Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17890 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għargħur — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Għargħur mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fil-Għargħur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu mid-dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 fil-Għargħur kien ta' 785. It-tipi huma dawn li ġej : Boudlea 6Daisy 22Geraniums 40Hibiscus 9Honey Suckle 6Lantana 20Lavander 12Marigolds 200Myrtle 30Quercus 2Rhaphlepis 2Santolina 25Schinus 5Statice 200Stocks 200Tecoma 6 ---------- 785 Dwar l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17883.
Leg 9 PQ #17891 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartiment u l-ministeru, inkluż is-segretarjat privat? F'liema dipartiment iservu dawn il-karozzi? Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument u f'liema dipartiment iservu?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta karozzi li huma mikrija mad-Dipartiment u l-Ministeru ta l-Agrikoltura u Sajd huwa 22. Dawn huma mqassma kif gej: Ministeru (Segretarjat) 3Ministeru (Segretarju Permanenti) 1Dipartiment tas-Sajd u Akwakutura 3Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 2Dipartiment ta l-Agrikoltura 12Dipartiment ta l- Policy and Planning 1 In-numru ta karozzi impressed mad-Dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru ta l-Agrikoltura u Sajd huwa 11. Dawn huma mqassma kif gej: Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 6Dipartiment ta l-Agrikoltura 4Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 1
Leg 9 PQ #17936 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Economic Impact Assessment Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

S'issa nataw 6 economic impact assessment. It-timeframes all-finalizazzjoni ta' dawn l-istudji huma kif indikat hawn taħt: 1. Impact on Trade Liberalisation Process on Agriculture Products. 2. Supply and Support Measures. al dawn it-tnejn l-ewwel rapport (jew rapport preliminari) mistenni sa l-20 ta' Settembru u r-rapport finali sa l-aħħar t'Ottubru. 3. Pork and Beef Processing. Ir-rapport mistenni jkun lest fil-jiem li ġejjin. 4. The Maltese Contiguous Zone Fisheries Management and Control 5. Free Movement of Goods Fresh/Frozen Fish and Fish Products 6. Malta Fish Marketing Centre Ir-rapporti al 4, 5 u 6 hawn fuq tlestew.
Leg 9 PQ #17883 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun il-programm ta' landscaping għas-sitt xhur li ġejjin għan-naħa ta' fuq ta' Malta, fosthom, Rabat, Mosta, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Qawra, Buġibba, Naxxar, Imġarr, Imtarfa, eċċ.?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm għal landscaping ma jsirx għan naħa ta' fuq biss imma jsir għal Malta kollha. Pero ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mit-taqsima ta' l-URL illi għadu ma tfassalx il-programm għas-sitt xhur li ġejjin għaliex dan jiddependi fuq kemm xitel, arbuxelli u sigar jibqgħu ħajjin matul is-sajf, kif ukoll kemm ser tkun il-produzzjoni finali fil-mixtla ta' Wied Incita. L-iktar fatturi importanti li jiddeterminaw dan kollu huma it-temp u l-mard. Meta jkun determinat dan kollu, jitfassal programm temporanju li jkun jista' jitwettaq, pero li dejjem jibqa dipendenti fuq it-tul tas-sajf u l-bidu ta' l-istaġun tax-xita.
Leg 9 PQ #17884 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mosta — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Mosta mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programmi għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fil-Mosta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat li matul is-sena 1999 fil-Mosta tħawwlu 2,083 pjanta li kienu mqassma hekk: Centaurea 20Cypress 60Daisy 40Gallardia 50Geraniums 30Lantana 30Lavander 40Marygolds 200Myrtle 120Oleander 22Pinus 150Pomegranate 43Santolina 40Schinus 8Statice 450Stocks 250Tamarisk 290Tecoma 40Wallflower 200 ----------- 2,083 Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17883.
Leg 9 PQ #17885 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rabat — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fir-Rabat mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fir-Rabat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi matul l-1999, fir-Rabat tħawwlu 4,125 pjanta li kienu tat-tip kif isegwi : Bianca 270Centaurea 10Cypress 13Daisy 12Diosma 100Hibiscus 25Ivy 10Lantana 150Myrtle 120Myoporum 471Oleandar 240Olives 72Phoenix 20Pinus 297Pistacia 10Pittosporum 30Prunus 6Rosemary 1,555Santolina 148Stocks 500Thuja 12Thyme 50Vitex 4 -------- 4,125 Rigward l-aħħar mistoqsija nirreferri l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17883.
Leg 9 PQ #17886 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Mellieħa mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fil-Mellieħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu fil-Mellieħa mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 kien ta' 1,042. It-tipi huma dawn kif ġej : Cypress 12Marygolds 200Oleander 80Pittosporum 25Rosemary 300Santolina 25Statice 200Stocks 200 ----------- 1,042 Dwar l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17883.
Leg 9 PQ #17887 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Imġarr — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fl-Imġarr mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fl-Imġarr?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu fl-Imġarr mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 kien ta' 21. It-tipi huma dawn li ġej : Ficus 6Laurus 3Pomegranate 3Santolina 3Tamarisk 3Washingtonia 3 ----- 21 Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17883.
Leg 9 PQ #17888 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Pawl il-Baħar — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar f'San Pawl il-Baħar mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena f'San Pawl il-Baħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu f'San Pawl il-Baħar mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 kien ta' 352. It-tipi huma dawn li ġej : Bjanka 12Oleander 100Pinus 170Rosemary 70 -------- 352 Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17883.
Leg 9 PQ #17940 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agriculture Marketing Board — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu s-Sur Robert Laurenti jokkupa l-kariga ta' chairman mal-Agricultural Export Marketing Board? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu? Jekk fin-negattiv, jista' għall-anqas jgħid x'rimunerazzjoni annwali għandu?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-nomina tas-Sur Bobby Laurenti bħala Chairman tal-Agricultural Export Marketing Board għas-snin 1999-2000 ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Lulju 1999. Ic-Chairman tal-board għandu onorarja ta' Lm750 fis-sena.
Leg 9 PQ #17826 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib frisk — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17594?

