Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12759 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Joanne Gardens - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk qattx ġie approvat li x-xogħol kollu f'Joanne Gardens ġewwa Ħal Tarxien issir mill-Ministeru ta' l-Ambjent a spejjeż tiegħu? Jista' jgħid jekk din id-deċiżjoni inbidlitx? Jekk fl-affermattiv, meta u għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ftehim li kien hemm mat-Taqsima tax-Xogħlijiet, kien ikopri dawn ix-xogħlijiet: (i) xogħol ta' konkos u kurduna ġdida li qed isir minn ħaddiema tad-Dipartiment. (ii) pavimentar ġdid. (iii) arbli u stallazzjoni ġdida tad-dawl. (iv) bankijiet.
Leg 9 PQ #12824 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tarzna — Twaqqigħ ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet għat-twaqqigħ tal-ħajt tad-dock tat-Tarzna f'Bormla? Meta hu mistenni li jibda dan ix-xogħol? Min se jagħmlu u b'liema kondizzjonijiet miftiehma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq is-sit biex ikun jista' jitwaqqa' l-ħajt tal-Baċir Numru 1, diġa' beda u dan qiegħed isir b'kollaborazzjoni bejn it-Tarzna u t-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #12923 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Gżira — Triq ix-Xatt - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar id-drenaġġ miżdud li spiss jakkumula ħafna ilma fi Triq ix-Xatt, Gżira?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-problema li tinqala' fi Triq ix-Xatt, Gżira hija biss waqt ix-xita u mhux għax hemm xi sadd fis-sistema tad-drenaġġ. Ladarba tieqaf ix-xita, il-'flow' fil-main tad-drenaġġ jerġa' jiġi għan-normal
Leg 9 PQ #13025 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif dwar il-Proġett tal-Kavallier ta' San Ġakbu: (1) Kemm kien stmat li se jqum il-proġett; (2) Kemm fil-fatt ġie jiswa; (3) Kif intgħażel il-konsulent ewlieni; (4) Kemm tħallas il-konsulent s'issa u kemm hu stmat l-ammont finali; (5) Fid-dawl tan-natura ferm sensittiva ta' dan il-patrimonju nazzjonali għaliex ma saritx kompetizzjoni fuq bażi nazzjonali u ladarba l-konsulent ġie magħżul, għaliex il-proposti ma ġewx esebiti għal kummenti tal-pubbliku milli l-poplu ġie mogħti "fait accompli", speċjalment fid-dawl tan-natura kontroversjali ta' l-intervent fuq dan il-wirt storiku; (6) Għas-sit ta' l-Opera House kienu sar żewġ kompetizzjonijiet nazzjonali u ġew identifikati l-aħjar proposti. X'inhi r-raġuni li x-xogħol tal-konsulenza/disinn se jerġa' jingħata b'direct order, flimkien mal-bus terminus?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

