Jista' il-Ministru jgħid kemm jammonta l-konsum ta' l-elettriku sabiex jinxtegħlu l-lampi pubbliċi fit-toroq bħala persentaġġ għall-konsum totali? Min iħallas għal dan il-konsum ta' elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li r-residenti ta' Triq tal-Baqqari, Xewkija qed jilmentaw minn problema ta' drenaġġ, speċjalment meta tagħmel ix-xita, jista' il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li dan l-inkonvenjent diġa ġie ndirizzat billi l-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bidlet il-mains tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija.
Peress li għad baqa' inkonvenjent ta' storbju li ġej mill-pompa tal-ġibjun f'Ta' Ċenċ, Sannat, Għawdex, jista' il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat gall-PQ 14856.
Jiena nfurmat li l-iżviluppi li ssemmew f'dik it-tweġiba mistennija jseħħu fi żmien qasir.
Infurmat wkoll li l-post mhux fil-viċinanzi ta' l-abitat u l-ilmenti dwar il-ħsejjes saru minn nassaba li jsostnu li l-ħsejjes imsemmija qed igerrxulhom l-għasafar.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tissolva darba għal dejjem il-problema tad-drenaġġ fil-Pwales u jekk parti mis-soluzzjoni se tkun il-mina li tista' tagħmel ħsara lill-ilma ġieri li jinqdew bih il-bdiewa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-problema tad-drenaġġ fil-Pwales se tkun solvuta la darba jsiru mejnijiet ġodda flok dawk eżistenti. Dan ix-xogħol se jibda fil-ġimgħat li ġejjin wara li l-MEPA ħarġet l-permessi meħtieġa.
Fl-inħawi tal-Pwales mhix ser issir l-ebda mina tad-Drenaġġ iżda se jsir 'pressure main' li se jkun fil-wiċċ u allura ma' jpoġġix l-ilma ġieri f'xi riskju.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15370 u jinformana bl-aħħar żvilupp dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiema tas-Sea Malta? Huwa minnu li dawn il-ħaddiema vera huma miżmuma li jmorru ma' xi dipartiment governattiv? Jekk fl-affermattiv, għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ħadd mill-ħaddiema tas-Sea Malta ma kien miżmum milli japplika għal xi xogħol alternattiv mas-Settur Pubbliku.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta u l-WSC jagħmlux random inspections fuq il-ħaddiema? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm saru fl-aħħar tliet xhur? Meta saru u fejn saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni Enemalta tikkonferma li ġieli saru 'random inspections' għal serq ta' l-elettriku u/jew ilma fuq il-ħaddiema tagħha.
Nikkonferma li f'dawn l-aħħar tlett xhur saru żewġ 'random inspections'.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha sistema ta' spezzjonijiet fuq bażi regolari. Dawn jintużaw speċjalment fejn hemm pumping stations, booster stations u boreholes. Dawn l-istations jistgħu jkunu awtomatizzati jew għandhom il-ħaddiema ġo fihom. L-ispezzjoni issir kemm sabiex ikun hemm kontroll fuq l-attendenza ta' l-operators kif ukoll biex fejn ma hemmx operators il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tassigura li kollox qed jaħdem sew.
Fl-aħħar tlett xhur dawn l-ispezzjonijiet baqgħu isiru regolarment. Ma nħossx li għandi nagħti dettalji ta' fejn saru dawn l-ispezzjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena b'sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi fl-1997 sar ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar bejgħ taċ-ċnus ta' l-artijiet lis-sidien, jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-offerta ta' bejgħ kienet saret fil-21 t'April 1998 pero din qatt ma ġiet konkluża. Fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-Inland Fuel Market, il-Korporazzjoni Enemalta qed terġa tieħu l-inzjattiva biex tara għadx hemm interess.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'xi każi il-meter readers tal-water services corporation mhux qed jagħtu rċevuti lill-familji meta dawn imorru jaqrawlhom l-arloġġ tad-dawl u l-ilma minħabba ħsara fl-apparat?
Jista' jara li tissolva din il-problema minħabba li l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma qed jiġu aktar għoljin minħabba s-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li xi wħud mill-Meter Readers ma kienux qed jagħtu rċevuti għax kien hemm ħsara teknika fil-"Hand Held Computers" li jipproduċu l-irċevuti. Din il-problema ġiet solvuta.
