B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31145, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-indiviwu msemmi li skond dik il-mistoqsija mhux qed jaħdem ta' storeman, kif qiegħed jitħallas t'hekk meta fl-istess ħin suldati oħrajn li kienu ilhom kkwalifikati, ħadu snin biex jibdew jitħallsu kif suppost?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30002 f’seduta 668 fil-11 ta’ Diċembru 2001.
Ninsab infurmat li l-individwu msemmi ġie mogħti xogħol ta’ “storeman”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u x'tip kienu l-bombi jew ordinji militari oħra li ġew newtralizati mil-AFM is-sena l-oħra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Matul is-sena 2001, l-“Explosives Ordnance Disposal Section” tal-Forzi Armati ssejħet għal 11-il darba biex tinvestiga, tinnewtralizza jew tiddisponi minn bombi u materjal splussiv ieħor kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru air searches is-sena l-oħra mill-AFM? Kemm ġew salvati nies? Kemm swew dawn is-searches lill-AFM?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Matul l-2001, il-Forzi Armati salvaw 32 persuna, filwaqt li ngħatat assistenza lil 132 persuna oħra. Dawn il-figuri jinkludu wkoll assistenza mogħtija bil-mezzi tal-baħar.
Tfittxijiet bil-mezzi ta’ l-arju saru 78. Dawn it-tfittxijiet swew lill-Forzi Armati s-somma ta’ Lm5,395.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju Elettorali fit-13 ta’ Frar 2002 sa din l-istess ġurnata kien hawn 209,162 ID Cards li huma magħluqa u l-proċess ta’ tiġdid ta’ l-ID Cards beda f’Diċembru 2001.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25998?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju Elettorali fit-13 ta’ Frar 2002, jirriżulta li l-Kummissjoni Elettorali daħħlet proċedura li persuni li jkunu se jagħlqu 18-il sena u jkollhom passaport maħruġ f’isimhom jintalbu jmorru l-Uffiċċju Elettorali biex jiġi vverifikat il-passaport. Ma kinitx issir din il-verifika qabel ġiet introdotta din il-proċedura.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż biex tintrama u tiżżarma l-counting hall f'Għawdex għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali? X'kienet l-ispiża totali tal-counting f'dawn l-elezzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju Elettorali fit-13 ta’ Frar 2002, ma jinżammx kont separat għall-ispejjeż biex tintrama u tiżżarma l-“counting hall” għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f’Għawdex. Huwa stmat li din l-ispiża tiġi Lm1,000, jiġifieri madwar 10% ta’ l-ispejjeż totali ta’ l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li fuq medja jkunu ta’ madwar Lm10,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-posta, stationeries, reklamar, pubblikazzjonijiet għas-sena 2001 tal-Ministeru u Dipartimenti, Dekasteri, Korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru?
Kemm tħallsu minn dawn l-ispejjes u kemm għadhom pendenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont ta' multi li l-Awtorita' tax-Xandir immultat lill-istazzjonijiet tar-radios u TVs fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001? Kemm kien l-ammont li jappartieni lill-kull stazzjoni individwalment? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm għadhom ma' tħallsux? Għal-liema raġunijiet ġew imposti dawn il-multi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ammont ta’ penali li l-Awtorita’ tax-Xandir imponiet fuq l-istazzjonijiet tar-Radju u tat-TV fis-snin 1997 sa 2001 huwa kif ġej:
SENA
RADJI
TELEVIZJONI
1997
Lm120
Lm40
1998
-
-
1999
-
Lm4,000
2000
-
Lm2,000
2001
-
Lm19,550
L-ammont li jappartjeni lil kull stazzjon individwalment huwa kif ġej:
SENA
STAZZJON
AMMONT
1997
Smash Radio
Super One TV
Lm120
Lm40
1998
-
-
1999
TVM
LM4,000
2000
NET TV
Super One TV
TVM
Lm900
Lm500
Lm600
2001
NET TV
Super One TV
TVM
Smash TV
Lm6,800
Lm8,300
Lm3,350
Lm1,100
Il-penali t’hawn fuq tħallsu kollha u għalhekk m’hemmx l-ebda penali pendenti.