Response (ZAMMIT, NINU)

(a). Produzzjoni ta Ħalib Frisk fuq il-Kwota Sena: 1996 1997 1998 1999 2000 Perjodu: Jannar-Ġunju Glalen Glalen Glalen Glalen Glalen 601,697 662,368 568,536 666,543 483,787 (b). Prezz tal-Ħalib Frisk (kull gallun) Sena: 1996 1997 1998 1999 2000 Fil-kwota Lm Lm Lm Lm Lm 0.73 0.7351 0.7421 0.7507 0.7541 0.73562 Fuq il-kwota 0.32 0.32 0.32 0.32 0.323 Noti: 1 Jannar sa Marzu 1997. 2 April sa Diċembru, 1997. 3 Il-prezz tal-ħalib fuq il-kwota uffiċjalment huwa Lm0.32 kull gallun. Fil-fatt ir-raħħala jistgħu jitħallsu aktar minn hekk baġġustamenti li jsiru minn żmien all- żmien mill-KPH sabiex tkun regolata l-produzzjoni tal-ħalib skond id-domanda tas-suq.
Leg 9 PQ #17842 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17595, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-KIM ma tħallitx timporta l-majjal meta jirriżulta li kienet bagħtet proċessuri biex timporta l-majjal li hawn nieqes fis-suq? Min kien ta dan il-permess lil KIM?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant li, kif suppost li jaf hu, kulħadd jista jimporta l-majjal u għalhekk mhux il-każ li "l-KIM ma tħallitx timporta l-majjal". Il-kwistjoni hi dwar l-eżenzjoni tal-levy kif diġa spjegajtlu fir-risposta parlamentari numru 17595. Infakkar l-Onor. Interpellant li l-levy hija ntiża biex tipproteġi l-interessi u s-suq ta' min irabbi l-majjal lokalment. Peress li kien huwn nuqqas ta' provvista lokali, importazzjoni ta' ammonti speċifiċi għall-ipproċessar, b'levy mnaqqsa, kif sar fil-passat, ma hi ta' l-ebda dannu għall-produtturi. Għaldaqstant il-Ministeru tiegħi irrikomanda tnaqqis ta' levy fuq ammonti stipulati lil kull proċessur, liema ammonti nħadmu abbażi ta' konsum tagħhom tal-prodott lokali. Nispera li l-Onor. Interpellant japprezza l-għaqal u l-galbu li wasslu għal soluzzjoni xierqa fl-ispirtu ta' djalogu u konsultazzjoni mal-partijiet kkonċernati.
Leg 9 PQ #17843 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sajd għadux jirrikonoxxix li sajd tat-tonn bid-drift nets huwa illegali? Jista' jgħid x'jiġri mit-tonn li s-sajjieda Maltin u Għawdxin jdaħħlu fil-Pixkerija u jirriżulta li jkun inqabad b'dan it-tip ta' metodu illegali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li normalment fl-ibhra ta' madwarna jintuzaw purse seiners ghas-sajd tat-tonn u mhux drift nets. Dan it-tip ta' sajd qatt ma kien illicenzjat f'Malta u ghaldaqstant ma ghandux jinqabad tonn b'dan il-mod mis-sajjieda Maltin. F'qasam internazzjonali dan it-tip ta' sajd huwa maghruf u irregolat u ghalhekk mhux illegali. Din is-sena ma kienx hemm tonn tax-xibka ipprezentat ghall-bejgh fil-pixkerija.
Leg 9 PQ #17844 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17595, jista' jgħid meta u kemm saru laqgħat bejn l-FOI, il-KIM u l-ministeru tiegħu dwar l-importazzjoni tal-majjal? Jista' jgħid meta kienet ttieħdet id-deċiżjoni li dan il-majjal jiġi mportat mill-KIM?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17595 li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ma hemm l-ebda referenza għad-deċiżjoni li qed isemmi l-Onor. Interpellant. Nixtieq ninfurmah li saru diversi laqgħat kemm mal-KIM kif ukoll mal-proċessuri, li huma fi ħdan l-FOI. Dawn kienu laqgħat ta' diskussjoni li wasslu biex ittiħdet id-deċiżjoni aħħarija li kienet soluzzjoni li kif diġa għedtlu fir-risposta parlamentari numru 17595, intlaqgħet tajjeb minn kull min kien involut.
Leg 9 PQ #17847 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agenda 2000

