Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32812 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-segretarju permanenti fl-uffiċju tal-prim ministru? Meta se jispiċċa dan il-kuntatt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18371, ma nħossx li hija etika li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn il-kuntratti. Il-kuntratt tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi ġie estiż b’sena oħra sa Jannar 2003.
Leg 9 PQ #32731 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Promotions

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex fis-17 ta' Jannar 2002, jiġifieri sena wara mid-data effettiva tal-promotions, il-kap ta' l-armata ħass il-bżonn li jbiddel il-promotion assessment report tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mhux minnu dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #32102 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba siefer fuq xogħol governattiv is-sena l-oħra? Kemm swiet kull żjara, kemm telgħu maltin fuq kull safra u x'kien ix-xogħol tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar ħidma uffiċjali barra minn Malta fl-2001.
Leg 9 PQ #32104 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċivil — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tkeċċew impjegati minn maċ-ċivil is-sena l-oħra? Għaliex u ma liema dipartiment tal-Gvern kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm sitt uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku matul is-sena l-oħra. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellat tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32106 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li marru fuq training jew manuvri militari barra minn Malta is-sena l-oħra? X' rank kellhom u fejn marru u għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li matul is-sena l-oħra 244 suldat u 55 uffiċjal ta’ l-Armata marru fuq “training” jew manuvri militari (“exercises/attachments”) barra min Malta, f’dawn il-pajjiżi: Italja, Ġermanja, Renju Unit, Stati Uniti, Svezja u Belġu. Ir-“ranks” tas-suldati kienu hekk: “Warrant Officers” 8 “Staff Sergeants” 25 Surgenti 10 Burbardiera 28 “Lance Bombardiers” 33 “Gunners” 140 244
Leg 9 PQ #32507 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ħsarat ta' Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija ta' ħsarat tal-vetturi u tgħamir ieħor tal-forzi armati? Kemm intefaq fis-sena finanzjarja li għaddiet biex jissewew vetturi, gaffef, eċċ? Kemm hemm vetturi - trakkijiet, karozzi, gaffef u impjant ieħor li bħalissa huma bil-ħsara?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li, b’eċċezzjonijiet rari, l-vetturi tat-triq tal-Forzi Armati jissewwew fil-“workshops” tagħhom stess. Matul is-sena 2001, intefqu total ta’ Lm22,121.56c fuq tiswija u manutenzjoni tal-vetturi, gafef, eċċ. Jidhirli li l-informazzjoni l-oħra ma għandhiex tkun pubblikata.
Leg 9 PQ #32511 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li numru ta' laneċ tal-Forza Marittima tal-Armata huma bil-ħsara? Jista' jgħid jekk qed isirux taħdidiet ma' pajjiż ieħor biex l-iskwadra tiġi modernnizata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Hija ħaġa komuni li Forza Marittima jkollha numru ta’ mezzi weqfin bil-ħsara jew għall-manutenzjoni. Dan jgħodd ukoll għall-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nikkonferma li qegħdin isiru taħdidiet biex il-Forzi Armati jkollhom mezzi dejjem aħjar.
Leg 9 PQ #32494 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur kienx hemm xi impjiegi ġodda mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu u f'liema dipartimenti ġew allokati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-18 ta’ Marzu 2002, ġew impjegati 272 persuna (li jinkludu 208 “teachers”) mas-Servizz Pubbliku b’impjieg permanenti. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ skedi bid-dettalji ta’ dawn l-impjiegi li saru fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #32525 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Care Workers

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' għadd ta' care workers li ntagħżlu biex ikunu ttrenjati u mbagħad ingaġġati mal-qasam ta' l-anzjani pero li s'issa, wara ħafna xhur għadhom ma ddahħlux, u dan minkejja il-bżonn li hemm kif mitlub mid-dipartiment għall-kura ta' l-anzjani?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-postijiet battala ta’ “Care Worker” li għalihom kienet saret is-sejħa minn barra, imtlew.
Leg 9 PQ #32547 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32002 u cioe Jista' l-Prim Ministru jgħid x'mezzi marittimi għandhom a dispozizzjoni tagħhom il-Forzi Armati ta' Malta biex jikkumbattu l-immigrazzjoni klandestina? Jista' jgħid kemm-il darba issejjħet l-Armata fuq il-baħar fuq rapporti li kien qiegħed isir traffikat ta' bnedmin fl-ibħra territorjali ta' Malta matul is-sena 1998, 1999, 2000 u 2001? X'għamlet l-Armata għal kull rapport? Kemm-il darba l-Armata qabdet fil-fatt it-traffikar ta' bnedmin qiegħed jitwettaq fl-ibħra teritorjali ta' Malta matul 1998, 1999, 2000 u 2001? Kemm-il darba l-mezzi marittimi ta' l-Armata ġarrbu ħsarat u kemm damu barra s-servizz sakemm issewwew matul l-1998, 1999, 2000 u 2001? Għal liema skopijiet oħrajn l-istess mezzi marittimi ta' l-Armata jintużaw fis-servizz ta' l-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

1. Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) għandhom tlettax il-biċċa tal-baħar li jintużaw għal operazzjonijiet fuq il-baħar u mal-kosta tal-gżejjer Maltin. Dawn l-operazzjonijiet jinkludi wkoll dawk kontra l-immigrazzjoni klandestina. 2. Hawn taħt hawn statistika ta’ kemm-il darba il-FAM rċevew rapporti dwar traffikar ta’ bnedmin fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001, u x’miżuri ttçħdu. Sena Numru ta’ Rapporti Miżuri meħuda 1998 32 Meta ir-rapporti ma kçnux oriġinaw mingħand il-Pulizija, dawn ta’ l-aħħar ġew avżati. L-FAM bagħtet mezzi tal-baħar u/jew ta’ l-ajru biex jinvestigaw. 1999 72 2000 79 2001 34 3. Fil-parti l-kbira tal-każi l-investigazzjoni rriżultaw fin-negattiv jew f’riżultat insinifikanti, imma fi tlçt każi fl-1999 u f’każ çħor fl-1998 kçn hemm riżultat pożittiv sinifikanti. 4. Il-ħsarat fil-mezzi marittimi kien “average” ta’ ħames darbiet kull sena msemmija. 5. Il-mezzi Marittimi ta’ l-Armata jintużaw skond l-eżigenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #32567 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-Gvern — Part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-gvern jistgħux jaħdmu xogħol ieħor part-time? Jekk fl-affermattiv x'inhuma l-kriterji mitlubin minn dawn il-persuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-impjegati kollha tal-Gvern jistgħu jagħmlu xogħol “part-time” barra mill-ħin normali tax-xogħol tagħhom mal-Gvern, ħlief dawk li huma preklużi milli jagħmlu dan fl-ittra tal-ħatra tagħhom. Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-impjegati tal-Gvern biex jagħmlu xogħol “part-time”, huma li: a) Jitolbu permess minn qabel migħand is-Segretarju Permanenti tagħhom; b) Jinfurmaw lill-kap tagħhom dwar kull konflitt ta’ interess li jista’ jkun hemm bejn ix-xogħol privat u dak uffiċjali; c) Ix-xogħol “part-time” ma jsirx waqt il-ħin tax-xogħol; d) Wara li jkun ingħata l-permess, jibqa l-obbligu għall-impjegati li jinfurmaw lis-Segretarju Permanenti tagħhom, fi żmien ġimgħa, b’xi konflitt ta’ interess li jista’ jkun hemm jew li jista’ jinqala’.
Leg 9 PQ #31082 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kera li tħallset lill-privat mill-Uffiċċju tiegħi u Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hu kif muri fit-tabella. Sakemm ma ningħatax raġuni ’l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji. Entita` Ammont ta’ Kera Uffiċċju tal-Prim Ministru LM 240 Kummissjoni dwar l-Impjiegi LM2,620
Leg 9 PQ #31051 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjanti — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet? Kemm għat-tindif?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sakemm ma ningħatax raġuni ’l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x’jaqsam ma dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u, għar-rigward ta’ Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Leg 9 PQ #32359 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Commission

Question

Jista' l-Ministru jgħidli għar-rigward tal-public service commission fil-preżent i) x'inhi l-kompożizzjoni tagħha ii) in-numru ta' deċizzjonijiet fis-sena 2001 iii) u jekk għadiex tiffunzjona?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

1. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija komposta kif ġej: “Chairman” Is-Sur Joseph J M Curmi MPA DPA FCIPD “Deputy Chairman” Il-Brigadier (Rtd) John Spiteri MOM Membri Is-Sinjura Yvonne Micallef Stafrace BA(Hons) MA Dr Janet Mifsud B Pharm(Hons) PhD Is-Sur John A Scicluna DPA 2. Matul is-sena 2001, il-Kummissjoni ssottomettiet 759 rakkomandazzjoni lill- Prim Ministru , 701 dwar ħatriet, eċċ u 58 dwar dixxiplina. 3. Fis-Sena 2001 il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku iltaqgħet ħamsin (50) darba. Il-Kummissjoni ħarget 277 sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta’ vakanzi fis-servizz pubbliku. Minn dawn, 159 sejħa dehru fil-Gazzetta tal-Gvern filwaqt li l-118 l-oħra kienu Ċirkularijiet interni. Jekk l-Onorevoli Membru ikun jixtieq iżjed informazzjoni dwar il-ħidma tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku nistiednu jara r-Rapport li toħroġ il-Kummissjoni kull sena, u li kopja tiegħu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ġeneralment għal ħabta ta’ April.
Leg 9 PQ #32059 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittelgħu impjegati taċ-Ċivil quddiem il-PSC is-sena l-oħra ? Għaliex u min liema dipartiment kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għan-numru ta’ impjegati tal-Gvern li ttelgħu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku s-sena l-oħra minħabba xi każ ta’ dixxiplina. Kif diġa` weġibt diversi drabi oħra, permezz tar-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1999, il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u l-każijiet li jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għadhomx iżjed jgħaddu aktar mill-Uffiċċju tiegħi. Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ma kien hemm l-ebda każ tad-dixxiplina li ġie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taħt ir-Regolamenti tad-Dixxpilina ta’ l-1999. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi. Dwar il-każijiet ta’ dixxiplina li kienu nbdew taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977, kien hemm 29 każ li tressqu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tul 2001 u qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #32248 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Taħriġ barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm il-uffiċjal tal-Armata marru għat-taħriġ f'diversi pajjiżi? Liema huma l-uffiċjali? Fejn marru? Għal x'hiex tħarrġu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li f’dawn l-aħħar senjtejn 38 uffiċjal ta’ l-Armata marru għat-taħriġ f’dawn il-pajjiżi: Italja, Renju Unit, Stati Uniti, Svizzera, Svezja, Ġermanja u Belġju. L-Uffiċjali kienu 5 Maġġuri, 10 Kaptani, 10 Logutenenti, 7 “Second lieutenants” u 6 Uffiċjali Kadetti.
Leg 9 PQ #32247 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missjoni Militari Taljana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-Missjoni Militari Taljana f'Malta bħaliss? Kemm hemm membri tal-militar f'Malta? Kien hemm każijiet fejn membri tal-Forzi Armati marru jitħarġu fl-Italja f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Missjoni Militari Taljana f’Malta għandha nkarigu speċifiku skond il-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn Malta u l-Italja fl-1988. Dan jinkludi: - Assistenza, billi jingħata taħriġ lill-membri tal-Forzi Aramti ta’ Malta f’oqsma u speċjalitajiet varji li huma meħtieġa biex tiffunzjoni l-Armata. - Servizz ta’ tfittix u salvataġġ. In-numru tal-membri li jiffurmaw il-Missjoni Militari Taljana, fil-preżent huwa 49. Kien u għadd hemm diversi opportunitajiet fejn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta attendew korsijiet jew taħriġ fl-Italja f’dawn l-aħħar ħames snin. Tajjeb li wieħed iżid li ħafna mill-korsijiet kienu ta’ natura speċjalizzata f’oqsma varji tal-Armata.
Leg 9 PQ #32239 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fhiex waslet l-inkjesta dwar l-inċidenti li ġraw fid-29 ta' Ġunju 2001 li fihom hu allegat li suldati tal-AFM sparaw u laqtu laneċ tas-sajd tax-xlukkajri? Meta jaħseb li se tintemm din l-inkjesta'? X'inhu jżomm u jġiegħel lill-proċeduri jieħdu daqshekk fit-tul?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Numru 27591 li ngħatat f’seduta numru 588 tat-23 ta’ Lulju 2001. Ninsab infurmat li l-inkjesta għadha għaddejja.
Leg 9 PQ #32253 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Użu tal-Helicopter

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika b'liema awtorita' l-Kmandant tal-Armata ddeċieda li l-kumpanniji privati li isimhom u d-dati qed jingħataw b'mod separat, jużaw il-helicopter għal finijiet kummerċjali mingħajr ma jħallsu għas-servizz mogħti lilhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kmandat tal-Forzi Armati ddeċieda li ma jitlobx ħlas għas-servizz tal-“helicopter” fiż-żewġ każi msemmija minħabba li fl-ewwel każ it-talba kienet mill-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent għal xogħol uffiċjali waqt li t-tieni talba kienet minn Din l-Art Ħelwa.
Leg 9 PQ #32255 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Għajnuna mill-Gvern Ċiniż

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31143, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-istudju issa tlestiex? Jekk ir-risposta hija fil-pożittiv, jista' jgħid allura meta ser issir it-talba uffiċjali lill-Gvern Ċiniż biex l-għajnuna mwegħda tissarraf f'benefiċċju għall-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjoni definitiva tal-Forzi Armati għada mhix lesta.