu mogħtija servizzi fil-komunità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Persuni li ngħataw servizzi fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li matul is-snin 2013 ,2014 u 2015 ingħataw xi servizzi fil-komunità għal kull servizz separatament għal kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Aġenzija Sapport – titjib fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’viżjoni għandha l-Aġenzija Sapport sabiex is-servizz li jiġi offrut mill-ħaddiema soċjali jkun aktar speċjalizzat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija SAPPORT, qed tfittex li twessa’ ir-riżorsi umani tagħha, speċjalment fejn jidħol l-ingaġġ ta’ ħaddiema soċjali, sabiex jingħata servizz iktar komprensiv lil min għandu bżonn kif ukoll ikun hemm sorveljanza akbar ġewwa iċ-ċentri ta’ matul il-jum Il-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija, jingħataw taħriġ relatat max-xogħol tagħhom, inkluż l-imġieba diffiċli tar-residenti u l-klijenti, is-saħħa mentali u l-bżonnijiet tat-tfal, sabiex dejjem jiġi offrut servizz iktar speċjalizzat. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, t-tfal b’diżabilità u l-familji tagħhom illum qed igawdu minn servizz ta’ sapport speċjalizzat biex tassew ikunu indirizzati d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ir-residenti/klijenti. Finalment, l-Aġenzija qiegħda wkoll tippjana kampanja edukattiva biex tippromovi s-servizzi tagħha fl-iskejjel, fil-kunsilli lokali u fid-dipartimenti tas-saħħa, sabiex il-visibilita’ tas-servizzi li toffri l-Aġenzija SAPPORT tkun waħda aktar estensiva, biex niżguraw li min verament għandu bżonn xi tip ta’ għajnuna, ikun jaf fejn għandu jirrikorri u minn x’hiex ser ikun qiegħed jibbenifika eventwalment.

Ċentri ta’ Matul il-Jum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu klijenti ġodda fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum minn Jannar 2015 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ klijenti ġodda li daħlu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum minn Jannar 2015 sallum kien ta’ 249.

Ċentri ta’ Matul il-Jum — investimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’investiment sar fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tul l-aħħar sena (12 il-xahar)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Diskors tal-baġit – 50 miljun ewro — proġetti Housing Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti u fuq kemm żmien hu mistenni li jintefqu l-50 miljun ewro għall-housing soċjali ġdid li hemm indikati fid-diskors tal-budget li qara l-Ministru tal-Finanzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa pjanat li l-50 miljun ewro għal housing soċjali ġdid li hemm indikat fid-diskors tal-budget jintefqu fuq perjodu ta' tliet snin. Il-lista dwar liema huma dawn il-proġetti ma tistax tingħata għalissa peress li bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qed tiffinalizza eżerċizzju ta’ liema huma l-aħjar siti għal dan il-proġett, waqt li wkoll għaddejjin diskussjonijiet mal-MEPA sabiex isiru xi amendi fuq il-pjanti ezistenti.

Qasam tad-Djar — strateġija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19073, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux biħsiebu jimxi mal-istrateġija dwar il-Qasam tad-Djar li tlestiet fit-23 ta’ Diċembru 2013 speċjalment ir-rakkomandazzjonijiet li hemm f’dan ir-rapport biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, kif indikat mill-istess Ministru fit-tweġiba?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 19073 għadha tgħodd.

MMDNA — pazjenti fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm l-infermiera tal-MMDNA jaraw pazjenti fil-komunità kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 ‘l hawn l-infermiera li jaħdmu fil-komunita’ raw dawn l-ammonti ta’ pazjenti: 2013 – 20,322 pazjent 2014 – 21,539 pazjent 2015 (sa l-aħħar ta’ Ottubru) – 21,037 pazjent

MMDNA – kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu kontijiet pendenti mal-MMDNA? X’inhu l-ammont ta’ flus li l-MMDNA għandha tieħu mingħand il-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u ma tistax tingħata.

Residenza San Vinċenz de Paule – kadavri ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienu qed jitpoġġew il-kadavri tal-anzjani li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule fil-perjodu li kien qed isir xogħol ta’ rinovar fil-kamra mortwarja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rinovar tal-kamra mortwarja ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule inqasam f’żewġ partijiet . Sakemm kien qed isir ix-xogħol fl-ewwel parti, il-kadavri tal-anzjani tpoġġew fil-parti fejn ma kienx qed isir xogħol biex b’hekk il-prezenza tal-mejjet dejjem ġiet irrispettata, f’liema spazju kien hemm il-privatezza, l-arja kundizzjonata u l-kundizzjonijiet li tgħin fil-preservazzjoni tal-mejjet.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20064 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tinsab fiit-tabella t’hawn taħt: Statistika bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015 Numru ta’ Nies li Rtiraw Numru ta’ Nies Impjegati Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR) 65 57 Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ 51 31 Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilita’ (KNPD) 3 5 Departiment għas-Serivizzi għall-Ħarsien Soċjali - (DSWS) 1 9 Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali - (FSWS) 19 232 Awtorita tad-Djar 14 17 Total 153 351 Fl-FSWS l-impjegati huma fil-maġġoranza assoluta tagħhom Social Workers u Sapport Workers.

Għawdex – Appartament — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa fl-appartament tal-Housing li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan peress li fl-aħħar ġimgħat ċedew partijiet mis-saqaf tiegħu u jista’ jkun li huwa ta’ periklu għal min qed jgħix fih?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, diġa’ saret spezzjoni mill-uffiċjali Tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar fl-appartament imsemmi u t-tiswijiet meħtieġa se jsiru.

Is-Siġġiewi – każ individwali ta’ żgumbrament

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward karta ta’ żgumbrament mill-fond imsemmi separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm bżonn l-indirizz sħiħ tal-persuna kkonċernata biex ikun jista’ jsir kuntatt miegħu.

Sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jieħdu sussidju tal-kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, preżentament 1,608 persuni qiegħdin jibbenefikaw minn sussidju tal-kera maħruġa mill-Awtorità tad-Djar.

Skema tal-Housing Authority

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li ħadu s-servizz tal-iskema tal-Housing Authority u mil-liema lokalità huma? Jista’ jgħid x’tip ta’ sussidju ħadu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema skema qed jirreferi.