Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li qed jiġu mgħallma fl-iSkola Ġużè Ellul Mercer fil-Gżira? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru u t-tul tal-lezzjonijiet li qed jiġu offruti f’din l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġetti mgħallma li jwasslu għall-eżami tas-SEC 2016 huma l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Fiżika jew ECDL. Jiġu mgħallma wkoll l-Edukazzjoni Fiżika u l-PSCD (l-iżvilupp soċjali, personali, u fl-aspett tal-karrieri).
Kull lezzjoni ddum 55 minuta u jkun hemm ħames lezzjonijiet kuljum jiġifieri 25 lezzjoni fil-ġimgħa. Dawn qiegħdin mqassmin hekk:-
Suġġett
Lezzjoni
Malti
5
Ingliż
5
Matematika
5
Fiżika jew ECDL
4
Edukazzjoni Fiżika
3
PSCD
3
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-Istitut għall-Edukazzjoni minn meta tħabbar u issa li d-designated chairperson ġie sostitwit? Jista’ jgħid x’xogħol sar sal-lum u meta se jibda jiffunzjona dan l-Istitut?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed jiġi kostitwit il-governanza tal-Istitut għall-Edukazzjoni u jiġi maħtur is-sapport amministrattiv. Kif dan ikun approvat, jiġi diskuss pjan ta’ ħidma li trid titwettaq taħt l-awspiċi ta’ dan l-Istitut.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslulux rapporti fejn membri tas-Senior Management Teams fl-iskejjel ġew mhedda minn ġenituri biex ibiddlu l-attendenza ta’ uliedhom biex ikunu jistgħu jirċievu l-benefiċċju ta’ €400? Jekk iva, sal-lum x’miżuri ttieħdu sabiex ikunu mħarrsa s-Senior Management Teams fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li kien hemm żewġ Kulleġġi li rrapportaw xi każijiet. Infurmat li l-każijiet ta' Kulleġġ minnhom waqfu mingħajr ma kien hemm bżonn li jittieħdu passi oħra mentri f'każ ta' Kulleġġ ieħor il-problema ġiet solvuta wara li l-Kap tal-Iskola spjegat lill-ġenitur il-proċess kollu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – servizz ta’ kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn, ma sar ebda użu mis-servizzi tal-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant mill-Ministeru, s-Segretarjat Parlamentari, d-Direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Skola Primarja tal-Mellieħa — servizz tat-trasport għat-tfal
Question
Jista' l-Ministru jara li s-servizz tat-trasport għat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tal-Mellieħa jibqa' jingħata kif dejjem ingħata fl-aħħar snin fejn dan jibqa' jinkludi wkoll t-tfal li joqogħdu fiż-żoni Ta' Masrija/Triq l-Iżbark tal-Franċiżi ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-trasport għat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tal-Mellieħa qed jingħata kif kien mitlub u skont in-numru ta’ studenti li għandhom bżonn it-trasport. It-tfal li joqogħdu fiż-żoni Ta' Masrija/Triq l-Iżbark tal-Franċiżi għandhom ukoll it-trasport li jgħaddi għalihom fil-pick up points indikati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa Russa? Kemm huwa l-ammont komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sena ma hemmx studenti li qegħdin jitgħallmu r-Russu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, u lanqas f'dawk tal-Knisja u Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża? Kemm huwa l-ammont komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ġappuniż ma jiġix offrut fl-iskejjel tal-Istat, u lanqas hemm studenti li qegħdin jitgħallmuh fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19363, jista’ l-Ministru jgħid mill-1,532 persuna li sabu xogħol, kemm ġew impjegati mas-settur pubbliku (mhux apprentistat), kemm mal-privat (mhux apprentistat) u kemm issieħbu f’xi waħda mill-iskemi tal-apprentistat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, mill-1,532 persuna li sabu xogħol, kien hemm 186 persuna li kienu impjegati mas-settur pubbliku (mhux apprentistat) filwaqt li 1,346 persuna kienu impjegati mas-settur privat (mhux apprentistat).