1. L-istima tal-Proġett kienet fil-bidu ta' l-1995 ta' madwar Lm2,000,000. Din kienet ibbazata fuq 'Concept Designs' biss u kif il-proġett beda jiġi disinjat u t-tenders għax-xogħlijiet jinħarġu, din l-istess stima kienet qed tkun aġġornata. 2. Huwa stmat li meta jkun lest il-proġett ikun sewa Lm3,678,830. 3. Il-Konsulent ewlieni intgħazel wara sejħa pubblika għal turija ta' interess mingħand Periti għad-disinn ta' Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti. Ġew mitfugħa 19 -il applikazzjoni li minnhom intgħazlet dik tal-Profs. Richard England. 4. Sa issa l-konsulent tħallas Lm157,350 u għad fadal madwar Lm20,000 x'jitħallas. 5. Bħal ma taf l-Onor. Interpellant, kompetizzjonijiet ta' din in-natura fuq bazi nazzjonali qatt ma taw rizultat mixtieq. Ezempju ċar huwa propju dak għall-iżvilupp tas-sit ta' l-Opera House, li huwa parti integrali ukoll mix-xogħol li sar fuq il-Kavallier ta' San Gakbu. Għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li minflok issir kompetizzjoni għad-disinn, kien ikun aħjar li jintgħażel Perit fost dawk li kienu interessati fil-proġett. B'dan il-metodu seta' isir aktar djalogu dirett ma' min ikun qiegħed jiddisinja u għalhekk ir-rizultat ikun ferm aħjar milli kieku wieħed jitħalla għal rasu u joħroġ disinn fi żmien qasir u li ma jkunx jirrifletti il-bżonnijiet tal-klijent. Bħal ma għidt diversi drabi, l-Gvern flimkien mal-Perit u l-Konsulenti l-oħra tiegħu dejjem qagħad attent biex bix-xogħol li jsir f'dan il-post, ma jsir xejn li jkun ta' dannu għall-wirt storiku tal-post. Il-pjanti kollha ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-approvazzjoni tagħhom u l-Awtorita' segwiet mill-qrib ix-xogħol kollu li sar. 6. Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ kompetizzjonijiet nazzjonali li rreferiet għalihom it-tnejn taw rizultat negattiv. Bħal ma kien irrealizza l-Gvern ta' qabel fil-proposti tiegħu għall-Proġett 'Malta 2000', is-sit tat-Teatru Rjal ma jistax jiġi zviluppat waħdu imma jrid ikun qiegħed integrat mal-proposti l-oħra ta' Pjazza Ħelsien. Dak inhar Pjazza Ħelsien ġiet marbuta ma' l-izvilupp tat-Teatru Rjal u l-Bus Terminus kien qiegħed jitqies bħala proġett għalih indipendenti mill-izvilupp l-ieħor. Tħalla barra l-izvilupp ta' Bieb il-Belt li suppost li kellu jagħqqad dawn iż-żewġ proġetti flimkien. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li, qabel ma nkomplu sejrin f'din it-triq, isir Master Plan għal din il-parti tal-Belt li tkun tinkludi l-izvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal, l-izvilupp ta' Pjazza Ħelsien, Bieb il-Belt, il-Bus Terminus u l-inħawi ta' madwarhom. Dan li ġie mqabbad jagħmel il-Konsulent.
Leg 9 PQ #12289 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Triq Labini - Xogħlijiet

Question

Peress li residenti anzjani fi Triq Labini, ir-Rabat, ilhom jitolbu sabiex jiġu rranġati l-ħofor u l-pendil ta' l-ilma ta' din it-triq ix-xhur, jista'l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #12290 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wardija/Mġarr — Ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jiġu rranġati l-ħitan tas-sejjiegħ tal-bdiewa f'Ta' San Martin, il-Wardija, u f'Tas-Santi limiti ta' l-Imġarr? Kemm fil-fatt saru xogħlijiet simili f'dawn l-inħawi mill-aħħar maltempata li saret is-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa mpossibbli li l-Gvern isewwi l-ħsarat kollha li jsiru fil-ħitan tas-sejjieħ wara kull maltempata. Għalhekk ta' min jerġa' jiċċara li għalkemm il-Gvern qiegħed jieħu interess, dan bl-ebda mod ma jfisser li r-responsabbilta' tat-tiswija tal-ħitan tas-sejjieħ hija tal-Gvern u mhux tal-privat. S'issa għad ma saru l-ebda xogħlijiet fl-inħawi ta' San Martin, il-Wardija u f'Tas-Santi. Wieħed jispera li xogħlijiet oħra jitlestew biex inkunu nistgħu naslu għal dawn ukoll.
Leg 9 PQ #12663 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-gvern biex iwassal id-drenaġġ lid-djar kollha fir-raħal tal-Baħrija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi għar-rigward ta' dawk id-djar kollha fil-qalba tal-Baħrija li jistgħu jitqabbdu 'by gravity' mas-sistema tas-'cesspits' eżistenti, dawn qegħdin jitqabbdu kollha. Għalissa s-sistema tibqa' dik eżistenti, jiġifieri li d-drenaġġ kollu jinġabar ġewwa żewġ fosos kbar li jitbattlu perjodikament.
Leg 9 PQ #12664 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Miżbla

