Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet mal-unions konċernati dwar l-ingaġġ b'mod permanenti tal-casual clerks/typists/substitute clerks li qed jaħdmu fis-servizz pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegibiet li kont tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 3756, 8656, 12337, 18903 u 34193 nhar il-21 ta’ Jannar 1999, 12 ta’ Lulju 1999, 17 ta’ Jannar 2000, 18 ta’ Settembru 2000 u 25 ta’ Gunju 2002, rispettivament.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-ġonna pubbliċi li se jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-konsorzju il-ġdid tal-PPP (Private public partnership)? Jirriżulta li l-konsorzju se jingħata s-somma ta' kwart ta' miljun lira jew ta' nofs miljun lira Maltin? Jekk huwa l-każ, għala se jingħataw dawn il-flus? X'kundizzjonijiet se tkun marbuta mal-proprjeta' tal-poplu li se tgħaddi lil dan il-konsorzju?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ gonna pubblici u siti ohra li llum huma responsabilita` tal-“Urban and Rural Landscaping Section” u li qeghdin jigu kkunsidrati fl-ambitu tal-progett ta’ “Public Private Partnership”. Din il-lista harget bhala Appendici fid-dokument “Expression of Interest” imqassam lil dawk interessati fil-progett f’Ottubru 2001.
Ma nhossx li tkun etika li naghti informazzjoni dwar arrangamenti finanzjarji meta n-negozjati ghadhom ghaddejjin.
B'riferenza għall-mistoqsija 35159, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha mitluba fir-rigward tal-ministeru tat-turiżmu, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ l-istess ministeru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar, 2001 sal-31 ta’ Awissu, 2002 il-“Management and Personnel Office” ircieva tnax-il talba ghal trasferiment ta’ mpjegati mill-Ministeru tat-Turizmu.
Minn dawn it-talbiet gew approvati tlieta (3), wahda ta’ ufficjal fis-Servizz Generali u t-tnejn (2) l-ohra ta’ zewg impjegati fil-gradi ndustriji.
Din il-figura ma tinkludix trasferimenti ta’ ufficjali li:
1) marru jew gew minn Segretarjati Privati ta’ Ministeru u Segretarji Parlamentari;
2) gew ittrasferiti fi hdan l-istess Ministeru;
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ talbiet ta’ trasferimenti ta’ ufficjali fis-Servizz Generali u ohra ta’ ufficjali fil-Grad Dipartimentali, Teknici u Industrijali mill-Ministeru tat-Turizmu.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar:
a) Kemm-il każ ġie deċiż mill-
ombudsman
minn meta ġiet imwaqqfa l-istituzzjoni sal-lum?
b) Minn dawn il-każijiet deċiżi kemm-il rakkmandazzjoni ġiet milqgħuha u implimentata mill-gvern?
c) Min kienu l-persuni li kellhom id-deċiżjoni u r-redress suġġerit mill-ombudsman aċċettat u implimentat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li wara li l-Ufficcju tieghi ghadda kopja tal-Mistoqsija lill-“Ombudsman”, dan wiegeb direttament lill-Onor Interpellant fid-19 ta’ Settembru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li inħarġitilhom card ġdida dan l-aħħar ma jidhrux fir-reġistru elettorali ta' April 2002 fl-istess triq indikata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-familja indikata tidher fir-Registru Elettorali ta’ April 2002 fi Triq Sant’ Andrija, Msida, wara li parti mit-Triq it-Torri nghatat l-isem gdid ta’ Triq Sant’ Andrija. Il-karta ta’ l-identita` l-gdida inharget kif suppost fuq Triq it-Torri, Msida, wara li f’Mejju 2002 ngibdet l-attenzjoni ta’ l-Ufficcju Elettorali waqt it-tigdid tal-karti ta’ l-identita` fl-iskola ta’ l-Imsida. Fir-Registru Elettorali li jmissu jkun ippubblikat f’Ottubru li gej, din il-familja ser tidher fi Triq it-Torri, Msida, sakemm ma ssirx xi applikazzjoni ghal xi tibdil ta’ l-indirizz sat-30 ta’ Settembru 2002.
Jista' l-Prim Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Membri tal-Bordijiet li jaqghu taht id-dikasteru tieghi qed jircievu kumpens/beneficcji fejn hu l-kaz, kif jidher fit-tabella li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, ghal xoghol li jaghmlu fir-rigward ta’ dawn il-Bordijiet.
