Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30514 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operation Room

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm radars jaħdmu u dawk out of order fl-operation room fil-barracks ta' Ħal Luqa

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun pubblikata. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-“operations room” qed tkun “upgraded” b’apparat li jiswa mat-Lm800,000. Aktar informazzjoni tinsab fit-tweġiba li tajt f’Seduta Parlamentari 663 għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30227.
Leg 9 PQ #30530 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC

Question

B'riferenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 30275, stante li iż-żewġ ħaddiema ilhom sospiżi għal aktar minn sena u nofs; illi ir-rapport tal-Bord tad-Dixxiplina sar fit-22 ta' Lulju fejn instabu xi nuqqasijiet anke minn naħa tal-kap tad-dipartiment u illi t-trattazzjoni finali quddiem il-PSC saret fid-19 ta' Ottubru, jaħsibx il-Prim Ministru li għandu jidħol personalment biex jara x'inhi ir-raġuni ta' dan id-dewmien biex il-ħaddiema jingħataw deċiżjoni liema dewmien qed ikompli jżid mat-tbatija u t-tensjoni li għandhom daw il-persuni sospiżi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-każ qed jiġi trattat attivament biex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn.
Leg 9 PQ #30002 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga każ ta' membru tal-Forzi Armati, li ismu qed jingħata b'mod separat, fejn skond inkjesta li saret apposta madwar sentejn ilu kienu instab li kien involut direttament f'taħwid fil-pompa tal-fuel tal-Forzi Armati u li minkejja dan, xorta waħda riċentament ħa promozzjoni qisu qatt ma kien ġara xejn? Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan l-istess individwu għadu qiegħed jitħallas tat-trade bħala storeman minkejja li ilu li waqaf minn dan ix-xogħol aktar minn sentejn? Jista' l-Ministru jgħid għaliex, filwaqt li dan l-individwu qiegħed jitħallas ta' storeman mingħajr ma jagħmel dan ix-xogħol hemm individwi oħrajn li qegħdin jaħdmu ta' storeman iżda ma jitħalsux ta' hekk?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-allegazzjoni fl-ewwel parti tal-Mistoqsija ma hijiex korretta. Wara l-inkjesta ttieħdu passi dixxiplinarji u l-persuna msemmija kien ingħata ċanfira. Din tinqata’ mill-kondotta wara ċertu perjodu. L-individwu ġie assessjat skond l-“istatus” tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2000 fejn kien ikkunsidrat li jimmerita promozzjoni. Fir-Reġiment fejn qiegħed ippustjat hemm vaganzi fit-“trade” ta’ “Storeman” u dan il-membru ta’ l-Forzi Armati ta’ Malta jista’ jiġi mqabbad jagħmel dan ix-xogħol jekk ikun hemm il-ħtieġa. Jiena nfurmat ukoll li f’wieħed mir-Regimenti l-oħra hemm erba’ suldati li qed jitħallsu ta’ “Storeman B3” waqt li għandhom livell fl-istess “trade” ta’ B2. Dan qed isir għax ma hemmx vaganzi fil-grad iżjed għoli. Dawn is-suldati qatt ma talbu għal “posting” fejn hemm vaganzi biex ikunu jistgħu jitħallsu ta’ B2.
Leg 9 PQ #30212 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