Question

Peress li kelli lmenti minn kostitwenti dwar l-irwejjaħ li dejjem qed jiżdiedu mill-miżbla tal-Magħtab, jista' jgħid x'inhuma l-pjani mmedjati tal-gvern biex jikkontrolla l-irwejjaħ li qed jdeqju lil eluf ta' nies? Kemm se titħalla tikber din il-miżbla? Kemm hu stmat li ntefa' materjal f'din il-miżbla matul l-1999? Liema kien l-aktar materjal li ntefa' fil-Magħtab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern beda l-proċess biex jingħata kuntratt għall-makkinarju li jkisser u jagħrbel parti mill-iskart li jirriżulta mill-industrija tal-Kostruzzjoni biex ikun jista' jitgħatta aħjar l-iskart li jintradam, dak Domestiku u dak Industrijali, li huwa kaġun prinċipali ta' l-irwejjaħ. Il-pjan għall-immaniġjar ta' l-iskart, li għandu jiġi ppubblikat, se jinkludi proposti li għandhom iwasslu għall-kontroll tal-miżbla tal-Magħtab. L-ammont ta' materjal li ntefa' f'din il-miżbla matul l-1999 kien ta' 1,175,090 tunellata. L-aktar materjal li ntefa' fil-miżbla tal-Magħtab, li jlaħħaq madwar 82% tal-piż totali, kien dak l-iskart li jirriżulta mill-Industrija tal-Kostruzzjoni u li ma jikkaġunax irwejjaħ.
Leg 9 PQ #12365 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamu x-xogħlijiet li saru fil-Kavallier ta' San Ġakbu biex jinbidel f'ċentru ta' l-arti? Jista' jagħti d-dettalji, item b'item? X'attenzjoni ttieħdet biex dawn ix-xogħlijiet jirrispettaw in-natura tal-wirt storiku u kulturali tal-bini tal-Kavallier ta' San Ġakbu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa stmat li x-xogħlijiet li saru u li għad iridu jsiru fil-proġett tal-Kavallier ta' San Ġakbu jiswew Lm3,678,830. Peress li x-xogħol għadu għaddej, iċ-ċifri finali jistgħu jinbidlu. Hawn taħt hawn id-dettalji ta' kif huma maqsumin l-ispejjeż: XOGĦLIJIET LM ---------------------------------------------- ------------------ Tneħħija ta' strutturi li kienu nbnew matul iż-żmien u restawr fuq ġewwa 71,468 Xogħol strutturali (l-ewwel fażi) 462,000 Xogħol strutturali (it-tieni fażi) 431,286 Servizzi elettriċi u mekkaniċi 769,667 Soqfa tat-teatru u atrium (domes) 267,095 Struttura fit-teatru 115,374 Xogħlijiet ta' "finishes" (l-ewwel fażi) 293,733 Xogħlijiet ta' "finishes" (it-tieni fażi) 531,888 Apparat għat-teatru u ċinema 246,941 Restawr tas-sur minn barra 39,185 Aperturi ta' l-injam li jagħtu għal barra 14,121 Substation ta' l-elettriku 20,086 Xogħol ta' rħam madwar l-istatwa ta' Sir Paul Boffa u quddiem il-Bieb tal-Kavallier 5,000 Pagi tal-ħaddiema tal-gvern u spejjeż oħra 145,765 KONSULENTI ---------- Konsulent fuq id-disinn 177,350 Konsulent fuq it-teatru 49,000 Konsulent fuq ir-restawr 8,239 Konsulent fuq is-servizzi elettriċi 15,747 Konsulent fuq is-servizzi mekkaniċi 14,885 --------- TOTAL 3,678,830 --------- Ittieħdet kull attenzjoni u prekawzjoni neċessarja biex ma ssir l-ebda ħsara fil-wirt storiku arkitettoniku tal-post. Ix-xogħol kollu sar skond permessi maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kien hemm monitoring sħiħ tax-xogħol kollu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Ix-xogħol li kien inbeda qabel Ottubru 1996, tkompla bl-istess metodu bejn dik id-data u Settembru 1998 u tkompla wkoll bl-istess metodi wara dik id-data sa kemm kien inawgurat iċ-ċentru fil-31 ta' Diċembru 1999.
Leg 9 PQ #12656 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — St Francis Street - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fejn waslu l-provvedimenti biex residenti fi Triq St Francis, Wied il-Għajn, ikollhom is-servizz ta' drenaġġ kif suppost u mixtieq? X'qed isir biex ma jkomplix jiskula drenaġġ li jista' jikkontamina s-sistema ta'l-ilma u biex razzett li qed jingombra l-iżvilupp tas-sistema tad-drenaġġ tinstablu soluzzjoni dejjiema u effettiva?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-drenaġġ fi Triq St. Francis, Wied il-Għajn qatt ma tkompla għas-sempliċi raġuni li rridu ngħaddu minn ġo razzett, li qiegħed jimblokka t-triq proposta, u jidher li hemm xi problemi biex jiġi esproprijat. Minħabba f'hekk saret tender għat-tħaffir ta' drenaġġ temporanju minn ġewwa propjeta' privata biswit ir-razzett. Din se ssir bil-volonta' tajba ta' sid din il-plot privata. Malli jitwaqqa' r-razzett dan il-main jispiċċa u jsir main ġdid fejn hemm it-triq proposta, jiġifieri minflok ir-razzett.
Leg 9 PQ #12254 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Bdiewa — Regoli ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinformani bir-regoli l-ġodda li jridu jaddottaw il-bdiewa għar-rigward tal-methyl bromide matul is-sena 2000 u 'l quddiem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12256 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru.12 — Xogħlijiet