B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti fejn kont ġbidt l-attenzjoni li xi residenti fi Triq San Gwann tal-Għargħar, San Gwann, qegħdin imniżżlin fir-reġistru elettorali bħala residenti ta' l-Imsida, tista' tgħid x'passi ittieħdu mill-kummissjoni elettorali dwar dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li Triq San Gwann tal-Gharghar hija maqsuma fuq zewg lokalitajiet, jigifieri fuq San Gwann u Msida, it-tnejn fid-disa’ distrett elettorali.
Irrizulta minn spezzjoni li ghamlet il-Kummissjoni Elettorali fuq il-post illi l-persuni indikati f’Mistoqsija Parlamentari numru 34312, ghandhom kunjom differenti u attwalment jghixu fl-istess dar minkejja li l-persuna specifikata mill-Onorevoli Membru kellha l-isem tad-dar imnizzel ftit differenti minn ta’ l-ohrajn.
Ghaldaqstant il-persuna koncernata giet notifikata li fir-registru elettorali li jmissu jkun ippubblikat f’Ottubru ta’ din is-sena, d-dettalji taghha ser jidhru, kif suppost, fi Triq San Gwann tal-Gharghar, Msida.
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja ta' ittra mill-UE, fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tweġiba li ntbgħatet mill-OPM fuq id-dikjarazzjoni li ħarġet l-UE fuq l-abort fit-8 ta' Lulju 2002?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ittra li ntbaghtet mill-Gvern Malti lis-Segretarju Generali tal-Parlament Ewropew ma kienet titlob ebda risposta. L-ittra kienet intenzjonata li tispjega l-pozizzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tar-Rizoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “sexual and reproductive health and rights”.
B'riferenza għall-każ ta' l-Onor. s-segretarju parlamentari George Hyzler li jrid iwaqqaf fondazzjoni biex bi sħab man-negozjant Nazzareno Vassallo tinbena dar għall-anzjani f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid meta u kif l-Onor. Hyzler mexa mal-kodiċi ta' etika għal segretarju parlamentari li skond sezzjoni G (l-interessi privati) p16 u 17 huwa obbligat jikseb l-approvazzjoni tal-Prim Ministru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jirrizultax illi l-inizzjattiva li ha s-Segretarju Parlamentari George Hyzler bhala promotur tal-Fondazzjoni imsemmija tammonta b’xi mod ghal xi interess privat fit-termini tas-Sezzjoni G tal-Kodici ta’ Etika ghall-Ministri u Segretarji Parlamentari.
In¿id nghid li s-Segretarju Parlamentari kien strumentali fit-twaqqif ta’ fondazzjoni li l-ghan ewlieni taghha huwa inkorporat fl-Art.3 tal-istatut li kopja tieghu qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Qabel ma twaqqfet il-fondazzjoni s-Segretarju Parlamentari agixxa ta’ promotur taghha u kiteb lill-Kummissarju tal-Artijiet dwar il-possibilita` li l-arja tac-centru tas-sahha ta’ Hal Qormi tinghata ghall-iskop li tinbena dar ghall-anzjani flimkien mal-privat.
Hija politika tad-Dipartiment tal-Artijiet illi talbiet biex art tal-Gvern tigi kunsidrata li tinhareg bil-procedura tas-sejha ghall-offerti ma jigux kunsidrati fin-nuqqas ta’ “outline development permit” mill-MEPA (li huwa essenzjalment qbil fil-principju).
Ghalhekk saret l-ap
plikazzjoni (PA 01818/02) u sakemm giet trattata, il-fondazzjoni twaqqfet fl-10 ta’ Lulju 2002 meta l-Istatut gie tranzuntat fl-atti tan-Nutar Gerard Spiteri Maempel.
Jista' l-Ministru jgħid każ b'każ, kemm-il talba saret lill-MPO għal trasferimenti mill-1 ta' Jannar 2001 'l hawn? Jista' jgħid każ b'każ, mil-liema ministeri, dipartimenti u entitajiet saru dawn it-talbiet u f'liema dati? Jista' jgħid każ b'każ, ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati u f'liema dati sar dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi trasferimenti fl-istess Ministeru isiru mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv. Trasferimenti minn Ministeru ghal Ministeru iehor isiru mill-MPO.
L-informazzjoni li qeghda tigi mitluba, wkoll dik biss ta’ trasferimenti li approva l-MPO, hija voluminuza u tirrikjedi zmien biex tingabar kif mitluba.
Izda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kaz partikulari ta’ trasferimenti li sar mill-MPO u jkun jista’ jaghtina d-dettalji, l-informazzjoni tkun tista’ tinghata minnufih.
