Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34066 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għal Għawdex — Customer Services - Direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għaddew aktar minn erba' xhur minn meta għalqu l-applikazzjonijiet għal mili ta' kariga ta' direttur tal-customer services fil-ministeru għal Għawdex u l-intervisti għadhom ma sarux? Jista' jgħid meta se jsiru? Jista' jgħid jekk b'dan id-dewmien huwiex jinkiser il-quality service charter ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-intervisti għall-mili tal-post ta’ Direttur tal-“Customer Services” fil-Ministeru għal Għawdex issa saru.
Leg 9 PQ #34088 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Customer Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju kien ġie upgraded id-direttorat tal-customer services fil-ministeru ta' Għawdex, minn skala 5 għal skala 4?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

F’April tas-sena 2001, wara l-ħatra għall-ewwel darba ta’ l-Assistenti Diretturi fi skala ta’ salarju 5, it-tlettax il-pożizzjoni ta’ direttur li kienu baqgħu fi skala 5 ġew kollha “upgraded” għal skala 4 u b’hekk ma baqa` l-ebda Direttur fi skala 5. Id-direttorat tal-“customer services” kien wieħed minn dawn it-tlettax.
Leg 9 PQ #34129 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Banda - Surmast

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar erba' xhur il-banda tal-forzi armati kienet u għadha mingħajr surmast? Jista' jgħid jekk huwiex fatt li l-armata kienet ilha madwar tliet snin avżata mis-surmast preċedenti li kien se jirtira? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li minkejja dan iż-żmien kollu ta' pre-avviż ma ttieħdux il-passi meħtieġa biex jinħatar surmast ġdid, bil-konsegwenza li sal-lum il-banda għadha bla surmast? Jikkonferma l-Prim Ministru li l-banda ser iżżur l-Italja fil-ġimgħat li ġejjien meta l-banda tinsab mingħajr surmast?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Banda tal-Forzi Armati bħalissa qed titmexxa minn Aġent Surmast. Is-Surmast li kien hemm qabel iddikjara bil-miktub li jixtieq jirtira f’Ottubru tas-sena 2001. Fil-fatt irtira f’Jannar 2002. Ninsab infurmat li l-Banda ta’ l-Armata ser iżżur l-Italja.
Leg 9 PQ #34131 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Banda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li membri tal-banda tal-forzi armati ilhom ma jingħataw promozzjoni għal snin twal? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li membri tal-banda tal-forzi armati meta jsiefru fuq xogħol mal-banda jingħataw Lm50 biss expenses bonus bil-konsegwenza li dawn ikollhom joħorġu flus personali biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż li jkollhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li fil-25 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra, ħarġu 21 promozzjoni fil-Banda tal-Forzi Armati. Il-membri tal-Banda tal-Forzi Armati, meta jsiefru fuq xogħol, jingħataw l-istess “subsistence allowance” li jingħataw membri tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #34161 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Principals