F.A.M. — Korsijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus lill-forzi armati il-kors li attenda l-maġġur li qed insemmi separatament, ġo l-Ingilterra? Min liema vot ittieħdu dawn il-flus u kemm baqa flus għall-kumplament tal-fizjjali u membri tal-F.A.M. għal taħriġ barra min Malta wara li ntefqu dawn il-flus fuq il-persuna msemmija? Fuq liema kriterji intgħażel dan l-uffiċjal?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fl-1999 bis-somma ta’ Lm45,000 allokata taħt it-“Training Vote”, membri tal-Forzi Aramti attendew korsijiet sew lokali u kif ukoll barra minn Malta. Barra minnhekk fondi li jammontaw għal Lm34,034 għal “Advanced Command and Staff Course” (ACSC) li attenda l-Maġġur imsemmi ntużaw ukoll mill-istess “Training Vote” wara li sar “virement”. Kien fl-1996 li l-Forzi Armati għamlu l-ewwel tentativ biex jassiguraw post għall-uffiċjal biex jattendi l-ACSC. Il-Maġġur intgħażel fuq diversi kriterji fosthom: · Il-grupp ta’ fizzjali li minnu kellu jintgħażel uffiċjal biex jattendi l-kors imsemmi; · L-eżamijiet tal-promozzjoni minn Kaptan għal Maġġur Kwalifikazzjonijiet akademiċi u militari.
Leg 9 PQ #30217 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażel l-uffiċjal tal-armata li ntbgħat Brussels? Ħarġu applikazzjonijiet għall dan il-post? Jekk iva kemm applikaw persuni? Kemm hija il-paga ta' l-uffiċjal li intbagħat u kemm tħallas flus f'allowances u għaliex, is-sena l-oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-għażla għall-karigi simili mhux in-norma li ssir wara sejħa għall-applikazzjoni. Uffiċjal jinħatar wara li jitqiesu diversi kriterji li jinkludi kwalitajiet personali, addattament u esperjenza. L-uffiċjal fis-sena 2000 ingħata paga skond ir-“rank” tiegħu u “allowances” skond il-pakkett li ngħataw uffiċjali Kunsillieri fil-Korp Diplomatiku.
Leg 9 PQ #30221 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Kors ġewwa l-Ingilterra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażel il-maġġur li qed insemmi separatament għall-kors ġewwa l-Ingilterra. Kien hemm uffiċjali aktar senior minnu li applikaw għall dan il-kors u jekk iva għaliex ma intażlux? Jista' jgħid jekk hux vera li dan il-fiżjal deher fuq qoxra ta' flyer tal-partit nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni u jekk iva, jistax' isir dan min membri tal-armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ewwel parti tal-mistoqsija weġibtha f’risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30212. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari ngħid li l-fizzjal imsemmi kien ġie eżonorat, qabel il-5 ta’ Settembru 1998, minn kwalunkwe konnessjoni mar-ritratt li deher fuq il-“PN flyer”.
Leg 9 PQ #30395 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30199?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li mija u sitta u għoxrin (126) skrivan bdew jaħdmu mal-Gvern wara l-aħħar sejħa. Minn dawk li għaddew baqa’ tletin (30) kandidat li għadhom ma ġewx imsejħa. Dawn jiġu mpjegati skond il-ħtieġa tas-servizz.
Leg 9 PQ #30408 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lija/Attard — Triq Żnuber/Sqaq it-Tut

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma liema lokalita jagħmlu Triq Żnuber u Sqaq it-Tut, jekk hux ma' Lija jew ma' Ħ'Attard?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat mill-Kummissonji Elettorali Prinċipali li Triq Żnuber u Sqaq it-Tut jagħmlu mal-lokalita` ta’ Ħ’Attard.
Leg 9 PQ #30141 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mobile Phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ispiża kienet tammonta: 1997 Lm7027.41 1998 Lm8399.17 1999 Lm7879.40 2000 Lm10857.74 2001 (sa Novembru) Lm7035.37
Leg 9 PQ #30230 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

FAM — Armamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' armamenti għandhom il-mezzi tal-ajru tal-FAM u x'tip ta' taħriġ għandhom il- crews ta' dawn il-mezzi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għandha tkun ippubblikata.
Leg 9 PQ #30231 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

FAM — Titjir

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-siegħa ta' titjir iridu jagħmlu bdoti tal-FAM biex jibqgħu kurrenti fil-livelli professjonali tat-titjir? Kemm il-siegħa għamlu kull wieħed f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“AFM Military Aviation Regulation 2000” jirregolaw l-ammont ta’ titjir li bdoti tal-Forzi Armati jridu jagħmlu biex ikunu kkunsidrati bħala “qualified for operational duties”. Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba fit-tieni mistoqsija għandha tkun ippubblikata.
Leg 9 PQ #30232 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata Ewropeja — Posting ta' Platoon