Question

Liema huma dawk ix-xogħlijiet li se jsiru fil-kampanja tat-12-il distrett matul it-tliet xhur li ġejjien sabiex tissewwa l-ħsara kawżata mill-maltemp li għamel fil-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' nies fuq dan ix-xogħol huwa limitat ħafna. Dawn in-nies bħalissa huma okkupati fuq xogħlijiet oħra li m'humiex fit-12-il Distrett. Għat-tlett xhur li ġejjin għad hemm ħafna xogħol xi jsir fosthom f'ħitan delikati u għoljin sewwa madwar it-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien.
Leg 9 PQ #12335 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidel id-drenaġġ fl-area ta' Ħajt il-Wied taż-Żejtun minħabba li jien informat li s-sistema li hemm mhux qed tlaħħaq mad-domanda li llum kibret sew? Billi l-pajpijiet tad-drenaġġ f'din l-area llum saru żgħar, hemmx il-ħsieb li jinbidlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-fatt hemm ħsieb li jsir relief sewer-main ġewwa Ħajt il-Wied, iż-Żejtun. Tender għal dan ix-xogħol għandha tiġi ppubblikata fil-futur.
Leg 9 PQ #12383 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir sabiex tissewwa t-triq li nqalgħet kollha bil-maltemp, li mill-Kalkara tagħti għal Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12429 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Girdle Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex titneħħa l-kruha u l-periklu għas-saħħa pubblika minn miżbla estensiva f'Girdle Road, Ħaż-Żabbar? Jidhirlu l-Ministru li meta jkun hemm problema bħalma qed isir dan il-post mhix biss kwestjoni u materja ta' kunsill lokali wieħed u li l-intervent tal-Gvern Ċentrali huwa f'waqtu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onorevoli Interpellant kien riferut lill-Unit għal Ambjent Aħjar li twaqqaf apposta fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #12506 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