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17610, jista' l-Ministru jispjega xi jrid jgħid eżatt meta qal li għad iridu jsiru n-negozjati ma' l-UE, ċioe' li l-gvern irid jinnegozja s-sitwazzjoni ta' l-għoli tal-prezzijiet tal-CAP ukoll? Jekk le, meta se jinnegozja fid-dawl ta' din il-mistoqsija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma andi xejn xi nżid ma dak li edt f'risposta all-mistoqsija numru 17610.
Leg 9 PQ #17849 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Acquis — Fishing Monitoring Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' struttura għandha l-fishing monitoring centre? Peress li skond il-programm marġinali ta' l-addozzjoni ta' l-Acquis l-gvern sa 2002 jrid iwaqqaf dan il-fishing monitoring centre, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun in-numru ta' ħaddiema u min se jħallashom? Kemm se jiswa l-iżvilupp ta' dan il-fishing monitoring centre lill-Gvern Malti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li l-"Fisheries Monitoring Centre" huwa parti mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura kif diga spjegajtlu fir-risposta ghad-Domanda Parlamentari Numru 17623.
Leg 9 PQ #17825 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali — Ħaxix/frott

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-prezzijiet medji tal-prodotti tal-ħaxix u frott li l-bdiewa daħlu fil-Pitkalija Ċentrali għax-xahar ta' Ġunju, 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba ghada qed tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #17683 Sitting 343 2000-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Buskett — Winery

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jiswew flus ix-xogħlijiet li se jsiru fuq il-winery tal-Buskett? Meta se jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għal permessi neċessarji mill-Planning Authority?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-pjanijiet għall-iżvilupp ta' l-area tal-Buskett qegħdin f'fażi ta' studju u pjanar. L-applikazzjonijiet għall-permessi neċessarji u l-istimi tax-xogħolijiet ikunu jistgħu jsiru meta jiġu finilizzati l-pjanijiet.
Leg 9 PQ #17684 Sitting 343 2000-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għaqda tal-Bdiewa

Question

B'riferenza għall-għaqda tal-bdiewa li qed tgħid pubblikament li ma jirriżultawlhiex li hemm vantaġġi għas-settur tal-biedja bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kif qed jiġi mfisser li se jkun hemm mill-Gvern Nazzjonalista, jista' l-Ministru jinformani meta huwa jew l-uffiċjali tad-dipartiment iltaqgħu ma' din l-għaqda sabiex jisimgħu r-riservi tagħha? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti ta' dawn il-laqgħat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dak li jinad minn kulħadd, minajr l-esibizzjoni jew aħjar ġustifikazzjoni tal-fatti, jibqa dejjem suġġettiv. Il-Ministeru miexi bl-istudji tieu li minnhom jimxi al stadji oħra kif ikun xieraq u l-waqt all-interess u l-informazzjoni ta kulħadd.
Leg 9 PQ #17685 Sitting 343 2000-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Buskett — Razzett tal-Bagħal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jiswa flus ix-xogħol fuq ir-Razzett tal-Bagħal, fil-Buskett? Meta se jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet lill-Planning Authority mid-dipartiment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-pjanijiet għall-iżvilupp ta' l-area tal-Buskett qegħdin f'fażi ta' studju u pjanar. L-applikazzjonijiet għall-permessi neċessarji u l-istimi tax-xogħolijiet ikunu jistgħu jsiru meta jiġu finilizzati l-pjanijiet.