Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33328 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — EOs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jikkonferma rapporti li hemm il-ħsieb li jsir ingaġġ ġdid tal-EOs fis-servizz pubbliku? Jekk iva meta ser isir dan u kemm hemm postijiet battala?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma hemmx il-ħsieb immedjat li jsir eżami biex jimtlew postijiet ta’ “Executive Officer”.
Leg 9 PQ #33380 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Private Partnership — Landscaping

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 33233, jista' l-Ministru jgħid ta' min huma d-disa' proposti li saru għas-sejħa ta' public private partnership fil-qasam tal-landscaping?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi d-disa’ proposti li saru għal “Private Public Partnership” fil-qasam tal-“Landscaping” kienu minn għand:- · Derek Garden Landscapers and PAYSAGE plus France; · F. Zammit Nurseries and Consultant (Mr Joseph Buhagiar); · Mr Joseph Buhagiar – University of Malta; · MED-Urban Landscape Consortium - Mizzi Group of Companies - Riva Giardini - Piscopo Gardens Limited - Ballut Blocks Limited - Dr Edwin Mintoff Associates; · Environment Landscape Consortium - Polidano Group Limited - Dr Adrian’s Garden Centre - Peter Calamatta, The Garden Shop Nursery - Green Supplier Limited; · Dr Charles Francis Grech and Mr Emanuel Baldacchino; · Dr Charles Francis Grech; · Malta Agriculture Lobby Services (Mr Louie R. Naudi); · Remsis Limited (Mr Frank Galea).
Leg 9 PQ #33496 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal tal-Inġustizja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi każi quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni tal-inġustizji? Jista' jgħid kemm ġew deċiżi favur ir-rikorrenti, u jagħti dettalji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji iddeċieda u rrapporta fuq 565 każ. Minn dawn 313 l-ilment nstab ġustifikat u t-Tribunal għamel rakkomandazzjoni favur ir-rikorrent. Ġie rakkomandat rimedju kompensattiv f’157 każ u rimedju ta’ Kumpens f’156 każ. Rimedju kompensattiv huwa wieħed li jagħti lir-rikorrent dak li jkun talab. Rimedju ta’ kumpens huwa wieħed finanzjarju li jingħata meta rimedju kumpensattiv ma jkunx possibli. Il-każi konklużi huma 194.
Leg 9 PQ #33531 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati tal-Forzi Armati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-suldati tal-forzi armati A comp li kienu xogħol fil-lejl bejn 13 u 14 ta' Mejju, u li suppost spiċċaw fis-7.00 am ġew ordnati jaħslu l-barracks tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li normalment il-ħin tad-“dismiss parade” hu fis-7.30 u mhux kif indikat fil-mistoqsija. Jidhirli l-passi li ttieħdu jaqgħu taħt ir-responsabilta` ta’ l-amministrazzjoni tal-Forzi Armati.
Leg 9 PQ #31504 Sitting 735 2002-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nifhimx xi jrid ifisser l-Onorevoli Interpellant b’rapporti mill-Ministeru.
Leg 9 PQ #33319 Sitting 735 2002-05-14 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti fil-KullĦadd

Question

B'riferenza għal rapport li deher fil-ġurnal KullĦadd, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni għar-rigward l-allegazzjoni li ntbagħtu xi ittri minn persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li preżentament huwa residenti fis-CCF?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jagħmel il-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #33189 Sitting 734 2002-05-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman — Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet ta' l- Ombudsman fl-investigazzjonijiet ta' inġustizzji li saru fl-Armata u r-rimedji li rrakkomanda l-istess Ombudsman humiex jigu mplimentati mill-brigadier responsabbli mill-Armata? Jista' jgħid kemm kienu n-numru ta' rimedji mwettqa mill-brigadier u kemm kienu r-rakkomandazzjonijiet għar-rimedji mill-Ombudsman lill-brigadier? F'kaz ta' diskrepanza x'inhija r-raguni li r-rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman, uhud minnhom xorta qed jigu injorati fl-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ir-risposta għall-ewwel parti tad-domanda ta’ l-Onorevoli Membru hija fl-affermattiv. Ninsab infurmat li hemm diversi rakkomandazzjonijiet ta’ l-Ombudsman rigward l-Armata li jridu jiġu evalwati flimkien, qabel jiġu implementati. Kien hemm erba’ promozzjonijiet li ġew implementati waqt li hemm erbgħa oħra fil-proċess ta’ implementazzjoni.
Leg 9 PQ #33232 Sitting 734 2002-05-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Piracy