Ir-raġunijiet għalfejn ġew imposti dawn il-penalijiet huwa għall-ksur ta’ l-Att dwar ix-Xandir, Kapitlu 350 tal-Liġijiet ta’ Malta u peress li:
- Kien hemm ksur tad-dispożizzjoni dwar il-gosti tajbin u d-diċenza;
- L-ammont ta’ reklamar f’siegħa orarja kien jaċċedi t-tnax-il minuta ta’ reklamar permessi mill-Liġi;
- Reklamar b’ingann;
- Reklamar fl-aħbarijiet b’ingann;
- Ksur tal-kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni għal post ta' surgeon/orthopaedic post fid-dipartiment tas-saħħa li kien hemm min kien kwalifikat u applika u baqa ma nstema xejn fuqha?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li kienu ħarġu żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet, waħda fit-22 ta’ Diċembru, 2000, għall-mili ta’ post ta’ “Consultant Orthopaedic Surgeon with an interest in Major Trauma and Sports Medicine”, u l-oħra fis-26 ta’ Jannar, 2001 għall-post ta’ “Consultant Orthopaedic Surgeon with an interest in Major Trauma and Revision joint Replacement”.
Ir-rapporti tal-Bord ta’ l-Għażla dwar dawn iż-żewġ postijiet kienu approvati mill-Kummissjoni f’Lulju, 2001. Wara li l-Kummissjoni nfurmat lill-Kandidati bir-riżultati ta’ l-għażla, il-Kummssjoni rċeviet rappreżentazzjonijiet mingħand wieħed mill-kandidati u sar ukoll Protest fil-Qorti għan-nom ta’ l-istess kandidat.
Il-Kummissjoni, kif normalment tagħmel, talbet il-kjarifikazzjonijiet li dehrilha li għandha bżonn mill-Bord ta’ l-Għażla iżda għadha mhix f’pożizzjoni li tagħmal ir-rakkomandazzjoni meħtieġ sabiex isiru l-ħatriet f’dawn iż-żewġ postijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'mezzi marittimi għandhom a dispozizzjoni tagħhom il-Forzi Armati ta' Malta biex jikkumbattu l-immigrazzjoni klandestina? Jista' jgħid kemm-il darba issejjħet l-Armata fuq il-baħar fuq rapporti li kien qiegħed isir traffikat ta' bnedmin fl-ibħra territorjali ta' Malta matul is-sena 1998, 1999, 2000 u 2001? X'għamlet l-Armata għal kull rapport? Kemm-il darba l-Armata qabdet fil-fatt it-traffikar ta' bnedmin qiegħed jitwettaq fl-ibħra teritorjali ta' Malta matul 1998, 1999, 2000 u 2001? Kemm-il darba l-mezzi marittimi ta' l-Armata ġarrbu ħsarat u kemm damu barra s-servizz sakemm issewwew matul l-1998, 1999, 2000 u 2001? Għal liema skopijiet oħrajn l-istess mezzi marittimi ta' l-Armata jintużaw fis-servizz ta' l-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar imma tweġiba tingħata biss jekk l-informazzjoni ma tippreġudikax il-funzjoni tal-Forzi Armati f’dan il-qasam.
Jista' l-Ministru jgħid min ġie maħtur fil-fondazzjoni bejn stat u knisja għall-ħarsien tal-wirt storiku tal-kon-kattidral ta' San Ġwann?
X'ħidma wettaq s'issa?