Convention on Biological Diversity

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk Malta hijiex firmatorja tal-Convention on Biological Diversity?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Malta iffirmat din il-Konvenzjoni fil-5 ta' Ġunju 1992.
Leg 9 PQ #12512 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il distrett hu maqsum id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi? Liema lokalitajiet jifformaw kull distrett? Min hu l-uffiċjal u x'inhu l-grad tiegħu li jmexxi kull distrett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi hu maqsum f'għaxar distretti li huma kif ġej: Distrett 1 Valletta, Floriana, Marsa, Ħamrun, Pieta'. Uffiċjal inkarigat: John Galea STO Distrett 2 Vittoriosa, Cospicua, Kalkara, Senglea, Fgura, Xagħjra, Żabbar, M'Scala, Żejtun. Uffiċjal inkarigat: Charles Briffa STO Distrett 3 Paola, Santa Lucija, Tarxien, Gudja, Għaxaq, B'Bugia, Marsaxlokk. Uffiċjal inkarigat: Edwin Caruana STO Distrett 4 Luqa, Safi, Kirkop, Żurrieq, Mqabba, Qrendi. Uffiċjal inkarigat: Anthony Barbara STO Distrett 5 Żebbuġ, Siġġiewi, Qormi. Uffiċjal inkarigat: Ludvic Vella STO Distrett 6 Msida, San Ġwann, Sliema, Swieqi, St Julians, Gżira. Uffiċjal inkarigat: Philip Bugeja STO Distrett 7 B'Kara, Balzan, Attard, Santa Venera, Lija. Uffiċjal inkarigat: John Mary Vella ATO Distrett 8 Rabat, Mdina, Dingli, Mtarfa. Uffiċjal inkarigat: Charles Vassallo TO Distrett 9 Mosta, Iklin, Għargħur, Naxxar. Uffiċjal inkarigat: Joe Valenzia Depares STO Distrett 10 Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Mġarr, Buġibba, Wardija, Żebbiegħ. Uffiċjal inkarigat: Alfred Grima TO
Leg 9 PQ #12513 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Perit Richard England — St James Cavalier

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas sal-lum mill-Gvern il-Perit Richard England għax-xogħol ta' konsulenza li wettaq fil-proġett tas-St James Cavalier? Kemm hu stmat li jonqsu jitħallas il-Perit England?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sa llum, il-Perit Richard England ħa s-somma ta' Lm157,350. Hu jonqsu jitħallas is-somma ta' Lm20,000.
Leg 9 PQ #12601 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrileva kemm-il applikazzjoni għal xogħol privat mill-istess impjegati tad-dipartiment ġew sottomessi f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jgħidilna wkoll kemm minnhom ġew approvati u kemm minnhom ma ġewx approvati, u dawn ta' l-aħħar jekk inhu l-każ fuq liema mertu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm 10 applikazzjonijiet għal xogħol privat mill-impjegati ta' dan id-Dipartiment. Xi wħud minnhom kienu applikazzjonijiet għal liċenzja ta' ħanut jew ta' xi liċenzja tas-sewqan. Sitta minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati, iżda l-erba' l-oħra ma ġewx approvati. Dawk li ma ġewx approvati kienu dawn li ġejjin: 1. Applikazzjoni biex jinfetaħ ħanut tad-dolceria; 2. Applikazzjoni għal Category C/E driving licence (Truck driver); 3. Applikazzjoni biex jinġabar żejt ta' l-ikel użat minn Restaurants permezz ta' truck; 4. Applikazzjoni għal Category D driving licence. (Minibus, Bus, Coach). Fl-erba' każijiet imsemmija, l-applikazzjonijiet ġew irrifjutati għaliex ix-xogħol involut isir f'ħinijiet li fil-parti l-kbira huma identiċi għal ħinijiet normali tax-xogħol.
Leg 9 PQ #12190 Sitting 219 2000-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Qlejgħa — Skart

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 12060?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li investigazzjoni saret u jirriżulta li minħabba l-kontinwita' tax-xita mhux possibbli illi dan it-tindif isir għal issa.