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għandux politika kontra l-piracy għall-uffiċċju tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Teżisti politika kontra l-“piracy” kemm fl-Uffiċċju tiegħi kif ukoll mal-Gvern kollu. Ninsab infurmat li l-“Government Policy” fuq “Software Licencing” hija dokumentata f’dokument “Office Automation Standards Software Products”. Dan id-dokument jista’ jiġi aċċessat minn fuq il-“Website” ta’ CIMU “www.cimu.gov.mt”. Fejn isir magħruf li “software” qiegħed jiġi użat illegalment il-Gvern jieħu l-passi neċessarji.
Leg 9 PQ #33238 Sitting 734 2002-05-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu ħaddiema full-time u mhux full-time li huma impjegati mal-fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern mis-sena 1998 'l hawn? Jista' jgħid minn fejn huma l-ħaddiema? Jista' jgħid kemm jaħdmu sigħat dawk li m'humiex impjegati tal-gvern iżda li huma impjegati mal-fondazzjonijiet u kemm hi l-paga fissa, jew hourly rate, u l-allowance tagħhom? Jista' l-Prim Ministru jgħid kif saret l-għażla ta' dawn il-ħaddiema u kienx hemm persuni oħra li applikaw għal dawn il-pożizzjonijiet u tħallew barra, allavolja kellhom esperjenza u kwalifiki ogħla minn ta' dawk li ntgħażlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33208 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Regoli tal-Gvern — Uffiċċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skond ir-regoli tal-gvern, jistax ikun hemm iżjed minn membru wieħed mill-istess familja fl-istess uffiċċju jew fl-istess post?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru, għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4934.
Leg 9 PQ #33233 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Private Partnership — Landscaping/Embillishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kumpaniji li urew interess fil-ftehim Public Private Partnership għal xogħol ta' landscaping u embillishment? F'liema stadju waslet l-aggredikazzjoni tal-proposti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm disa’ proposti minn kumpaniji u individwi li wrew interess fil-qafas ta’ “Public Private Partnership” fil-qasam ta’ “landscaping”. Dawn il-proposti ġew evalwati u mistenni jibda l-istadju tan-negozjati f’qasir żmien.
Leg 9 PQ #33149 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Transfers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kinitx teżisti skema fl-AFM fejn personell mil-armata setgħu jitolbu transfers għal ġo dipartimenti oħra tal-Gvern wara li jkunu instabu 'unfit for active duty' min board mediku? Meta daħlet din l-iskema u kemm ibenifikaw, x'rank kellhom u fejn inbgħatu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dawk il-membri tal-Forzi Armati li kienu nstabu “medically unfit for military service”, qabel ma kienu jkunu “discharged” mis-Servizz, kienu jingħataw l-opportunita` li jkomplu jagħmlu xogħol ta’ natura ċivili ma’ xi dipartiment tal-Gvern jekk kienu jissodisfaw kriterji stabbiliti. Din l-opportunita` bdiet tingħata f’April 1991 u twaqqfet f’Jannar 1996. Żewġ bumbardiera u ħames “gunners” kienu għażlu li jkunu “posted” ma’ dipartimenti: tnejn mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, tnejn mad-Dipartiment tax-Xogħolijiet u tlieta mad-Dipartiment tal-Mużewijiet .
Leg 9 PQ #33001 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Summer Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers? Kif isiru l-għażliet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #33148 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Promotions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema snin ingħataw promotions personell tal-armata fejn is-sena 1980 sa 1991? Kemm ġawdew persuni u x'tip ta' promozjonijiet kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li saru fil-Forzi Armati bejn is-sena 1980 u 1991 kienu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33028 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Promotions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex numru ta' EO's li kellhom jinħatru assistant principals għadhom ma sarux minkejja li suppost saru mid-19 ta' Novembru 2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi passi qegħdin jittieħdu biex tmienja u sittin “Executive Officer” jinħatru “Assistant Principal”. Il-ħatra ssir b’lura, b’effett mid-19 ta’ Novembru, 2001.
Leg 9 PQ #33090 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Numru ta' Nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' nies f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16 il sena? Kemm huwa n-numru ta' rġiel f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16-il sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #32790 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex in-nisa fl-armata mhux jingħataw il-benefiċċji tar-reduced hours bħall-impjegati l-oħra tas-servizz pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Interpellant tidher li qed tirreferi għal Ċirkulari maħruġa mill-Uffiċċju tiegħi, Numru 25/99 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999. Din teskludi li membri ta’ l-Armata kemm nisa kif ukoll irġiel milli jiġu ntitolati għall-benefiċċji tar-“reduced hours”. Wieħed jifhem li fin-natura tax-xogħol tagħha, l-Armata ma tistax taħdem fuq sistema ta’ “reduced hours”.
Leg 9 PQ #32788 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Kunsilliera

Question

B'riferenza għall-elezzjonijiet lokali tad-9 ta' Marzu li għadda jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' kunsillieri f'kull lokalita' fejn saru dawn l-elezzjonijiet fl-1996, 1999 u 2002; in-numru ta' kandidati li kkontestaw f'kull lokalita' f'dawn l-elezzjonijiet fl-istess snin, in-numru ta' votanti eliġibbli f'kull elezzjoni u l-voti mitfugħa f'kull elezzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membu rigward elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl-1996, 1999 u 2002 tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32876 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati Ingliżi — Wireless and Telegraphy

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li jiġi inkarigat perit-tekniku sabiex jara l-istat li fihom qedhin l-arbli li kienu jiġu użati mill-Forzi Armati Ingliżi fil-wireless and telegraphy ġewwa l-bajja tar-Rinella Kalkara billi dawn jidhru li qedhin fi stat ta' deterjorament u tajjeb jekk jiġu żarmati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent.
Leg 9 PQ #32752 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja — Sigurta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex se tkun tikkonsisti s-sistema ta' sigurta li hemm il-ħsieb tiddaħħal fil-bini? X'inhuma r-raġunijiet għal din is-sistema? Kemm mistennija jqum t-tagħmir, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tagħha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-sistema ta’ sigurta`, li għaliha għadha kemm għalqet sejħa għall-offerti, tikkonsisti f’numru ta’ “cameras” mifruxa mal-bini (C.C.T.V.), kif ukoll sistema ta’ kontroll ta’ dħul u ħruġ ta’ persuni fil-bini (“Limited Access Control”). Din is-sistema maħsuba għas-sigurta` tan-nies kollha li jaħdmu fil-Berġa ta’ Kastilja kif ukoll għas-sigurta` tal-bini nnifsu. It-“tender” bħalissa qiegħed fl-“adjudication stage” u l-valur ta’ din is-sistema jkun magħruf meta tingħażel l-aħjar offerta.