San Pawl il-Baħar – Triq il-Port Ruman – private tat-tfal tal-iskola
Question
Billi fl-inħawi ta' Triq il-Port Ruman, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, u t-toroq ta' madwar hemm numru ta' tfal sostanzjali li jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, u billi dawn l-istess tfal qed ikollhom jimxu distanzi pjuttost twal biex ikunu jistgħu jaqbdu l-private li twassalhom l-iskola, jista' l-Ministru jinvestiga l-possibiltà li l-coach li tiġbor dawn l-istess tfal tibda tgħaddi minn Triq il-Port Ruman biex tiġbor dawn l-istess tfal, u dan biex jiġi ffrankat ħafna skariġġ żejjed għat-tfal u l-ommijiet tagħhom, kif ukoll biex dawn l-istess tfal ma jkollhomx għalfejn jaslu l-iskola mxarrbin f'każ li tkun ix-xita?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment li jikkoordina t-Trasport tal-Iskejjel Statali ser jara jekk din it-talba tistax tiġi milqugħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2012? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm minnhom part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Nisa li bdew jaħdmu fl-2012
Full time
Part time
Total
Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena
5,886
3,433
9,319
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2012 wara sena, sentejn jew tliet snin inattivi
884
1,279
2,163
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2012 wara erbgħa snin jew aktar inattivi
577
1,124
1,701
Nisa li bdew jaħdmu fl-2012 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel
2,743
2,555
5,298
Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu x-xogħol fl-2012
10,090
8,391
18,481
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu tul din is-sena sa Settembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni impjegati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2015 hu ta’ 667 li minnhom 395 jaħdmu fil-qasam edukattiv fl-iskejjel.
Din il-figura ma tinkludix l-ingaġġ ta’ 82 invigilators ġodda mad-Dipartiment tal-Eżamijiet u 1058 persuna li ġew ingaġġati mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) fuq kuntratt definit bejn l-1 ta’ Lulju 2015 u t-30 ta’ Settembru 2015 sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-ċentri ta’ Skola Sajf.
Università ta’ Malta – programmi ġodda għas-sena akkademika 2014/2015
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika kemm ġew approvati programmi ġodda għas-sena akkademika 2014/2015? Liema kienu dawn il-programmi u kemm kienet l-ispiża għall-Università ta’ Malta? Jista’ jagħti lista ta’ tali programmi ġodda kif ukoll jagħti l-proġettazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ għal kull programm li ġie approvat? Jista’ jispeċifika kemm applikaw studenti għal kull programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-korsijiet ġodda li ġew offruti għall-ewwel darba fis-sena akkademika 2014/2015, dettalji tad-dħul u l-ħruġ għas-sena 2014/2015, kif ukoll il-proġettazzjoni tad-dħul u l-ħruġ għall-istess sena. Inklużi wkoll in-numru ta’ applikanti aċċettati fil-bidu tas-sena akkademika kif ukoll in-numru ta’ studenti li kienu għadhom irreġistrati fuq dawn il-korsijiet fl-ewwel ta’ Settembru 2015.
Infurmat li l-ispejjeż irrappurtati f’din il-lista huma spejjeż inkrimentali li qed jirriżultaw bħala effett dirett minn dawn il-korsijiet. Spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġenerali mhumiex qed jiġu inklużi.
Xi korsijiet qed jidhru li m’għandhom ebda spejjeż. Dan minħabba l-fatt li dawn qed jiġu mgħallma minn riżorsi interni tal-Università u m’hemm l-ebda spejjeż addizzjonali.
Fil-każ tal-Bachelor of Humanities, l-istudenti qed jingħaqdu ma’ studenti oħra li qed isegwu l-Bachelor of Arts f’suġġetti varji. Fil-każ tal-Bachelor of Science (Honours) - (Biology) single subject, dawn l-istudenti wkoll qed jingħaqdu ma’ studenti tal-Bachelor of Science (Honours) in Biology & Chemistry għal ħafna mill-klassijiet tagħhom. Qed isegwu wkoll xi ftit klassijiet waħedhom. F’dan il-każ, qed jiġu mgħallma minn riżorsi interni tal-Università.
Università ta’ Malta – popolazzjoni tal-istaff akkademiku, amministrattiv u industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni tal-istaff akkademiku, amministrattiv u industrijali sena b’sena mis-sena 2000 sas-sena 2010, irrispettivament mis-sistema użata? Jista’ jgħid jekk l-Università ta’ Malta żżommx statistika f’dan ir-rigward?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija jkun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument Nru. 5947 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 320, it-Tnejn, 2 ta' Novembru 2015)
Università ta’ Malta – annual reports u published accounts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-annual reports u l-published accounts waqfu jiġu ppublikati wara s-sena 2008 kif muri f’din il-link tal-website tal-Universita ta’ Malta (http://www.um.edu.mt/about/uom/publications)? Jekk qed jiġu ppublikati, jista’ jgħid fejn? F’liema Kunsilli tal-Università ġew approvati l-accounts? Jista’ jelenka d-dati tal-kunsilli fejn ġew approvati l-accounts għas-snin 2008-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għalkemm l-annual report u l-published accounts m’għadhomx joħorġu fl-istess format, issa hemm format li jikkonsisti minn żewġ partijiet: l-ewwel parti – elenku tal-audited accounts tal-Università; u t-tieni parti – l-executive summary. L-audited accounts u l-executive summary qed jiġu ppubblikati fuq is-sit [http://www.um.edu.mt/finance/service/auditedfinancialstatements] fejn hemm informazzjoni iktar iddettaljata minn qabel fuq l-accounts tal-Università sena b’sena.
Skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Kap. 347 l-obbligu tal-Università ta’ Malta huwa li tgħaddi r-rendikont finanzjarju tagħha, approvat mill-Kunsill u awditjat b’mod indipendenti ta’ kull sena lill-Ministru kkonċernat dwar l-Edukazzjoni li mbagħad jippreżentahom lill-Parlament. Ir-rendikonti finanzjarji ġew approvati fil-laqgħat tal-Kunsill rispettivi kif ġej:
Sena
Data tal-Kunsill
2007/8
12/02/2009
2008/9
28/01/2010
2009/10
19/05/2011
2010/11
09/02/2012
2011/12
07/02/2013
2012/13
30/05/2014
2013/14
06/02/2015
Ir-rendikonti finanzjarji ta’ kull sena rispettiva ġew mgħoddija lill-Ministru kkonċernat.
Hemm ongoing updated webpage (News on Campus – NOC) li turi l-attivitajiet u aħbarjiet li qed jiġru minn ġimgħa għal ġimgħa. Qed jiġi ppubblikat ukoll it-Think magazine li joħroġ erba’ darbiet fis-sena u li jitratta aspetti differenti ta’ riċerka li qed tagħmel l-Università.
Università ta’ Malta – nefqa għas-sena akkademika 2014/2015
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Università ta’ Malta għal kull fakultà, istitut u ċentru għas-sena akkademika 2014/2015? Jista jinkorpora l-ispiża rikurrenti kollha fl-informazzjoni li se jagħti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar l-ispejjeż għal kull fakultà, istitut u ċentru tal-Università ta’ Malta għas-sena akkademika 2014/2015 hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li dawn il-figuri huma estimu peress li s-sena akkademika u finanzjarja 2014/15 tal-Università ta’ Malta tagħlaq fit-30 ta’ Settembru. Dawn il-figuri jeskludu wkoll spejjeż li għandhom x’jaqsmu ma' proġetti jew attivitajiet li qegħdin jiġu ffinanzjati minn sorsi esterni bħall-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs ġodda li ġew impjegati fl-iskejjel statali Għawdxin qabel il-bidu tas-sena skolastika 2015-2016? Jista’ jgħid ukoll f'liema settur (primarju, sekondarju u post sekondarju) ġew impjegati dawn l-edukaturi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm għalliema waħda ġdida, shared bejn skola sekondarja u skola post-sekondarja f’Għawdex. Għalliema oħra ġdida li tgħix Għawdex kienet deployed Għawdex minħabba kumplikazzjonijiet fit-tqala. Hi mistennija li terġa’ tkun deployed lura Malta wara l-leave tal-maternità.
Vakanzi f’Għawdex normalment jingħataw lil għalliema u LSAs residenti Għawdex, imma jaħdmu Malta. Dan isir skont lista ta’ anzjanità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema u LSAs li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex matul is-Sajf 2015? Jista’ jgħid ukoll f'liema settur primarju, sekondarju jew post sekondarju ġew trasferiti dawn l-edukaturi ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li b’kollox ġew trasferiti 37 persuna. Dawn kienu mqassmin hekk:
Għalliema Primarja: 11 (3 minħabba kumplikazzjonijiet fit-tqala, 8 fuq bażi temporanja inklużi 3 li huma back-to-back ma’ 3 li jinsabu fuq xi forma ta’ Leave)
Għalliema Sekondarja: 5 (3 minħabba kumplikazzjonijiet fit-tqala, 1 minħabba li qed tkompli tredda lit-tarbija sa ma tagħlaq 6 xhur, 1 fuq bażi shared bejn Malta u Għawdex)
Għalliema Servizzi Peripatetici: 1 (minħabba kumplikazzjonijiet fit-tqala)
LSAs: 20 (14 minħabba kumplikazzjonijiet mediċi li ma jippermettilhomx li jaħdmu Malta, 6 minħabba kumplikazzjonijiet fit-tqala)
Dawn l-20 LSA/Supply LSA jgħinu fl-iskejjel Primarji u Sekondarji skont il-ħtieġa.
Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti – kapijiet, assistenti kapijiet, għalliema, LSAs u edukaturi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, statistika bin-numru totali ta' kapijiet u assistenti kapijiet, għalliema, LSAs u edukaturi oħra li ġew impjegati fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti għal matul is-sena skolastika 2015/2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi:
Skejjel tal-Istat
Kapijiet ta’ Skejjel
15
Assistenti Kapijiet
20
Jinkludi 10 li għadhom qed jistennew il-ħatra uffiċjali
Għalliema
169
Għalliema Supply
41
Hemm ukoll 129 għalliema Supply li kellhom il-ħatra mġedda
LSA Supply
45
Hemm ukoll 820 LSA Supply li kellhom il-ħatra mġedda
KGA Supply
0
Hemm 10 KGA Supply li kellhom il-ħatra mġedda
Skejjel tal-Knisja u Indipendenti
Knisja
Indipendenti
Total
Kap ta' Skola
2
0
2
Assistenti Kapijiet
6
2
8
Għalliema
139
4
143
LSAs
171
18
189
HoDs
0
0
0
KGAs
8
7
15
Social Worker
1
0
1
Total
327
31
358
Skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji tal-Istat, Indipendenti u tal-Knisja — studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li bdew is-sena skolastika 2015/2016 fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji tal-Istat, Indipendenti u tal-Knisja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn qegħdin jattendu skejjel statali u tal-knisja primarji, sekondarji u post sekondarji Għawdxin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li bdew is-sena skolastika 2015/2016 fl-iskejjel tal-Istat huwa:-
Primarji Malta u Għawdex - 14,195
Sekondarji Malta u Għawdex - 11,339
Post Sekondarji Malta u Għawdex - 2,700 (stima għaliex ir-reġistrazzjoni għadha għaddejja.)
Dawn it-totali jinkludu:
1,155 student fl-iskejjel Primarji tal-Istat t’Għawdex,
825 student fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat t’Għawdex, u
550 student fl-iskejjel Post Sekondarji t’Ghawdex (stima għaliex ir-reġistrazzjoni għadha għaddejja.)
Dawn il-figuri ma jinkludux 5,712-il student fil-livell tal-Kinder ta’ Malta, 267 student fil-livell tal-Kinder t’Għawdex u 152 student fir-Resource Centres.
In-numru ta’ studenti li bdew is-sena skolastika 2015/2016 fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji f’tal-Knisja u Indipendenti huwa kif se nsemmi:-
Malta
KnisjaIndipendentiTotal
Primarja6965406511030
Sekondarja684222149056
Post-Sekondarja7882371025
Total14595651621111
Għawdex
KnisjaIndipendentiTotal
Primarja5760576
Sekondarja6810681
Post-Sekondarja000
Total125701257
Infurmat ukoll li n-numru ta’ studenti reġistrati fuq korsijiet full-time bħalissa fl-MCAST hu 6,352. Minnhom, 191 qed jattendu fil-Kampus ewlieni t’Għawdex. Ta' min jgħid li dawn in-numri mistennija jitilgħu fil-jiem li ġejjin peress li l-applikazzjonijiet li ttieħdu matul it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet (29 ta’ Settembru sat-2 ta’ Ottubru) kif ukoll late applications wara t-tieni sejħa qegħdin jiġu pproċessati bħalissa.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li bdew is-sena skolastika 2015/16 fil-Junior College huwa kif ġej:
l-Ewwel sena - 1310
it-Tieni sena - 1019
Total - 2329
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema korsijiet fl-MCAST, ma kellhomx biżżejjed applikanti biex ikunu jistgħu jinfetħu għall-istudji, f'din is-sena skolastika? F'kull każ, kemm kien meħtieġ li jkun hemm applikanti, u kemm applikaw persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-MCAST mhuwiex se jiftaħ il-korsijiet segwenti minħabba n-numru żgħir ħafna ta' applikanti.
Isem tal-kors
Numru ta' applikanti
AG3-02-14-MCAST Diploma in Fish Husbandry
1
AS6-01-15T-Bachelor of Science (Honours) in Chemical Technology (top-up)
2
AD3-A4-14-MCAST Diploma in Printing
1
CE3-A6-14-MCAST Diploma in Building Services Installations (Plumbing or Plumbing and Electrical)
1
CE4-A7-15-MCAST Advanced Diploma in Building Services Engineering
3
CE5-01-14-MCAST Higher Diploma in Masonry Heritage Skills (Kapumastru)
3
EE4-A9-14-MCAST Advanced Diploma in Electronics (Power Electronics)
2
EE6-03-15-Bachelor of Science (Honours) in Power Generation and Renewables
1
EE6-07-14T-Bachelor of Engineering (Honours) in Electronics Engineering (top-up)
1
CE3-02-14G-MCAST Diploma in Construction Engineering
1