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta il-principals li sal-lum qegħdin fi scale 9, se jkunu promossi għal scale 8, peress li din il-promozzjoni kellha ssir b'effett mill-1 ta' Jannar 2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-“progressions” li joħorġu mill-Addendum li ġie ffirmat fit-22 ta’ Awissu, 2001 li jsaħħaħ il-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni, Assimilazzjoni u Ristrutturar tal-Gradi fis-Servizz Ġenerali tal-1993. L-implimentazzjoni tal-provvedimenti ta’ dan l-Addendum jinvolvi assimilazzjonijiet, promozzjonijiet u ‘progessions’ ta’ aktar minn tlett elef uffiċjal pubbliku u jrid iż-żmien biex jiġi konkluż. Jiena nfurmat li diġa` ttieħdu numru ta’ passi biex dan l-Addendum jiġi implimentat. Fil-każ ta’ “Principals” li minn Skala 9 jridu jitilgħu għal Skala 8 dan isir wara li l-“Management and Personnel Office” jaċċerta ruħu li l-uffiċjali kkonċernati jkunu qdew id-doveri tagħhom b’mod sodisfaċenti bil-mod kif provdut fl-imsemmi Addendum.
Leg 9 PQ #34051 Sitting 754 2002-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħlas tal-overtime ta' dawk il-ħaddiema li qed jagħmlu part-time konness mal-ħruġ tal-ID cards ġodda fil-bliet u irħula Maltin waqa b'xahrejn lura?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li qegħdin isiru trattativi mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex dawn il-pagamenti jkunu jistgħu jsiru.
Leg 9 PQ #32344 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta’ sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f’kull dipartiment u s-sigħat li tħallsu. Dipartiment Numru ta’ Ħaddiema li ħadmu overtime fl-2001 Numru ta’ sigħat li nħadmu fl-2001 Numru ta’ sigħat li tħallsu fl-2001 Uffiċċju tal-Prim Ministru 2 85 85 Dipartiment ta’ l-Informazzjoni 1 704 704 Stamperija tal-Gvern 52 9,555 9,555 Uffiċċju Elettorali 1 392 392

Kunsilli Lokali — Mini Buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-ko-operattiva tal-mini buses ta' kull vjaġġ li għamlet waqt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru f'Marzu li għadda u kemm kien l-ammont globali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Ko-operattiva tal-“Mini Buses” tħallset Lm17.95 għal kull vjaġġ li għamlet waqt l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru f’Marzu li għadda u l-ammont globali kien ta’ Lm1,633.45.
Leg 9 PQ #33848 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 33688, jista' jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fil-ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern u ċivil, bħal sptarijiet u skejjel, li mis-sena 1998 ingħataw allowances għal pożizzjonijiet ġodda li huma ogħla mis-substantive grade tagħhom? Jista' jgħid kemm għola gradi non-substantive kull ħaddiem f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33808 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Helicopter Flight Section - Technician - B'Kara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga għaliex jieher li inqabeż għall-promozzjoni minkejja l-esperjenza li għandhu bħala technician fil-helicopter flight section ta' l-AFM?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-persuna msemmija ma ġietx promossa fl-eżerċizzju ta’ l-2001 għax ma kienx hemm biżżejjed vakanzi fil-grad ta’ “Lance Bombardier” fejn jaħdem.
Leg 9 PQ #33756 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema uffiċjal tal-gvern hemm fl-OPM li huwa eżentat mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nistieden lill-Onorevoli Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli dwar eżenzjonijiet li jingħataw skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 13 ta’ l-1987 (Att dwar is-Sigurta` Soċjali) li ġiet ippublikata fl-14 ta’ Frar 1987 u ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1987.
Leg 9 PQ #33688 Sitting 746 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati - Non Substantive

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33468: Jista' jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fil-ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern u ċivil, bħal sptarijiet u skejjel, li mis-sena 1998 ingħataw allowances għal pożizzjonijiet ġodda li huma ogħla mis-substantive grade tagħhom? Jista' jgħid kemm għola gradi non-substantive kull ħaddiem f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33555 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

KPMG/Misco

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, 2000 u 2001 kemm rapporti saru għall-oqsma li jaqgħu taħtek mill-kumpaniji KPMG u Misco? F'hiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bejn l-1999 u l-2001 l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali (OPM) ikkummissjona żewġ rapporti mill-MISCO, wieħed dwar “European Values Survey” u l-ieħor “Survey on Consumer Confidence and the Economy”. Il-MITTS Ltd ikkummisjonat rapport wieħed mingħand KPMG li kien jikkonsisti f’ “Requirement Analysis for the Land and Estate Management System” u rapport ieħor mingħand il-MISCO li kien jikkonsisti f’riċerka speċifika dwar salarji u benefiċċji li kienu jingħataw fl-industrija tal-Informatika. Tul l-istess żmien il-“Management Efficiency Unit” ikkummissjonat żewġ rapporti mill-MISCO li kienu jirrigwardaw “surveys” dwar “Management Consultancy” waqt li s-“Central Information Management Unit” ikkummissjonat rapport mill-MISCO li kien jikkonsisti f’ “General Public Survey – Perceptions in relation to e-Government”.
Leg 9 PQ #33515 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegat mal-Gvern — Kuntrat