Jista' il-Ministru jintervjeni u jara li jittieħdu dawk il-miżuri relattivi sabiex Triq il-Militar f'Ħal Kirkop tkun provduta bi provvista ta' elettriku stabbli u kostanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ biex il-provista ta' l-elettriku tiġi kif meħtieġ huwa lest u għandu jibda juri l-effett tiegħu fi ftit ġranet oħra.
Jista' il-Ministru jinformana kemm hu l-prezz tal-forwarding buying rate għal barmil żejt illum? X'inhu l-prezz li qed jinxtara llum l-istess barmil żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Apparti l-fatt li l-Enemalta ma tixtrix "barmil żejt" dak li hu magħruf bħala "swap rates" u mhux "forwarding buying rates" jitbiddlu kontinwament u skond iż-żejt użat u s-suq kwotat. Konsegwentement ma nistax nirrispondi d-domanda tal-Onor. Interpellant iżda nista' nissuġġerilu diversi "web sites" fejn jista' jara dawn is-swieq differenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma din is-sena s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-ewwel tas-sena sas-7 ta' Marzu 2006, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma qatgħet 160 servizz ta' ilma u 147 servizz tad-dawl. Filwaqt li l-Enemalta ssospendiet 123 servizzi ta' l-elettriku bejn l-1 ta' Jannar sat-8 ta' Marzu 2006 minħabba nuqqas ta' ħlas.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li ilmentaw mal-customer care dwar kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1 ta' Jannar 2006 sat-28 ta' Frar 2006 fl-uffiċju tal-customer care tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma fil-Belt Valletta u f'Ħal-Luqa, saru 7609 talba għal spjegazzjoni tal-kont. Dawn it-talbiet mhux bilfors kienu kollha lmenti dwar kontijiet għolja.
Fl-istess perjodu intbagħtu 224, 926 kont.
Għar-rigward ta' l-Enemalta, filwaqt li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor Interpellant, jien infurmat illi mill-ħafna telefonati li tirċievi l-Enemalta dwar kontijiet tad-dawl, persentaġġ żgħir biss jirrigwardaw ilmenti dwar kontijiet għoljin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inbigħu biljetti mill-Gozo Channel Co. għas-servizz tal-baħar bejn Għawdex u Malta xahar xahar u sena sena mill-1992 'il hawn ta': passiġġieri residenti f'Għawdex bla vettura; passiġġieri residenti f'Għawdex bil-vettura; passiġġieri residenti Malta bla vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin; passiġġieri residenti Malta bil-vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin; passiġġieri barranin bla vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri residenti Malta; passiġġieri barranin bil-vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri residenti Malta; u passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin għas-snin li t-tariffa kienet l-istess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Fid-dawl tar-rapport dettaljat li kien hemm f'"The Times Business Suppliment" tal-Ħamis 9 ta' Marzu 2006 dwar il-kumpanniji involuti fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom, filwaqt li wieħed jilqa' b'mod pożittiv l-interess ta' investituri prospettivi mill-Golf Għarbi - li hi xi ħaġa li l-Malta Labour Party jaqbel magħha fil-prinċipju - u filwaqt li ma rrid nuri ebda dubju fil-mezzi finanzjarji ta' dawn l-interessi privati, jista' il-Ministru fl-interess nazzjonali u fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet ta' l-istess Ministru, li naqbel magħhom, li trid issib strategic partners għax-xiri tal-Maltacom kif ukol li trid iżżid il-value added ta' l-intrapriża jgħid:
L-investituri minn Dubai u mis-Saudi Għarabja, kemm għandhom esperjenza fit-telefonija mobile u fixed?
X'inhu l-billing turnover tagħhom fit-telefonija kemm fixed u mobile?
F'liema pajjiżi oħrajn joperaw f'dawn l-oqsma?
Kemm ilhom joperaw f'dawn l-oqsma f'pajjiżhom u lil hinn minnu?
Kemm għandhom subscriber base u klijenti tagħhom?
Jekk hux minnu li wieħed mill-investituri prospettivi għadu qed jibni l-ewwel network tiegħu tal-mobile f'pajjiżu stess u sal-lum m'għandux networks f'pajjiżi oħrajn?
Jekk it-Telecom Italia qattx uriet interess hi li tinvesti direttament fil-Maltacom flok tidħol f'sempliċi management agreement li seta faċilment intlaħaq ma' investituri oħrajn, inklużi investituri Maltin?
Kemm kien hemm kumpanniji oħrajn li għamlu binding bids għal Maltaocom sakemm skadiet id-data għall-binding bids?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17628 u jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP l-Imrieħel?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP Sta Venera?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP il-Marsa?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.