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx studju ta' kemm se jiswa lill-pajjiż fuq medda ta' sena, il-posting ta' platoon tal-armata barra minn Malta jekk dawn ikunu barra minn Malta fuq xogħol konness mal-armata ewropeja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta għamlu kalkolu, li f’dan l-istadju hu approssimattiv.
Leg 9 PQ #30224 Sitting 663 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Patrol Boats — Patrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm patrol boats jaħdmu illum u kemm ikun hemm patrol boats fuq patrol kuljum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li bħal issa hemm ħames “patrol boats” u “SAR launch” jaħdmu fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati. Ma jidhirlix li l-informazzjon mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija għandha tkun ippubblikata.
Leg 9 PQ #30225 Sitting 663 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm attendew suldati għall-kors B1 Clerk li sar riċentament fil-forzi armati? Kemm weħħlu u f'liema parti tal-eżami weħħlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li b’kollox, għall-kors ta’ “B1 Clerk” attendew 14-il student. Sebgħa għaddew mill-ewwel mill-eżami kollu, filwaqt li sebgħa weħlu minn parti waħda. Skond l-AFM “Trade Regulations” dwan is-sebgħa setgħu joqogħdu għal-“re-sit”, kif fil-fatt għamlu, u għaddew kollha.
Leg 9 PQ #30226 Sitting 663 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

FAM — Veikoli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm veikoli tal-FAM illum? Kemm għandhom żmien u kemm hemm minnhom weqfin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Forzi Armati għandhom 176 vettura li d-data tal-manifattura tagħhom tvarja bejn l-1969 u l-2000. Minn dawn il-vetturi, 25 ser jinbiegħu fuq parir ta’ “board of survey”.
Leg 9 PQ #30227 Sitting 663 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sistema ta' Radio's

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiswa lill-armata is-sistema ta' radios li se titwaħħal dalwaqt? Kemm kien hemm offerti għat-tender u intażlet il-kumpanija li se tgħamel dan ix-xogħol?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-sistema li ser ittejjeb is-sistema ta’ komunikazzjoni fil-“New Operation/Rescue Co-ordination Centre”, li mixtrija kompluta kieku kienet stamta li tiswa madwar Lm800,000, ser tqum lill-Gvern Malti Lm126,000 peress li l-Gvern Taljan ta bla ħlas “Telecommunication Equipment Consoles” u “Multiplexor System”. Il-Gvern Malti se jixtri “micro-wave link system”, kompatibbli ma’ l-apparat fl-għotja. Intalbu “quotations” minn ħames kumpaniji. Il-Forzi Armati irċevew tlett offerti. Il-kumpanija li ser tagħmel ix-xogħol intgħażlet.
Leg 9 PQ #30228 Sitting 663 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati posted mal-iskwadra marittima tal-AFM illum? Kemm min dawn huma inġiniera? Kemm kien in-numru ta' suldati li spiċċaw min din is-sezzjoni din is-sena, xkien xogħolhom u x'rank kellhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bħalissa fl-iskwadra Marittima hemm disa’ fizzjali u 186 suldat. Minn dawn ta’ l-aħħar hemm b’kollox 37 tekniċi ta’ żewġ kategoriji diversi (“engine fitter u engine driver marine”). Matul din is-sena mis-sezzjoni spiċċaw 11-il wieħed. Il-gradi tagħhom ivarjaw bejn “Bombardier” u “Warrant Officer Class 1”.
Leg 9 PQ #30229 Sitting 663 2001-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fizjali — Korsijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li qed jagħlmu ex-uffiċjali li qed jagħmlu korsijiet għall-promozzjoni tal-fizjjali? Xi kwalifiki għandhom fis-suġġett li qed jagħlmu u kemm qed jitħallsu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ex-uffiċjali tal-Forzi Armati qegħdin jgħallmu l-Istorja Militari. Huma għandhom “background” u esperjenza militari kif ukoll esperjenza fit-tagħlim ta’ dan is-suġġett. Huma t-tlieta jitħallsu Lm580 bejniethom għall-kors kollu.
Leg 9 PQ #30218 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati — Kors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jattendu suldati għall-kors tal-army certificate of education class 2? Kif intgħażlu? Kemm applikaw u ma ntagħżlux?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħalissa hemm 102 suldati jattendu għal-lezzjonijiet li jwasslu għall-“Army Certificate of Education Class 2”. Dawn intgħażlu skond l-anzjanita` minn lista ta’ suldati li applikaw fl-1998. Għad fadal biss seba’ suldati li għadhom fuq il-lista ta’ l-applikanti. Dawn jingħataw l-opportunita` li jattendu għal-lezzjonijiet li jmiss isiru iktar ’l quddiem.
Leg 9 PQ #30219 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Maġġur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażel il-maġġur li qed insemmi separatament għall kors ġewwa l-Italja? Jista' jgħid kemm hemm uffiċjali tal-istess rank li għandhom senjority aktar minnu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30215 f’Seduta 661. Hemm ħames fizzjali li huma iktar anzjani minn dan il-fizzjal.