Jekk it-trasferiment huwa wiehed fl-istess Ministeru u mhux fl-Ufficcju tieghi, nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi privileġġi huma intitolati għalihom il-persuni li ingħataw Ġieħ ir-Repubblika?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Apparti mill-jedd ghall-ilbies ta’ l-insinja u ghat-tqeghid ta’ ittri relevanti wara l-isem, l-Att dwar Gieh ir-Repubblika (Kap 251) ma jipprovdi ghall-ebda privileggi ghal min jinghata Unur jew Dekorazzjoni taht l-istess Att.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kariga ġie maħtur fihom mill-gvern Malti il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament mill-aħħar elezzjoni 'l hawn? Jista' jgħid f'kull każ kemm ħlas irċieva jew qiegħed jirċievi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Numru 33515 f’Seduta numru 742.
Il-persuna msemmija hija wkoll membru tal-kumitat ghar-Riabilitazzjoni ta’ l-Mdina u tal-kunsill tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Gwann. Ta’ dan ix-xoghol fil-kumitati il-persuna msemmija ma ghandha l-ebda rimunerazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-riċeviment li sar nhar l-4 ta' Lulju 2002 fuq il-bastiment tal-gwerra Amerikan kien hemm siġurta fil-port magħmula minn tliet patrol boats u 2 rubber dyingies u għall-inċidenti li kellhom dan l-aħħar numru ta' sajjieda ma kienx hemm servizz bħal dan ta' sigurta`?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li fid-data msemmija kien hemm rapporti diversi fl-istampa internazzjonali dwar il-possibilità attakki terroristici kontra interessi ta’ l-Istati Uniti madwar id-dinja. Minhabba f’hekk, minbarra l-prekawzjonijiet li jiehdu s-soltu l-Forzi Armati matul zjarat f’Malta minn bastimenti tal-gwerra, s-sigurta mal-USS Roosevelt zdiedet matul il-hin tar-riceviment li sar abbord. Fic-cirkostanzi dan kien necessarju ghal gid ta’ kulhadd.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li l-Forzi Armati wettqu sorveljanza regolari mill-ajru matul l-istagun tat-tonn u li kull meta kien rrappurtat lilhom li kienu sehhew xi incidenti mill-ewwel, baghtu ajruplan fuq il-post biex jinvestiga u jirraporta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatax il-promozzjoni u dan wara li l-każ ġie deċiż mill-Ombudsman favur il-persuna konċernata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-mistoqsija hija bbażata fuq premessa mhux korretta fid-dettal. Fil-fatt l-individwu msemmi mhux eliġibbli għall-promozzjoni anke skond l-istess parametri rakkomandati mill-
Ombudsman
. Dan minbarra l-fatt li l-individwu konċernat kellu Twissija Uffiċjali b’riżultat li ma kienx eliġibbli għall-promozzjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2001.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li inħarġitilhom card ġdida dan l-aħħar ma jidhrux fir-reġistru elettorali ta' April 2002 fl-istess triq indikata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ka¿ inghadda lill-Kummissjoni Elettorali ghall-investigazzjonijiet mehtiega. Ghaldaqstant naghti twegiba hekk kif jien inkun infurmat bir-ri¿ultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm radio operators tal-AFM fit-turetta? Minħabba ż-żieda fix-xogħol tagħhom, jistgħu dawn ma jingħatawx dmirijiet oħra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li fit-Turretta tal-Palazz hemm 13-il radio operators li huma membri regolari tal-Forzi Armati li jahdmu fuq is-sistema ta’ xift.
Ma jirri¿ultax li f’dawn l-ahhar xhur kien hemm xi ¿ieda sostanzjali fix-xoghol tat-Turretta. Ir-
radio operators
li jahdmu fit-Turretta, minn ¿mien ghal ¿mien, jissejhu biex jaghmlu dmirijiet ohra militari. F’forza dixxiplanata din hi prattika normali li tigi implimentata fis-Sezzjonijiet kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli għad-disinn u kunċett ta' l-istand ta' Malta fit-Trade Fair u kemm tħallas? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti tat-tender maħruġa b'riferenza għax-xogħol konness ma' l-istand ta' Malta mil-1992 sal-lum
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qabbad lid-ditta Casapinta Design Group Ltd biex din tipprovdi d-disinji u servizzi oħra relatati mad-disinji tal-Padiljun ta’ Malta fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, ghas-somma ta’ Lm2,400.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, kopji tad-dokumenti tat-
tenders
ghall-e¿ekuzzjoni tax-xogholijiet biex jittella’ il-Padiljun ta’ Malta ghas-snin 1996 sal 2002. In¿id nghid li fis-snin 1992, 1993, 1994 u l-1995 ma nhargux sejhiet ghal
tenders,
peress li x-xogholijiet saru mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.