Kemm-il darba ltaqat din il-fondazzjoni mindu twaqqfet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Membri tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann huma:
Membri maħ
tura mill-Gvern
Is-Sur Vincent Galea President
Dottor Anthony Borg Barthet Membru
Is-Sur Richard Cachia Caruana Membru
Membri maħ
tura mill-Arċ
isqof ta’ Malta
Monsinjur Carmelo Xuereb Membru
Monsinjur Philip Calleja Membru
Monsinjur Lawrenz Cachia Membru
Skond l-Istatut il-Fondazzjoni tagħ
mel rapport ta’ l-attivitajiet tagħ
ha lill-Prim Ministru u lill-Arċ
isqof ta’ Malta kull sena. Is-sena għ
ada ma għ
additx.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' ħidma għas-sena 2002 tal-Fondazzjoni Kon-Kattidral ta' San Ġwann li twaqqfet bejn il-Knisja u l-Istat għall-Ħarsien tal-Wirt Storiku tal-Kon Kattidral ta' San Ġwann?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31594.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' vakanzi fil-post ta' Director General, Director u Assistant Director fis-Servizz Ċivili minn Novembru 2001 sallum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li mill-1 ta’ Novembru 2001 sa llum, b’kollox, mill-Uffiċċju tiegħi, ħarġu ħames (5) sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ vakanzi fil-pożizzjonijiet ta’ “Director General”, “Director” u “Assistant Director” fis-Servizz Pubbliku. Dawn jinkludu ħames pożizzjonijiet ta’ “Director Genral”, erba’ pożizzjonijiet ta’ “Director” u erbgħa u tletin pożizzjoni ta' “Assistant Director”.
Irrid inżid li mis-7 ta’ Diċembru 2001, sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ pożizzjonijiet ta’ “Assistant Directors” bdew jinħarġu direttament mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeri u jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, għandu jagħmel domanda lill-Ministri kkonċernati.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija numru 31517 jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema skala jridu jkunu l-uffiċjali pubbliċi sabiex japplikaw għall-post tas-segretarju eżekuttiv mal-kunsilli lokali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kull uffiċjal pubbliku li jissodisfa r-rekwiżiti li jidhru f’Taqsima II ta’ l-Avviż Legali Nru 127/98 tat-12 ta’ Mejju, 1998 għandu d-dritt japplika għal Segretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suldati li jagħmlu l-Għassa fl-ewwel reġiment (Ħal Far) jagħmlu l-għassa bil-lembuba meta il-post huwa diżabitat u s-suldati ta' Ħal Safi (3 Regiment), l-għassa jagħmluwha bil-pistola meta dan huwa post diżabitat ukoll?
Għaliex is-suldati li jagħmlu l-għassa fil-Barracks ta' Ħal Luqa jagħmlu l-għassa b'rifle (FAL) li jiżen 7 kilos u trid tagħmel 4 sigħat għassa bih meta dan iwassal distanza ta' 800 metru u l-post huwa ċċirkondat bil-bini?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun ippublikata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta għandha tiġi ppubblikata l-legal notice in konnessjoni ma' l-aħħar ftehim kollettiv li kien sar għall-ħaddiema fis-settur pubbliku biex jirregola l-pensjoni ta' dawk li kienu ngaġġati fis-Servizz Pubbliku qabel is-sena 1979? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li din il-miżura sejra tqum għall-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onorevoli Membru mitlub jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm min għadda mill-eżami għall-skrivan mal-gvern u għadu ma daħalx?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien nfurmat li minn dawk li għaddew mill-eżami għall-iskrivan li sar fis-sena 2000, fadal sittax-il kandidat (16) li għadhom ma ġewx imsejħa biex jibdew l-impjieg.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema taċ-Ċivil jistgħux japplikaw għal post ta' segretarju eżekuttiv mal-Kunsill Lokali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għall-post ta’ Segretarju Eżekuttiv mal-Kunsilli Lokali. Jekk uffiċjal jiġi magħżul jeħtieġlu approvazzjoni mill-Management and Personnel Office.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li kienu għaddew mill-eżami għal skrivani mal-Gvern u li ghadhom jistennew biex jekk tinħoloq vakanza fiċ-ċivil ikunu jistgħu jiġu ingaġġati fis-servizz ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31482.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.