Question

Jista' Ministru jgħid x'tip ta' xogħol għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mal-gvern? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra? Fl-impjieg li għandu, qed jiġu segwiti r-regolamenti eżistenti dwar impjieg mal-gvern? Qed jiġu segwitit r-regolamenti finanzjarji rilevanti? X'inhuma l-ħlasijiet u benefiċċji oħra li huwa ntitolat għalihom fl-impjieg tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-assistent personali tiegħi għandu kuntratt, ħlasijiet u benefiċċji skond id-dokument “Engagement of Staff for Private Secretariats” li kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra. L-assistant personali tiegħi huwa ukoll iċ-“Chairman” tal-“Core Negotiating Group” li qed imexxi n-negozjati mal-EU u ta’ dan ix-xogħol għandu “allowance” ta’ Lm4,000pa.
Leg 9 PQ #33505 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 33238 u cioe`: jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu ħaddiema full-time u mhux full-time li huma impjegati mal-fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern mis-sena 1998 'l hawn? Jista' jgħid minn fejn huma l-ħaddiema? Jista' jgħid kemm jaħdmu sigħat dawk li m'humiex impjegati tal-gvern iżda li huma impjegati mal-fondazzjonijiet u kemm hi l-paga fissa, jew hourly rate, u l-allowance tagħhom? Jista' l-Prim Ministru jgħid kif saret l-għażla ta' dawn il-ħaddiema u kienx hemm persuni oħra li applikaw għal dawn il-pożizzjonijiet u tħallew barra, allavolja kellhom esperjenza u kwalifiki ogħla minn ta' dawk li ntgħażlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-entitajiet fid-dekasteru tiegħi. Rigward entitajiet f’Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel domanda lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #33565 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għar-rapport preżentat mill-ombudsman fis-seduta tal-14 ta' Jannar 2002 jinforma l-Kamra jekk ttieħdux xi passi amministrattivi fuq il-każijiet hemm imsemmija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #33391 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Sospenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex ir-regola li impjegati mas-settur pubbliku jiġu sospiżi meta dawn ikollhom każ ta' abbuż mir-responsabbilta tagħhom fuq ix-xogħol quddiem il-qorti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li skond ir-regolamenti tad-dixxiplina meta uffiċjal pubbliku jkun għaddej proċeduri kriminali quddiem il-Qorti, jekk il-Kap tad-Dipartiment iqis li dawn il-proċeduri huma ta’ xorta li x’aktarx tagħti lok għal azzjoni dixxiplinarja, għandu jirraporta l-fatti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-Kap tad-Dipartiment għandu wkoll id-diskrezzjoni jekk jirrakkomandax li l-uffiċjal jingħatax interdett jew le. Imbagħad hija l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li tagħmel ir-rakkomandazzjoni fuq il-każ.
Leg 9 PQ #33457 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Chief executive officer — Data Protection

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 33313 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe`: Jista' jikkonferma li nħatar chief executive officer għad-data protection? Jekk iva min hu, x'pakkett finanzjarju għandu kif ukoll x'perijodu jkopri l-kuntratt, u jekk hemmx penali għall-gvern jekk jintemmlu il-kuntratt qabel iż-żmien? Jekk fl-affermattiv, x'kienet il-penali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nistieden l-Onorevoli Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #33468 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati - Non-Substantive

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 33235 u cioe, jista' jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fil-ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern u ċivil, bħal sptarijiet u skejjel, li mis-sena 1998 ingħataw allowances għal pożizzjonijiet ġodda li huma ogħla mis-substantive grade tagħhom? Jista' jgħid kemm għola gradi non-substantive kull ħaddiem f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.